Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 134, IS 17 ta´ Lulju 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Issa sirna membri ta' ġinnasju mgħammar sew: ejja nħaddmu l-magni l-ġodda!

Imressqa minn Ursula O’Dwyer, Konsulent dwar il-Politika tal-Promozzjoni tas-Saħħa, id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Irlanda

Imressqa minn Ursula O’Dwyer, Konsulent dwar il-Politika tal-Promozzjoni tas-Saħħa, id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Irlanda

Għandna għalxiex niċċelebraw u nilqgħu b'sodisfazzjon il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika bħala sinjal li qed insiru dejjem aktar serji dwar problema li kull ma jmur qed issir aktar serja: aktar minn nofs l-adulti Ewropej għandhom piż żejjed jew huma obeżi, it-tfal qed jgħaddu b'mod perikoluż lill-ġenituri tagħhom u wisq anzjani qed ibatu minn nutrizzjoni ħażina.

Ħadd ma jista' jiċħad li l-istili ta’ ħajja ħżiena għas-saħħa għandhom impatt kbir fuq ħajjet iċ-ċittadini, fuq il-baġits nazzjonali tal-kura tas-saħħa u fuq il-kompetittività Ewropea, u għalh [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u tal-attività fiżika f’komunitajiet lokali (HEPCOM)

Il-Prevenzjoni tal-Obeżità permezz ta’ Netwerk Ewropew (OPEN)

Il-Ġlieda Kontra l-Obeżità fost iż-Żgħażagħ Ewropej (EYTO)

Il-Forum Ewropew favur il-Promozzjoni tal-Attività Fiżika (MOVE)

SALUS: Netwerk Ewropew biex Isegwi r-riformolazzjoni tal-ikel, l-identifikazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba għall-SMEs u l-Konsumaturi

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

'Iz-zokkor - Velenu Ħelu? ', ta' Célia Rosa, finalista 2013 mill-Portugall

'Inti dak li nanntek kienet imdorrija tiekol', ta' Virve Pohjanpalo, finalista 2013 mill-Finlandja

'Klemen issagrifika elf euro u s-saħħa tiegħu għal ġisem skolpit', ta' Marja Milič, finalista 2013 mis-Slovenja

'L-orħos mediċina kontra d-dipressjoni', ta' Rita Makarész, finalista u rebbieħa tat-tieni Premju Globali 2011 mill-Ungerija

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

L-UE hija impenjata li tindirizza l-qawmien mill-ġdid tal-HIV fl-Ewropa  »

L-UE qed tikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-prevenzjoni u l-kura b’reazzjoni għal qawmien mill-ġdid tal-epidemija tal-HIV fl-Ewropa. Aqra l-preżentazzjonijiet reċenti tal-Media Cluster Meeting dwar l-HIV f’Ateni.

L-Ewropa tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-prevenzjoni tal-fraġilità fix-xjuħija  »

L-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar Anzjanità Attiva u b'Saħħa Tajba, tfittex li tidentifika azzjonijiet li jevitaw il-fraġilità fix-xjuħija. Il-prijoritajiet ġew eżaminati waqt konferenza reċenti, f’bosta preżentazzjonijiet li jinsabu hawnhekk.

Filmat ġdid: "Naħdmu flimkien għal ħajja itwal u aktar b’saħħitha"  »

Dan il-filmat jippromwovi s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u b’Saħħa Tajba li tgħaqqad flimkien l-organizzazzjonijiet involuti f’anzjanità attiva madwar l-Ewropa kollha - l-awtoritajiet pubbliċi, l-assoċjazzjonijiet, l-industrija, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u ċ-ċittadini.

Tonio Borg, il-Kummissarju għas-Saħħa, jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-mard li ma jitteħidx  »

Il-Kummissarju tkellem waqt il-Laqgħa ta’ Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll ta’ Mard li Ma Jitteħidx, fejn afferma mill-ġdid l-impenn tal-UE biex tipprevjeni u tikkontrolla l-mard li ma jitteħidx.

Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess bħala persuni maħtura tal-Grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kontroll tal-Kanċer miftuħa sal-20 ta’ Lulju  »

Is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess hija miftuħa għal gruppi fil-qasam tal-kanċer, inklużi l-produtturi ta' prodotti, il-fornituri tas-servizzi, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-assoċjazzjonijiet professjonali Ewropej, l-assoċjazzjonijiet u s-soċjetajiet xjentifiċi fil-prevenzjoni tal-kanċer.

Avvenimenti li ġejjin 

Nibnu Sistemi Globali ta' Ikel Tajjeb għas-Saħħa - Imperattiv Ġdid għas-Saħħa Pubblika (Oxford, 8-9 ta’ Settembru 2014)  »

Il-parteċipanti se jħarsu lejn mard relatat mad-dieta, se jiddeterminaw l-impatt li għandhom is-sistemi globali tal-ikel fuq is-saħħa, u se jesploraw politiki li jistgħu jippromwovu s-saħħa u l-benessri u li jappoġġaw sistemi globali tal-ikel li huma ambjentalment, kulturalment u soċjalment sostenibbli.

Ġurnata informattiva għall-Inizjattiva Taħriġ Aħjar għal Ikel aktar Sikur (Brussell, 9 ta’ Settembru 2014)  »

'Taħriġ Aħjar għal Ikel aktar Sikur' hija inizjattiva tal-Kummissjoni maħsuba biex torganizza strateġija ta’ taħriġ tal-UE fl-oqsma tal-liġi dwar l-ikel, il-liġi dwar l-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali kif ukoll ir-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti.

HTA 2.0 fl-Ewropa — Naħdmu Flimkien għal Valur (30-31 ta’ Ottubru, 2014, Ruma, l-Italja)  »

Jingħaqdu 600 parteċipant mis-setturi kollha rilevanti għas-saħħa, inklużi dawk li jfasslu l-politika, l-akkademiċi, l-assessuri tat-teknoloġija, l-industrija, u s-soċjetà ċivili f’din il-konferenza sabiex jiddiskutu l-kisbiet ewlenin fil-kooperazzjoni Ewropea dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA).

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-Ministru tas-Saħħa Pubblika Franċiża jniedi bażi tad-dejta dwar l-industriji tas-saħħa u l-professjonisti tas-saħħa  [Franza]  »

Il-Ministru tas-Saħħa Marisol Touraine reċentement nediet il-websajt il-ġdida, immexxija mill-gvern Franċiż, li jagħti lil kull ċittadin aċċess għall-informazzjoni dwar l-industriji tas-saħħa, il-professjonisti tas-saħħa, u r-relazzjoni bejn iż-żewġ gruppi.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-bisfenol A (BPA) strettament limitat fil-ġugarelli  »

F'ħidma kontinwa biex ittejjeb is-sigurtà tal-ġugarelli, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tiffissa limitu strett ta’ 0.1 mg/l (limitu ta’ migrazzjoni) f’ġugarelli għal tfal sal-età ta’ 3 snin u fi kwalunkwe ġugarelli maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq.

Il-Jum Internazzjonali kontra l-Abbuż mid-Drogi: studju ġdid juri żieda fl-hekk imsjħa 'legal highs' fost iż-żgħażagħ Ewropej  »

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali Kontra l-Abbuż mid-Drogi u t-Traffikar Illegali, il-Kummissjoni ġeddet l-impenn tagħha li tħares liż-żgħażagħ mill-perikli tal-'legal highs'. Għadd dejjem jiżdied ta’ żgħażagħ fl-UE jabbużaw mid-drogi.

Żieda f’każijiet ġodda tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent: L-Unjoni Ewropea żżid il-fondi ta’ emerġenza tagħha  »

Il-Kummissjoni Ewropea qed talloka ammont addizzjonali ta’ €500,000 biex ittejjeb l-interventi mmirati li jrażżnu l-epidemija tal-Ebola fil-Ginea, il-Liberja u s-Sjerra Leone. Dan iżid it-total tal-għajnuna mill-Kummissjoni għal €1.9 miljun.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Ippubblikat ir-Rapport Annwali 2013 tad-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard  »

Dan ir-rapport annwali jagħti ħarsa ġenerali tajba tal-kisbiet tas-sena preċedenti u taqsira tal-operazzjonijiet finanzjarji u amministrattivi taċ-Ċentru.

Skeda informattiva dwar l-Indikaturi tas-Saħħa Ewropej Ewlenin li għadhom kif ġew ippubblikati  »

L-Indikaturi tas-Saħħa Ewropej Ewlenin (ECHI) jagħtu stampa wiesgħa tal-qagħda tas-saħħa u l-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea. Jipprovdu referenzi għall-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA, il-pajjiżi kandidati u pajjiżi Ewropej oħra.

Fl-edizzjoni li jmiss

Saħħa u Internazzjonali

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk