Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 125, IS 28 ta´ Frar 2014

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Jum il-Mard Rari 2014: Ningħaqdu flimkien madwar l-Ewropa għal kura aħjar

Yann Le Cam, l-Uffiċjal Eżekuttiv Prinċipali, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Mard Rari – EURORDIS

Yann Le Cam, l-Uffiċjal Eżekuttiv Prinċipali, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Mard Rari – EURORDIS

Qegħdin inkissru l-iżolament u d-disprament tat-tfal u l-adulti li huma fost l-aktar ċittadini vulnerabbli fis-soċjetà tagħna llum. Billi nlaqqgħu flimkien 6,000 marda differenti rari kollha madwar l-Ewropa, għandna noħolqu massa kritika ta’ 30 miljun ruħ b’mard rari li ma jistgħux jibqgħu jiġu injorati; inkunu nistgħu nindirizzaw il-kwistjonijiet komuni ffaċċjati minn pazjenti u l-familji tagħhom; nappellaw għal għarfien pubbliku u għal ġustizzja soċjali; u ngħinu nifformaw ambjent favorevoli li jwassal għal azzjonijiet konkreti u pożittivi.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 dwar il-Mard Rari: [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

ORPHANET - Il-portal ta’ referenza għal mard rari u mediċini orfni

EPIRARE – Il-Pjattaforma Ewropea għar-Reġistri tal-Mard Rari

EUROCAT – Is-sorveljanza Ewropea ta’ anomaliji konġenitali

EUROMAC (ir-reġistru għall-persuni bil-Marda McArdle u l-kundizzjonijiet relatati mal-muskoli)

ENERCA – In-Netwerk Ewropew għall-Anemiji Rari u Konġenitali

ERCUSYN – Ir-Reġistru Ewropew dwar is-Sindromu ta' Cushing

EUROCRINE - Ir-Reġistru Ewropew tal-Kirurġija għal Tumuri Endokrinali Rari

EUHANET – In-Netwerk Ewropew tal-Ħemofilja

E-HOD – In-Netwerk u r-Reġistru Ewropej għall-Homocystinurias u l-Methylation

InNerMed – In-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Mard Newrometaboliku li Jintired

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

“Fl-aħħar Alen jista' jċaqlaq dirgħajh ċkejknin", minn Meta Černoga, ir-rebbieħa nazzjonali tal-2012 għas-Slovenja.

“Meta l-lupus jgħaddas snienu fil-ġisem, qatt ma jerħi l-vittma tiegħu," minn Marcela Fuknová, ir-rebbieħa nazzjonali tal-2012 għar-Repubblika Slovakka

"Blalen suwed," minn Tomasz Przybysz-Przybyszewski, ir-rebbieħ nazzjonali tal-2012 għall-Polonja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur nieda sejħa għal informazzjoni rigward is-silika (nano).  »

Il-partijiet interessati huma mistiedna li jissottomettu informazzjoni li tista' tgħin il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur biex issir valutazzjoni tas-sikurezza fuq l-użu ta’ silika (nano). L-informazzjoni kollha għandha tiġi sottomessa sal-31 ta’ Mejju 2014.

Riċerka fiċ-ċelloli staminali biex tgħin il-popolazzjoni tad-dijabetiċi li qed tikber tal-Ewropa  »

Aktar minn 55 miljun ruħ fl-Ewropa jbatu mid-dijabete, u sal-2030, din iċ-ċifra hi mistennija li tiżdied għal 64 miljun. S’issa għad m’hemm ebda kura, iżda d-dijabete tat-tip 1 tista' tiġi trattata jew anke jiġu trapjantati ċelluli "Islet" jew anki pankreas sħiħa.

Ir-Reviżjoni tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Prattika Tajba tal-Manifattura għal Prodotti Mediċinali  »

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-Anness 15: Kwalifikazzjoni u Validazzjoni. Il-partijiet interessati huma mistiedna li jikkummentaw dwar dan l-abbozz sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2014.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Riċerkaturi tal-UE li qed jiżviluppaw l-elettronika u s-sistemi intelliġenti biex jgħinu fil-korrimenti tas-sinsla tad-dahar, il-Parkinson's u sfidi oħrajn  »

In-nanoelettronika u s-sistemi intelliġenti joffru tama għal trattamenti ġodda għal nies b'korrimenti tas-sinsla tad-dahar, il-marda tal-Parkinson's, il-kanser u sfidi tas-saħħa oħrajn.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Malta u l-Italja jiffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta ta' Kooperazzjoni fil-qasam tas-Saħħa u x-Xjenzi Mediċi  [Malta]  »

Il-Ministri tas-Saħħa ta’ Malta u l-Italja ffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta fil-qasam tas-Saħħa u x-Xjenzi Mediċi, pass importanti fl-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Polonja tagħti madwar 500 residenza medika f’Marzu  [Polonja]  »

Madwar 500 residenza medika jridu jiġu mogħtija fil-Polonja matul ix-xahar ta’ Marzu, bi prijorità mogħtija lill-mili ta' residenzi pedjatriċi, lid-dentistrija pedjatrika, lill-psikjatrija tat-tfal u tal-adolixxenti u lin-neonatoloġija.

Kardjologi Rumeni u Taljani jissieħbu f'tim biex jgħinu lit-tfal  [Ir-Rumanija]  »

Tobba u infermieri Rumeni fil-kirurġija kardjovaskulari pedjatrika qed jaħdmu ma' speċjalisti Taljani biex joffru operazzjonijiet lil tfal bl-etajiet ta' 6 xhur għal 15-il sena li jbatu minn diversi malformazzjonijiet konġenitali tal-qalb.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Mard Rari: Kif l-Ewropa qed tilqa' l-Isfidi  »

Dan il-fuljett jiffoka fuq grupp ta' mard li jissejjaħ "rari" iżda li fil-fatt jaffettwa aktar minn 30 miljun Ewropew.

L-impatti tas-saħħa tal-bniedem tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa  »

Il-Projezzjoni tal-impatti Ekonomiċi tat-tibdil fil-klima fis-Setturi tal-Unjoni Ewropea bbażata fuq Analiżi vertikali minn isfel għal fuq tiddikjara li l-imwiet attribwiti għat-tibdil tal-klima se jiżdiedu b'mod sinifikanti matul id-90 sena li ġejjin.

Is-sorveljanza tal-infezzjonijiet tas-siti kirurġiċi fl-Ewropa, 2010-2011  »

L-infezzjonijiet tas-siti kirurġiċi huma fost l-aktar infezzjonijiet komuni assoċjati mal-kura tas-saħħa u assoċjati ma' perjodi itwal fl-isptar, proċeduri kirurġiċi addizzjonali, trattament f'unità ta' kura intensiva, u spiss mortalità ogħla.

Avvenimenti li ġejjin 

Simpożju dwar l-awtomaniġġjar elettroniku ‘ifightdepression” tad-dipressjoni (Brussell, 1 ta’ April 2014)  »

Il-proġett "Prevenzjoni tad-Dipressjoni u t-Titjib tal-Għarfien permezz ta’ Netwerking fl-UE” qed jiżviluppa għodda ta' awtomaniġġjar biex dak li jkun jikkontrolla d-dipressjoni, maħsuba li hi waħda mit-tliet kawżi ta' mard u ta' diżabbiltà fl-UE.

Għandha tinżamm seduta pubblika dwar l-opinjoni preliminari tal-EMF (Ateni, 27 ta’ Marzu 2014)  »

Il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza smigħ pubbliku dwar l-opinjoni preliminari dwar l-effetti potenzjali għas-saħħa ta’ espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi, li se ssir fis-27 ta’ Marzu.

Konferenza tindirizza “Is-Saħħa fl-Ewropa – nagħmluha aktar ġusta” (Brussell, 18 ta’ Marzu 2014)  »

Din il-konferenza tindirizza l-kwistjoni ta’ titjib tal-imparzjalità u l-ekwità fis-saħħa fl-Ewropa, bit-titjib tal-aċċess għas-saħħa u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fis-saħħa.

Fejn ideat tajbin qegħdin jiżdiedu: Il-Konvenzjoni dwar l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (Brussell, 10-11 ta’ Marzu 2014)  »

Aktar minn 2,000 persuna se jattendu għall-konvenzjoni dwar l-innovazzjoni 2014, li għandha tinfetaħ mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Durao Barroso. Il-kelliema jinkludu lil Jack Andraka, li vvinta għodda li biha jinstab il-kanser fl-età ta’ 15.

Is-Samit dwar il-Mard Kroniku (Brussell, 3-4 ta' April 2014)  »

Dan l-ewwel samit tal-UE dwar il-mard kroniku se jiddiskuti l-benefiċċji mediċi, soċjali u ekonomiċi tal-investimenti sostenibbli fis-saħħa u l-modi biex jitnaqqas il-piż tal-mard kroniku u biex jissaħħu l-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-mard kroniku.

It-18-il konferenza annwali "Innovazzjoni fil-Kura tas-Saħħa" (Varsavja, 25 ta’ April 2014)  »

Il-Kummissjoni Ewropea hi waħda mill-imsieħba ta' appoġġ ta' din il-konferenza dwar l-innovazzjonijiet fil-kura tas-saħħa, organizzata mill-Ġurnal tal-Kura tas-Saħħa Polakk għall-prattikanti u r-riċerkaturi tas-saħħa tal-UE involuti fil-kwistjonijiet tas-Saħħa elettronika.

Fl-edizzjoni li jmiss

Programm tas-Saħħa tal-UE

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk