Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 116, IS 10 ta´ Ottubru 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-saħħa mentali

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Minn Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Fl-2010, l-ispejjeż totali ta’ disturbi mentali għas-sistemi tas-saħħa, is-sistemi tal-benefiċċji soċjali u l-ekonomija kienu stmati li jammontaw għal aktar minn EUR 450 biljun.  Id-dipressjoni qawwija hija fost l-ewwel tliet kawżi ta’ diżabilità fl-Istati Membri kollha tal-UE. Id-disturbi mentali huma r-raġuni għal kważi terz tat-talbiet għal diżabilità fuq ix-xogħol u rtirar kmieni fil-pajjiżi tal-UE, u b’hekk jiċħdu liċ-ċittadini mis-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, u jiċħdu lis-swieq tax-xogħol mir-riżorsi umani li qed isiru dejjem aktar skarsi.

Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u biex jiġi promoss [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

PREDI-NU - 'Nipprevjenu d-Dipressjoni u Ntejbu l-Għarfien permezz tan-Netwerking fl-UE'

PRO-YOUTH - Promozzjoni tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ permezz ta' personalizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa bl-użu tat-teknoloġija

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Avventuri fis-sala 14, Petr Třešňák mir-Repubblika Ċeka, rebbieħa tal-l-ewwel premju

Blalen Suwed, ta' Tomasz Przybysz-Przybyszewski, rebbieħa nazzjonali, il-Polonja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, 10 ta’ Ottubru 2013  »

It-tema għall-2013 hi ‘Is-saħħa mentali u adulti akbar fl-età'.

Il-Kummissarju għas-Saħħa, Tonio Borg jagħmel diskors fil-Kungress Ewropew tal-Kanċer 2013 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer  »

Fid-diskors tiegħu, il-Kummissarju Borg qal li l-kanċer huwa u għandu jibqa’ prijorità għolja fil-livelli kollha u sal-2014, l-Istati Membri kollha tal-UE għandhom jimplimentaw Strateġiji jew Pjanijiet Nazzjonali għall-Kontroll tal-Kanċer.

Il-Jum Dinji tal-Qalb, 29 ta’ Settembru 2013  »

Personalment naħseb, tal-Kummissarju għas-Saħħa, Tonio Borg. li saħaq partikularment dwar kif abitudnijiet tajbin għas-saħħa fil-ħajja jistgħu jgħinuk tevita l-mard tal-qalb.

Premju tal-UE għall-ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa 2013 - id-data tas-sottomissjoni issa għalqet  »

L-aħjar edizzjoni li qatt saret! Qrib l-1000 artiklu sottomessi. Dawn issa se jintbagħtu lill-ġuriji nazzjonali għall-konsiderazzjoni u r-rebbieħa se jitħabbru waqt ċerimonja speċjali f’April 2014.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tniedi filmat li jispjega s-simbolu tat-trianglu maqlub '▼' fuq il-mediċini taħt monitoraġġ addizzjonali  »

Se jibda jidher trijangolu iswed fuq l-informazzjoni dwar il-prodott din il-ħarifa biex jinkuraġġixxi r-rappurtar ta’ reazzjonijiet ħżiena suspettati.

Il-Jum Ewropew għad-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi (EODD), 12 ta’ Ottubru 2013  »

Din is-sena, il-Belġju qed jospita l-Jum Ewropew iddedikat għad-donazzjoni tal-organi, taħt il-patronaġġ tal-Kunsill tal-Ewropa.

L-armonizzazzjoni tar-riċerka tal-UE dwar il-mediċini tradizzjonali Ċiniżi  »

Il-proġett iffinanzjat mill-UE - GP-TMC - ‘Prattika Tajba fir-Riċerka tal-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża fl-Era Post-Ġenomika' twaqqaf biex jevalwa l-prattika attwali ta’ riċerka tal-UE dwar l-użu, is-sikurezza u l-effikaċja tal-mediċina tradizzjonali Ċiniża.

EuroHealthNet tniedi l-Websajt Azzjoni ta’ Kwalità  »

Azzjoni ta’ Kwalità li tiġbor 25 assoċjat u 17-il kollaboratur imsieħba minn 25 Stat Membru, għandha l-għan li żżid l-effettività tal-prevenzjoni tal-HIV fl-Ewropa bl-użu ta’ għodod ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità (QA) u Titjib tal-Kwalità (QI).

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Ir-riforma tal-politika tal-psikjatrija u tas-saħħa mentali  [Lussemburgu]  »

Il-Ministru tas-Saħħa u CRP-Santé jippreżentaw ir-riżultati interim dwar l-istatus tal-postijiet 2011-2012 dwar il-progress tar-riforma tas-setturi tal-psikjatrija u l-futur tal-politika tas-saħħa mentali.

Il-Ġermanja tadotta pjan nazzjonali għall-mard rari  [Ä ermanja]  »

It-52 proposta ta’ politika fil-pjan nazzjonali se jindirizzaw l-aktar problemi urġenti tal-pazjenti u l-qraba tagħhom.

Immorru lura l-iskola f’saħħitna  [Italja]  »

Gwida għall-ġenituri u t-tfal għas-sena skolastika l-ġdida dwar pożizzjoni tal-ġisem tajba, kif tagħżel l-aħjar basket tal-iskola, liema sport tagħżel, il-qamel, eċċ.

Konkors tas-'segwaċi tal-aktar stil ta’ ħajja san'  [Litwanja]  »

Il-konkors mibdi miċ-Ċentru tal-Edukazzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (SMLPC) flimkien ma’ studenti Litwani minn ċentru ta’ edukazzjoni mhux formali (LMNŠC) għandu l-għan li jiżviluppa l-kapaċità tat-tfal u l-istudenti li jipproteġu u jtejbu s-saħħa tagħhom stess u ta’ ħaddieħor.

Avvenimenti li ġejjin 

Samit Dinji dwar is-Saħħa, (Berlin, 20-22 ta’ Ottubru 2013)  »

Dan is-samit jgħaqqad flimkien riċerkaturi, tobba, uffiċjali tal-gvern u l-industrija ewlenin u raprezentatnti tal-NGOs minn sistemi ta’ kura tas-saħħa madwar id-dinja biex jindirizzaw l-aktar kwistjonijiet urġenti li se jiffaċċjaw il-mediċina u s-sistemi tal-kura tas-saħħa matul l-għaxar snin li ġejjin u lil hinn minnhom. 

Konferenza dwar il-Promozzjoni ta' Prattiki Tajbin għas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Impjegati b'Mard Kroniku (Brussell, 22-23 ta’ Ottubru 2013)  »

Il-Konferenza ffinanzjata mill-Programm tas-Saħħa tal-UE se tikkonkludi l-inizjattiva tad-disa' Netwerk Ewropew għall-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ENWHP).

Is-sitt Forum Ewropew għall-Pazjenti (EPF) - Seminar dwar il-promozzjoni reġjonali (Żagreb, 28-29 ta’ Ottubru 2013)  »

“Kif insaħħu l-perspettiva tal-pazjenti fil-livelli tal-UE u nazzjonali?”, - L-EPF se jipprovdi għodda lill-parteċipanti biex jagħmlu promozzjoni effettiva fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Pubblikazzjoni ġdida mill-Kummissjoni Ewropea 'It-titjib tas-saħħa għaċ-ċittadini kollha tal-UE' 2013  »

Din il-pubblikazzjoni tispjega x’tagħmel l-UE fil-qasam tas-saħħa, għaliex hija involuta l-UE, u x’inhuma r-riżultati.

Pjattaforma tal-UE dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa - Rapport Annwali 2013  »

Dan is-sitt Rapport Annwali jippreżenta informazzjoni dwar il-firxa estensiva ta' attivitajiet imwettqa u jiġbor fil-qosor l-attivitajiet u l-kisbiet tal-Pjattaforma matul l-2012.

Laqgħa plenarja tal-Pjattaforma Ewropea għal Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, Brussell, 26 ta’ Settembru 2013  »

Issa hu disponibbli rapport.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Insaħħu s-sikurezza tal-konsumatur: it-titjib tas-sikurezza tal-apparat mediku  »

Il-Kummissjoni Ewropea adottat żewġ miżuri biex titjieb is-sikurezza tal-apparat mediku biex tissodisfa l-impenn tagħha li treġġa' lura l-fiduċja tal-pazjenti fis-settur tal-apparat mediku, fost l-oħrajn, wara l-iskandlu tal-impjanti tas-sider PIP (Poly Implant Prothèse). 

Fl-edizzjoni li jmiss

Kura tas-saħħa bejn il-fruntieri

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk