Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 113, IS 19 ta´ Lulju 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Ċittadini protetti aħjar minn theddid għas-saħħa bejn pajjiżi differenti

Ta' Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Ta' Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Ninsab kuntent li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill reċentement laħqu ftehim dwar id-Deċiżjoni dwar theddid serju għas-saħħa bejn pajjiżi differenti. Dan huwa pass kbir ’il quddiem biex titjieb is-sigurtà tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea u biex iċ-ċittadini madwar l-Ewropa jkunu protetti mill-possibbiltà ta’ pandemiji, diżastri ambjentali jew kimiċi jew theddid ieħor għas-saħħa.

 

Skont din il-leġiżlazzjoni l-ġdida, dawn it-tipi differenti ta’ theddid serju għas-saħħa bejn il-pajjiżi minn issa ’l quddiem jistgħu jiġu ttrattati b’mod konsistenti fil-livell tal-UE, grazzi għall-esperjenza ta' dawn l-aħħ [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Is-Sistema ta' Twissija, Rappurtar u Sorveljanza għat-Theddid għas-Saħħa mill-Kimiċi, Fażi III (ASHTIII)

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Ministru tas-Saħħa Litwan iħabbar il-prijoritajiet fis-settur tas-saħħa matul il-presidenza  »

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk u sistemi tas-saħħa sostenibbli huma fost il-prijoritajiet tal-presidenza tal-Litwanja.

Adottata proposta għal miżati għall-farmakoviġilanza pagabbli lill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMS).  »

Il-Kummissjoni adottat proposta legali li permezz tagħha l-kumpaniji farmaċewtiċi jħallsu miżati speċifiċi għal attivitajiet ta' farmakoviġilanza madwar l-Unjoni kollha.

Grupp ta' Esperti dwar l-Informazzjoni dwar is-Saħħa (il-Lussemburgu, 29-30 ta' Mejju 2013)  »

Issa jistgħu jinstabu l-preżentazzjonijiet.

Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa relatati man-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obeżità  »

Rapport finali tal-evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) tniedi sejħiet għal offerti għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa tal-UE.  »

Is-suġġetti ta' dawn is-sejħiet għal offerti huma ppubblikati fi pjan ta' ħidma annwali. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok irreġistra fil-lista tal-posta elettronika.

Stħarriġ tal-ECDC dwar il-prevalenza puntwali  »

L-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa għadhom problema prinċipali tas-saħħa pubblika. Pazjent wieħed minn 18 fl-isptarijiet Ewropej hu affettwat.

Konferenza Ministerjali Ewropea tad-WHO dwar in-Nutrizzjoni u l-Mard li ma Jitteħidx fil-Kuntest ta' Saħħa 2020.  »

Fid-diskors prinċipali tiegħu matul is-sessjoni dwar l-obeżità fit-tfal u l-inugwaljanzi, is-Sur John Ryan, mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u l-Konsumaturi, innota li r-rati tal-obeżità fit-tfal qed jiżdiedu b'rata allarmanti.

Partenarjat ta' Innovazzjoni Ewropea dwar l-Anzjantià Attiva u f'Saħħa Tajba - ippremjati 32 belt u reġjun  »

Dawn l-ibliet u r-reġjuni madwar l-Ewropa ġew ippremjati talli implimentaw ideat innovattivi fil-prattika biex jgħinu lin-nies anzjani.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

'Retrace' - is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali għall-korrimenti u l-aċċidenti  [Lussemburgu]  »

Il-Lussemburgu se jipparteċipa fil-ġbir ta' dejta Ewropea dwar il-korrimenti u l-aċċidenti.

'Ir-raġunijiet' - kampanja kontra t-tipjip  [Franza]  »

Il-kampanja tistieden lil kull min ipejjep biex isib ir-raġunijiet personali tiegħu biex jaqta' s-sigaretti.

Il-kampanja kontra t-tipjip tiċċelebra 10 snin b'kompetizzjoni onlajn tal-fotografija  [Ä ermanja]  »

Bis-slogan "Iktar cool mit-tipjip, insib..." iż-żgħażagħ huma mistednin jibagħtu r-ritratti tagħhom. 

Avvenimenti li ġejjin 

Skola tas-sajf internazzjonali - "Mard Rari u reġistri ta' mediċini orfni" (16-20 ta' Settembru 2013, Ruma)  »

Il-kors se jiggwida lill-parteċipanti dwar il-kunċetti ewlenin u l-passi prattiċi li għandhom isiru fl-istabbiliment u l-ġestjoni tar-reġistru tal-mard rari biex ikunu żgurati l-utilità, is-solidità u s-sostenibbiltà tiegħu.

'L-użu ta' dejta dwar il-korrimenti għall-politiki dwar is-sewqan, is-saħħa u l-konsumatur u azzjonijiet fil-livell lokali u nazzjonali' (13 ta' Novembru 2013, Brussell)  »

EuroSafe u t-taqsima dwar il-korrimenti tal-Assoċjazzjoni Ewropea għas-Saħħa Pubblika (EUPHA) se jorganizzaw flimkien seminar ta' jum.

Is-16-il Forum tas-Saħħa Ewropea, Gastein (2 - 4 ta' Ottubru 2013, Bad Hofgastein)  »

L-EHGF hi l-konferenza ewlenija dwar is-saħħa pubblika fl-Ewropa. L-għan prinċipali hu li jiffaċilita l-istabbiliment ta' qafas biex jiggwida u jiżviluppa (politiki???) Ewropej.

'Kul tajjeb, ixrob tajjeb u ċċaqlaq' (17 ta' Settembru 2013, Brussell)  »

Il-konferenza internazzjonali dwar ir-riskju kardjometaboliku dwar l-obeżità addominali, id-dijabete tat-tip 2 u l-mard tal-qalb: (din hekk dis-sentenza???) Marda tal-Istil tal-Ħajja.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

L-ewwel rapport tal-Kummissjoni dwar ir-regolament pedjatriku  »

Mediċni għat-tfal: iktar riċerka, iktar disponibbiltà u iktar informazzjoni meta mqabbel ma' 5 snin ilu.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

L-istabbiliment ta' regoli dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA)  »

L-HTA tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politiki b'informazzjoni dwar il-benefiċċji u l-valur kumparattiv tat-teknoloġiji u l-proċeduri tas-saħħa.

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk