Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 136, IS 18 ta´ Settembru 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-solidarjetà u l-ugwaljanza: Kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell Ewropew biex tgħin fit-twittija tat-triq għal aċċess ugwali għall-kura tas-saħ

Ta' François Houÿez, Direttur u Konsulent ta’ Politika tas-Saħħa ta' EURORDIS u Kopresident tal-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati ta' EUnetHTA

Ta' François Houÿez, Direttur u Konsulent ta’ Politika tas-Saħħa ta' EURORDIS u Kopresident tal-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati ta' EUnetHTA

Iċ-ċittadini Ewropej iridu l-aqwa kura tas-saħħa possibbli kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni. Huma jittamaw li r-riżorsi se jkunu allokati skont il-ħtieġa, b’mod ġust, irrispettivament mill-klima ekonomika.  L-UE, aktar minn kwalunkwe parti oħra tad-dinja, hija b’saħħitha fil-prinċipju ta’ solidarjetà.

Id-deċiżjoni li tipprovdi kopertura finanzjarja għal teknoloġija tas-saħħa ġdida mhijiex biss waħda ekonomika: hija wkoll kwistjoni ta' etika. Id-deċiżjoni għandha tiġi mifhuma u infurzabbli. Għal dan l-għan, l-aġenziji li jevalwaw il-benefiċċju soċjetali ta’ dawn it-teknoloġiji jaqblu dwar metodi komuni u [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

In-Netwerk Ewropew għal Azzjoni Konġunta 2 tal-HTA (EUnetHTA JA 2)

Il-Forum Ewropew tal-Pazjenti

L-Adozzjoni ta’ Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa Bbażata fi Sptar

Integrate-HTA

Advance-HTA

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

“Nagħmlu dak li rridu”, ta' Peter Feist, rebbieħ nazzjonali mil-Lussemburgu, 2013

“Iġsma Stampati”, ta' Marta Palomo de Udaeta, rebbieħa nazzjonali minn Spanja, 2013

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Mistenni iżjed ittestjar għall-mard tal-virus tal-Ebola  »

Il-każijiet issuspettati kollha ta’ Ebola fl-Ewropa s’issa rriżultaw negattivi u r-riskju ta’ importazzjoni lejn l-Ewropa għadu baxx. L-ECDC tikkunsidra li l-identifikazzjoni rapida u l-ittestjar ta’ każijiet possibbli hija xhieda tal-livelli qawwija ta’ viġilanza u tħejjija fl-Ewropa.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard jippostja aġġornamenti frekwenti dwar l-epidemija tal-Ebola  »

L-ECDC tipprovdi aġġornamenti frekwenti dwar l-impatt tal-Ebola u r-riskju għas-saħħa pubblika Ewropea. Il-valutazzjonijiet rapidi tar-riskju jiġu kkunsidrati mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE, li huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ miżuri għall-immaniġġjar tar-riskju.

Nilqgħu l-kummenti onlajn dwar l-opinjoni preliminari ta' SCENIHR fuq is-sikurezza tal-amalgami dentali  »

Il-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement varaw konsultazzjoni pubblika dwar l-opinjoni preliminari dwar “is-sikurezza tal-amalgami dentali u materjali alternattivi ta’ restorazzjoni dentali għall-pazjenti u l-utenti”.

Adottat Rapport ta’ Implimentazzjoni dwar Mard Rari  »

Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar il-mard rari sal-lum, u jieħu kont tal-kisbiet li saru u tat-tagħlimiet meħuda. Jeżamina wkoll il-ħtieġa għal aktar azzjoni biex tittejjeb il-ħajja tal-pazjenti affettwati minn mard rari u l-familji tagħhom.

Aġġornati l-indikaturi dwar l-Infiq fuq il-kura tas-saħħa  »

L-Indikaturi tas-Saħħa Ewropej Ewlenin (ECHI) fuq l-infiq fil-kura tas-saħħa ġew aġġornati. Definizzjonijiet u ġbir ta’ dejta huma fis-seħħ għal aktar minn 50 mit-88 indikatur ECHI li jirriflettu interess politiku kif ukoll sett magħżul ta’ possibbiltajiet f’termini ta’ x’jista’ jiġi kkalkulat.

Fadallek ċans tipparteċipa fil-Kompetizzjoni dwar it-Teknoloġija tas-Saħħa u t-Telemediċina għall-Innovaturi Żgħażagħ tal-2014 (2014 HTComp)  »

Il-Konferenza Ewropea dwar it-Telemediċina, organizzata minn UPMC, qed tospita l-HTComp tal-2014. Intraprendituri u negozji ġodda dwar l-IT għall-Innovazzjoni tas-saħħa u t-telemediċina jistgħu jibagħtu l-applikazzjonijiet sat-22 ta’ Settembru 2014.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Italja tħabbar il-prijoritajiet taħt il-Presidenza tagħha tal-UE dwar is-saħħa  [Italja]  »

Skont il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Italja qed tippjana li tiffoka fuq is-saħħa tan-nisa, is-saħħa diġitali, id-dimenzja, ir-reżistenza antimikrobika, il-kooperazzjoni tas-saħħa fil-Mediterran, u l-kwalità, is-sikurezza u l-ispiża tat-trattament, fost kwistjonijiet oħra.

L-ewwel tliet miljun euro investiti fi Pjan globali dwar il-Kanċer  [Lussemburgu]  »

Il-Lussemburgu ddeċieda li jgħaqqad diversi inizjattivi eżistenti kontra l-kanċer fl-ewwel kampanja globali li qatt għamel fi sforz biex inaqqas ir-rata ta’ mwiet mill-kanċer, inaqqas il-prevalenza tal-kanċer u jtejjeb il-kura tal-kanċer.

Spanja żżomm ir-rekord dinji ta’ 23 sena għall-akbar numru ta' donaturi tal-organi per capita  [Spanja]  »

Ir-rata ta’ 35.3 donatur għal kull miljun abitant fi Spanja hija ferm ogħla mill-medja Ewropea ta' 19.5 u dik Amerikana ta’ 25.8. Total ta’ 14% tat-trapjanti kollha tal-UE u 4% tat-trapjanti kollha fid-dinja jsiru fi Spanja.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-UE tħabbar pakkett ta’ EUR 140 miljun b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-virus tal-Ebola  »

Dan il-pakkett ta’ €140m iqis l-impatt tal-iżvilupp usa’ tal-kriżi, inklużi l-isfidi tat-twassil tal-istabbiltà ekonomika, is-sigurtà tal-ikel, l-ilma u s-sanità. €38m tal-pakkett il-ġdid huma mwarrab biex jgħinu lil dawk il-gvernijiet iqawwu s-servizzi tas-saħħa tagħhom.

Ir-rispons tal-UE biex tgħin fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent  »

Il-Kummissjoni Ewropea rreaġixxiet għall-epidemija mill-bidu nett. Hija attiva b’għajnuna umanitarja, għarfien espert u koordinazzjoni internazzjonali.

Avvenimenti li ġejjin 

L-Innovazzjoni fis-Servizzi għall-Anzjani - Triqat lejn il-Ġejjieni (Amsterdam, 25-26 ta’ Settembru 2014)  »

Din il-konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Djar u Servizzi għall-Anzjani se tgħaqqad flimkien riċerkaturi, esperti, dawk li jfasslu l-politika, fornituri ta’ servizzi u netwerks Ewropej biex jaqsmu u jiddiskutu ideat innovattivi u juru l-prattiki tajbin.

Kungress 2014 tas-soċjetà Ewropea għall-Onkoloġija Medika, (Madrid, 26-30 ta’ Settembru 2014)  »

“Mediċina ta’ Preċiżjoni fil-Kura tal-Kanċer” hija t-tema ta’ din is-sena, u l-parteċipanti jistgħu jistennew esplorazzjoni dettaljata tal-kwistjonijiet prattiċi, politiċi, u finanzjarji li jintervjenu bejn l-ideali u r-realtà tal-implimentazzjoni tal-aħjar kura għall-persuni li jsofru minn kanċer.

Ix-Xahar Dinji tal-Marda tal-Alzheimer (Settembru)  »

Minbarra l-Jum Dinji tal-Alzheimer fil-21 ta’ Settembru, din l-inizjattiva ta' xahar twaqqfet fl- 2012 sabiex tippermetti l-assoċjazzjonijiet tal-Alzheimer lokali u madwar id-dinja kollha biex jestendu l-programmi ta’ għarfien tagħhom fuq perjodu itwal ta’ żmien.

Konferenza Ewropea tat-Telemediċina (Ruma, 7-8 ta’ Ottubru 2014)  »

Rappreżentanti mill-kura tas-saħħa, il-gvern, unitajiet ta’ riċerka u universitajiet se jevalwaw l-applikazzjonijiet tat-telemediċina u t-telekura, jivvalutaw is-sostenibbiltà tas-servizzi u jiddiskutu l-infrastruttura, ir-riċerka u t-telemediċina b’mod ġenerali, fost suġġetti oħra.

HTA 2.0 fl-Ewropa — Naħdmu Flimkien għal Valur (Ruma, 30-31 ta’ Ottubru)  »

Konferenza dwar l-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa tiffoka fuq l-aħħar żviluppi fl-interfaċċja bejn ix-xjenza u l-politika tal-kura tas-saħħa Ewropea — dwar l-HTA, ir-regolament, ir-rimborż, il-politika tas-saħħa u l-oqsma ta’ riċerka relatati. Ara t-taqsima ewlenija tagħna.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ir-rapport dwar is-saħħa tar-Roma  »

Dan huwa rapport ġdid dwar l-istatus tas-saħħa tal-popolazzjoni tar-Roma fl-UE u dwar il-monitoraġġ tal-ġbir tad-dejta fil-qasam tas-saħħa tar-Roma fl-Istati Membri.

Fl-edizzjoni li jmiss

Is-sikurezza tal-pazjenti

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk