Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 139, IS 30 ta´ Ottubru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-saħħa fiż-żona tal-Mediterran: it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn is-sistemi tas-saħħa jinkuraġġixxi s-solidarjetà u t-tkabbir

minn Davide Lecchini, l-attachè għas-sikurezza ta' prodotti tal-ikel u farmakoloġiċi fir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-UE

minn Davide Lecchini, l-attachè għas-sikurezza ta' prodotti tal-ikel u farmakoloġiċi fir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-UE

Il-konferenza ministerjali ta' din il-ġimgħa "Saħħa fil-Mediterran”, organizzata mill-Presidenza Taljana, enfasizzat kwistjonijiet li għandhom impatt fuq is-saħħa pubblika fejn il-kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi oħrajn madwar il-Mediterran hi importanti. 

F’dawn l-aħħar ftit xhur, id-dinja ġiet imfakkra b'mod ċar mill-epidemija tal-Ebola u bl-iffaċċjar mill-ġdid tal-poljo u tal-Koronavajrus tas-sindromu respiratorju tal-Lvant Nofsani li l-problemi tas-saħħa ma jiqfux mal-fruntieri.

Fil-ġlieda tagħna kontra theddidiet transkonfinali serji bħal dawn, ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IH [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

EpiSouth Plus

TAG - Flimkien Kontra l-Ġenodermatosi

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

“Ħello ġar!”, ta' Sibylle Hamann, 2013 rebbieħa nazzjonali mill-Awstrija

“It-Traffikanti tal-Pazjenti”, ta' Christiane Hawranek u Marco Maurer, ir-rebbieħa tat-tieni premju ġenerali u nazzjonali mill-Ġermanja

“It-Talassemija, il-jien l-ieħor tiegħi, ta' Lena Tsoukala, ir-rebbieħa nazzjonali 2013 minn Ċipru

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-UE torganizza laqgħa ta’ livell għoli biex tiddiskuti l-Ebola  »

Laqgħa ta’ livell għoli dwar l-Ebola saret fis-16 ta' Ottubru bejn il-Kummissarju tas-Saħħa Tonio Borg, il-Presidenza Taljana tal-UE, u l-ministri tas-saħħa mill-UE, iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. Aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-Ebola hawnhekk.

Il-Bord ta’ Esperti jadotta l-Opinjoni dwar l-Aġenda Futura tal-UE dwar is-Sikurezza tal-Pazjenti u l-Kwalità tal-Kura  »

Il-Bord ta’ Esperti indipendenti li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati ma’ modi effettivi ta’ investiment fis-saħħa adotta l-opinjoni tiegħu dwar l-Aġenda Futura tal-UE dwar il-Kwalità tal-Kura tas-Saħħa b’enfasi speċjali fuq is-Sikurezza tal-Pazjenti.

Konsultazzjoni pubblika dwar l-Opinjoni preliminari ta’ SCENIHR dwar l-apparat mediku li fih id-DEHP miftuħa sat-30 ta’ Novembru  »

L-esponiment ta' livell għoli tad-DEHP minħabba l-użu ta’ apparat mediku jippreżenta kwalunkwe riskju għal gruppi vulnerabbli? Aqra l-opinjoni preliminari tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement u pparteċipa fil-konsultazzjoni pubblika.

Ikklikkja u tgħallem bil-portal b'dehra ġdida dwar l-aħjar prattiki miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga  »

Immirat lejn il-prattikanti u l-professjonisti, il-portal huwa mfassal bħala sors prattiku u affidabbli ta’ x’jaħdem u x’ma jaħdimx, fl-oqsma tal-prevenzjoni tad-drogi, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsara u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

L-UE fis-Saħħa Globali  »

Din il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tagħti ħarsa ġenerali lejn l-UE fil-governanza tas-Saħħa Globali u kif l-UE tinteraġixxi ma’ proċessi tas-saħħa fil-livell globali.

Ippubblikat ir-rapport ta’ implimentazzjoni dwar il-marda tal-Alzheimer u dimenzji oħrajn  »

Dan ir-rapport jippreżenta l-attivitajiet ewlenin imwettqa mill-2009 fil-kuntest tal-politika tas-saħħa tal-UE u oqsma rilevanti oħra tal-politika tal-UE. Huwa jiġbor fil-qosor il-kisbiet ewlenin u jillinkjahom mal-attivitajiet imnedija bħalissa li jiżguraw il-kontinwità ta’ azzjoni tal-UE dwar id-dimenzja.

Minjiera ta’ saħħa! Ġabra ta' informazzjoni dwar is-saħħa disponibbli onlajn  »

Ħafna informazzjoni konċiża, bla ħlas li tinsab onlajn għadha kif ġiet ippubblikata. Is-suġġetti jinkludu l-azzjoni tal-UE relatata mal-obeżità, il-kanser, il-mard kroniku, it-trapjanti tal-organi u l-kisbiet tal-politika tas-saħħa pubblika tal-UE.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard jippubblika rapport tekniku dwar miżuri ta’ skrining tal-Ebola  »

L-ECDC ippubblika r-rapport tekniku dwar skrining fid-dħul u l-ħruġ mill-ajruporti, il-portijiet u ma' fruntieri fuq l-art minn fejn jgħaddu ħafna nies biex jiġi appoġġjat it-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika tal-UE. Dan kien meqjus mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Id-WHO tiddikjara t-tmiem tat-tixrid tal-Ebola fin-Niġerja  »

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO, jista' jiġi ddikjarat li t-tixrid tal-vajrus tal-Ebola f'pajjiż jieqaf meta ma jkunx hemm każijiet ġodda wara 42 jum. Fl-20 ta’ Ottubru, in-Niġerja laħqet it-42 jum u issa hi meqjusa ħielsa mit-tixrid tal-Ebola.

M u T: L-Ebola u l-implikazzjonijiet tas-saħħa għall-UE  »

It-tixrid kurrenti tal-Ebola li qed jaffettwa r-reġjun tal-Afrika tal-Punent hija l-agħar tifqigħa fuq ir-rekord. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat Emerġenza tas-Saħħa Pubblika ta’ Livell Internazzjonali, u qed tappella għal rispons internazzjonali kkoordinat.

Avvenimenti li ġejjin 

Politiki dwar id-dijabete fl-Ewropa: is-sitwazzjoni attwali (Brussell, 5 ta' Novembru 2014)  »

Liema huma l-politiki dwar id-dijabete f’pajjiżek? Kif inhuma implimentati? X’inhuma l-lakuni? Ingħaqad fid-dibattitu fil-Parlament Ewropew u oqgħod attent għal attivitajiet dwar ħajja f’saħħa tajba matul il-Ġimgħa ta' Sensibilizzazzjoni tad-Dijabete.

Laqgħa Xjentifika u Assemblea Ġenerali 2014 tan-Netwerk Ewropew tar-Reġistri tal-Kanser (Ispra, l-Italja, 12-14 ta’ Novembru 2014)  »

Bit-titolu “Lejn sistema ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-kanser fl-Ewropa”, dan l-avveniment se jippermetti li r-reġistri tal-kanser Ewropej jiskambjaw is-sejbiet tar-riċerka, jiddiskutu kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni tal-kanser, jaqsmu l-ideat u l-aħjar prattiki, joħolqu netwerk u jippreżentaw ħidma epidemjoloġika.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Sib l-“affarijiet iż-żgħar” li jipproteġu s-saħħa mentali tiegħek  [Iraq]  »

"Affarijiet żgħar" hija kampanja ġdida mnedija mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju u l-imsieħba tiegħu li tenfasizza li lkoll kemm aħna ngħaddu minn żminijiet diffiċli, u li meta jiġri dan, hemm affarijiet żgħar sempliċi li nistgħu nagħmlu li jagħmlu differenza kbira fil-mod kif inħossuna.

Fl-edizzjoni li jmiss

Ir-Reżistenza Antimikrobika

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk