Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 109, IS 25 ta´ April 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-Ġimgħa tas-Saħħa elettronika: Lejn Ewropa aktar f’saħħitha

Minn Dr Ambrose McLoughlin, BDS, MBA, is-Segretarju Ġenerali tad-Dipartiment tas-saħħa tal-Irlanda

Minn Dr Ambrose McLoughlin, BDS, MBA, is-Segretarju Ġenerali tad-Dipartiment tas-saħħa tal-Irlanda

L-użu tat-teknoloġija sabiex jiġi rivoluzzjonat l-għoti tal-kura tas-saħħa u biex jittejbu r-riżultati tal-pazjenti se jkunu l-enfasi tal-Ġimgħa tas-Saħħa elettronikainternazzjonali li se sseħħ f’Dublin bejn it-13 u l-15 ta’ Mejju 2013. Mistennija li jattendu għaliha 'l fuq minn 2,500 delegat internazzjonali u 100 eżibitur, l-avveniment annwali se jilqa’ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet mid-dinja kollha minn setturi pubbliċi u privati tal-kura tas-saħħa, ħaddiema fi kliniki, maniġers tal-isptarijiet u tal-IT u mistednin importanti.

Is-soluzzjonijiet tas-Saħħa elettronika huma kruċjali fit-twassil tas- [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Katina ta’ Fiduċja

Teleskopju: Il-Kodiċi ta’ Prattika tas-Servizzi tat-Telesaħħa għall-Ewropa

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

L-Ewropa, bl-ambulanza minn Elina Heino, rebbieħa nazzjonali għall-Finlandja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-fraġilità fix-xjuħija, preokkupazzjoni għas-saħħa pubblika fil-livell tal-UE  »

Fid-diskors tiegħu fil-Konferenza tal-UE dwar il-Fraġilità, Tonio Borg, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, apprezza s-suċċess fis-sejbien ta' għodod u ta' strateġiji ġodda li jipprevjenu u jittrattaw il-fraġilità u li jnaqqsu l-piż fuq is-sistema tal-kura tas-saħħa.

Il-Programme Saħħa UE: 2011 Sejħa għal Proposti – Taqsiriet tal-azzjonijiet magħżula għall-kofinanzjament tal-UE  »

Il-pubblikazzjoni l-ġdida mill-Kummissjoni Ewropea, b’taqsiriet magħżulin issa tinsab onlajn.

Il-ġimgħa dinjija tal-Immunizzazzjoni (20-27 ta’ April) – Skedatur tat-tilqim ġdid  »

Pjattaforma interattiva ġdida tal-iskedi tat-tilqim għal pajjiżi Ewropej individwali u għal gruppi b'etajiet speċifiċi ġiet żviluppata miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), flimkien mal-Groupe d’Etudes en Preventologie.

Sħubija Ewropea għal Azzjoni Kontra l-Kanser tniedi l-kampanja “Jien nammira l-ħajja”  »

Il-kampanja ġdida onlajn ta' logħob soċjali se tikkonsisti fi 11-il logħba divertenti dwar il-prevenzjoni tal-kanser.

Ir-rapport ta’ progress dwar il-kampanja “Buster tat-togħmiet” issa hu disponibbli  »

Dan ir-rapport juri r-riżultati ta’ proġett pilota dwar iż-żieda fil-konsum ta' frott u ta' ħaxix frisk fi gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni.

Il-portal ġdid ifittex biex jittejbu l-qari u l-kitba dwar is-saħħa fost il-popolazzjoni anzjana tal-UE  »

Fil-kuntest attwali ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ b'mod mgħaġġel u ta' awsterità ekonomika, il-proġett IROHLA żviluppa websajt ġdida biex tiġi promossa l-anzjanità f'saħħitha.

L-applikazzjonijiet għall-Premju Ewropew għas-Saħħa 2013 issa jinsabu miftuħin!  »

Il-premju jenfasizza u jippremja inizjattivi ta’ politika dwar is-saħħa li jinvolvu kooperazzjoni Ewropea bejn il-fruntieri li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-isfidi tas-saħħa Ewropea – Skadenza l-31 ta’ Mejju 2013.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Tqabbil tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa. Aġenda għall-politika, l-informazzjoni u r-riċerka  »

Pubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), dan il-ktieb joffri sommarju importanti tal-iżviluppi attwali tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-laqgħa ta' Health First Europe "L-Istat ta’ Saħħa fl-Ewropa” (Brussell, 15 ta’ Mejju 2013)  »

Tonio Borg, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, se jagħmel diskors ewlieni segwit b'dibattitu minn panel dwar l-istat tas-saħħa fl-Ewropa.

L-14-il Kungress Internazzjonali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Epidemjoloġija Psikjatrika (IFPE) (Leipzig, 8 ta’ Ġunju 2013)  »

It-tema se tkun “L-użi tal-epidemjoloġija psikjatrika fit-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni”.

Il-Konferenza tal-Federazzjoni Ewropea tal-Isptarijiet u tal-Kura tas-Saħħa (HOPE) – “Is-Sikurezza tal-Pazjenti fil-Prattika” (L-Aja, 11 ta’ Ġunju 2013)  »

Il-konferenza se tiffoka fuq kif jiġu mmaniġġjati r-riskji għas-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura tas-saħħa Ewropea.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-Italja tipprojbixxi s-sigaretti elettroniċi għall-minorenni  [Italja]  »

L-istess bħall-prodotti l-oħrajn tat-tabakk, is-sigaretti li fihom in-nikotina ma jistgħux jinbiegħu lil persuna li għandha anqas minn 18-il sena.

Il-Kampanja "Get moving" timmira lil dawk bl-età minn 11 sa 15-il sena  [Danimarka]  »

L-għan tal-kampanja hu li taqla' lit-tfal minn quddiem il-PCs tagħhom u tħeġġiġhom biex jagħmlu attività fiżika għal mill-anqas 60 minuta kuljum billi tħajjarhom jagħmlu attivitajiet bħal skateboarding, hip hop jew qbiż bil-ħabel.

Fl-edizzjoni li jmiss

Konferenza dwar l-AIDS u d-Drittijiet tal-Bniedem

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk