Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 130, IS 22 ta´ Mejju 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Direttiva Ġdida dwar il-Prodotti tat-Tabakk: pass 'il quddiem għas-saħħa pubblika fl-Ewropa

minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Kull sena, 700,000 ċittadin Ewropew imutu b'kawżi relatati mat-tipjip. Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk, li ġiet ippubblikata fid-29 ta’ April 2014 u li se tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Mejju 2014, hi għalhekk pass 'il quddiem għall-politika tas-saħħa pubblika tal-UE. Huma u jiżguraw li l-prodotti tat-tabakk li jinbiegħu fl-UE jkollhom id-dehra u t-togħma ta' prodotti tat-tabakk, ir-regoli l-ġodda armonizzati dwar it-tabakk u prodotti relatati se jgħinu jnaqqsu l-għadd ta' nies li jibdew ipejpu fl-UE – b'mod speċjali ż-żgħażagħ.   Billi fl-Ewropa 70% ta’ dawk li jpejpu jibdew qabel l-età ta’ 18 u 94% qabel [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Network Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip u tal-Konsum tat-Tabakk

Familji u Adolexxenti Jaqtgħu t-Tabakk

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

“Tumuri u snien imħassrin fuq il-pakketti tas-sigaretti”, ippreżentat minn Mariana Todorova, il-finalista tal-2012 mill-Bulgarija fil-kategorija "Waqfien mit-tipjip"

"Ġejt hawn biex ningħata kura għal snieni, u mhux biex nieqaf inpejjep!" minn Monika Cetera, il-finalista mill-Polonja u r-Rebbieħa tal-2011 tal-premju speċjali fil-kategorija Waqfien mit

“Sigaretti – 600 addittiv perikoluż”, minn Marianna Castelluccio, finalista tal-2011 mill-Italja fil-kategorija Waqfien mit-Tipjip

“Id-dellijiet twal tat-terapiji kontra t-tipjip,” minn Aser Garcia Rada, finalist tal-2011 minn Spanja fil-kategorija Waqfien mit-Tipjip

Aqra l-artikli kollha fil-kategorija Waqfien mit-Tipjip: Premju 2012

Aqra l-artikli kollha fil-kategorija Waqfien mit-Tipjip: Premju 2011 »

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jagħti parir lill-vjaġġaturi dwar il-koronavajrus tas-sindromu respiratorju tal-Lvant Nofsani  »

Il-MERS-CoV koronavajrus tas-sindromu respiratorju tal-Lvant Nofsani hu ta' tehdida għas-saħħa pubblika fil-Peniżola tal-Arabja: il-Kummissjoni Ewropea u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) qed jimmonitorjaw is-sitwazzjoni b'attenzjoni.

Adottata l-Opinjoni Xjentifika aġġornata dwar is-saħħa u l-impjanti tas-sider  »

Il-Kumitat Xjentifiku indipendenti tal-Kummissjoni dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement adotta l-aġġornament għall-opinjoni tiegħu tal-2012 dwar is-sikurezza tal-Proteżi tal-Implant Poly (PIP) tas-Sider tas-Silikon. Aqra l-opinjoni sħiħa hawn taħt.

Il-Kummissarju Tonio Borg ikellem lill-pazjenti dwar Il-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti  »

Il-Kummissarju esprima l-impenn tiegħu li jiddefendi “il-prinċipji tal-pazjenti stabbiliti fit-Trattat tal-UE, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,” u qal li l-okkażjoni tat-12 ta’ Mejju tfakkar lil dawk li jfasslu l-politika sabiex iżommu l-pazjenti fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tagħhom

Il-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti: 10 benefiċċji li l-UE twassal lill-pazjenti  »

Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tad-Drittijiet tal-Pazjenti, il-Kummissjoni Ewropea ħarset lejn xi wħud mill-benefiċċji tal-pazjenti fl-Unjoni Ewropea. Aqra aktar dwar x’għandek tistenna bħala ċittadin tal-UE.

L-UE u l-Istati Uniti jagħmlu progress fil-ġlieda konġunta kontra r-reżistenza antimikrobika  »

Il-Kummissjoni Ewropea u d-Dipartiment Amerikan tas-Saħħa u Servizzi Umani ppubblikaw l-ewwel rapport ta’ progress tat-Taskforce Transatlantika dwar ir-Reżistenza Antimikrobika. Ir-rapport jiddeskrivi l-progress li sar kontra r-reżistenza antimikrobika.

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tippreżenta l-ewwel rapport tagħha lill-Kummissjoni  »

Ir-rapport dwar l-ewwel sena ta’ monitoraġġ tas-sikurezza tal-mediċini hu pożittiv u juri ġbir aħjar ta’ informazzjoni dwar il-mediċini, analiżi u fehim ta’ dejta u informazzjoni mtejbin, puntwalità tal-proċeduri mtejba u aktar trasparenza.

Il-websajt “Kun af dwar l-Arja għal Saħħtek” jagħti informazzjoni u twissijiet dwar il-kwalità tal-arja  »

Il-websajt forma ta' proġett konġunt jibgħat informazzjoni u twissijiet lill-gruppi vulnerabbli bħan-nisa tqal, it-tfal, il-pazjenti u l-anzjani li huma affettwati l-aktar mit-tniġġis tal-arja. Jinkuraggixxi wkoll in-nies biex jaġixxu u jaħdmu ħalli titjieb il-kwalità tal-arja.

Għadha miftuħa l-konsultazzjoni pubblika dwar it-tilqim kontra l-varicella fl-UE  »

Il-konsultazzjoni pubblika mnedija miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard dwar rapport ta’ gwida preliminari “It-tilqim kontra l-varicella fl-Unjoni Ewropea” tibqa’ miftuħa sat-23 ta’ Mejju. Aqra l-Gwida Preliminari hawnhekk ukoll.

Edizzjoni ġdida ta’ EuroHealthNet Magazine tinsab disponibbli onlajn  »

EuroHealthNet jispjega l-proġetti tiegħu, l-għanijiet u l-metodi ta’ ħidma f’din il-pubblikazzjoni onlajn. Din l-edizzjoni turi x-xogħol tal-membri tan-netwerk mill-Italja, is-Slovenja, il-Latvja u l-Ġermanja u aġġornamenti dwar il-politiki tal-UE u attivitajiet imwettqa minn EuroHealthNet.

Avvenimenti li ġejjin 

Kungress Internazzjonali dwar il-Ħalib tal-Omm (Nantes, Franza, 6 ta’ Ġunju 2014)  »

Dan il-kungress internazzjonali jeżamina l-progress xjentifiku reċenti dwar il-ħalib tal-omm u l-użu tiegħu għal trabi prematuri u qed jiġi organizzat minn INRA Xjenza u Impatt fl-Università ta’ Nantes.

Konferenza dwar il-fraġilità fix-xjuħija (Brussell, 18 ta’ Ġunju 2014)  »

Il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza t-tieni konferenza internazzjonali dwar il-fraġilità fix-xjuħija, b'enfasi fuq "Il-fraġilità fix-xjuħija: nidentifikaw il-prijoritajiet għal politika tal-UE".

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Robin ir-robot jgħin fil-kura tax-xwejħa Taljana Lea ta' 94 sena  »

Tim b'fondi mill-UE żviluppa s-sistema GiraffPlus; robot jassisti persuni anzjani f'darhom, jikkonnettjahom mal-familji, il-ħbieb u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa tagħhom, filwaqt li apparat li jintlibes u sensors fid-dar jimmonitorjaw is-saħħa u l-attivitajiet tal-persuna.

Mistoqsijiet u Tweġibiet: Tariffi għall-attivitajiet tal-Farmakoviġilanza  »

Dan il-Memo mill-Kummissjoni Ewropea għandu l-għan li jispjega t-tifsira u l-importanza tal-farmakoviġilanza fl-UE u għaliex kienet meħtieġa leġiżlazzjoni ġdida dwar it-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Jum Dinji tas-Saħħa u s-Sikurezza fuq ix-Xogħol jinkoraġġixxi kollaborazzjoni eqreb  »

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol qablu li jsaħħu l-kooperazzjoni biex jitnaqqas l-għadd ta’ aċċidenti u mard fuq ix-xogħol. Kull 15-il sekonda ħaddiem imut b'aċċident jew mard relatati max-xogħol u 160 ħaddiem ikollhom aċċidenti relatati max-xogħol.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Il-proġett FARSEEING jippubblika l-ewwel riżultati  »

FARSEEING jiġbor dejta dwar il-waqgħat fil-ħajja reali ta' adulti anzjani, sabiex ikunu mifhumin aħjar il-fatturi ta' riskju tal-waqgħat. Abbażi ta’ dan, jiġu żviluppati soluzzjonijiet biex jiġi evitat milli jaqgħu anzjani mdaħħlin fiż-żmien. Il-proġett iħeġġeġ ukoll l-anzjani biex jagħmlu użu minn teknoloġija disponibbli.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-Kroazja fuq quddiem nett fit-trapjanti tal-fwied u l-kliewi  [Kroazja]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa Kroat jirrapporta li skont id-dejta tal-2011 il-Kroazja hi fuq quddiem nett fid-dinja fl-għadd ta' trapjanti tal-fwied u tal-kliewi għal kull miljun abitant u għandha wkoll waħda mill-iqsar listi ta’ stennija għal organi.

L-inizjattiva Svediża biex titjieb il-kura ta’ persuni anzjani morda ħasdet il-benefiċċji  [Svezja]  »

Il-Gvern Svediż dan l-aħħar ippreżenta r-riżultati tal-inizjattiva tiegħu tal-2011-2014 biex titjieb is-saħħa u l-kura soċjali għall-persuni anzjani l-aktar morda u ddiskuta kif programmi ta’ benefiċċju li bdew permezz ta' dan l-isforz jistgħu jkomplu wara li tispiċċa s-sena 2014.

Il-Polonja tipprovdi taħriġ għal parteċipazzjoni fil-Programm tal-UE dwar is-Saħħa  [Polonja]  »

Il-parteċipanti fil-kors tat-taħriġ qed jakkwistaw it-tagħrif dwar l-aspetti finanzjarji u legali tal-Programm Qafas tal-UE Orizzont 2020 u t-Tielet Programm ta’ Azzjoni fil-qasam tas-saħħa, kif ukoll dwar rekwiżiti ewlenin li japplikaw għal finanzjament.

Fl-edizzjoni li jmiss

Sistemi tas-Saħħa Aċċessibbli, Effettivi u Reżistenti

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk