Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 108, IS 11 ta´ April 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-pariri xjentifiċi sodi u l-kompetenza jgħinu biex jagħmlu l-ħajja aktar b'saħħitha u sikura għaċ-ċittadini Ewropej

Minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Meta tipprepara l-politiki u l-proposti tagħha marbuta mas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent, il-Kummissjoni tistrieħ fuq Kumitati Xjentifiċi indipendenti biex jipprovduha b'pariri xjentifiċi sodi u biex jiġbdulha l-attenzjoni għal problemi ġodda u emerġenti. Dawn l-opinjonijiet huma vitali għal dawk li jfasslu l-politika biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent li ċ-ċittadini Ewropej jippretendu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

 

Mill-1978, dawn il-Kumitati: il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), il-Kumitat Xjent [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

CONTAMED – It-taħlitiet kontaminanti u s-saħħa riproduttiva tal-bnedmin – strateġiji ġodda għall-valutazzjoni u l-impatt fuq is-saħħa ta’ sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinal

Il-proġett LEXNET: It-tnaqqis tal-esponiment tal-kamp elettromanjetiku

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Insight: In PIP implant scandal, a ragged safety net exposed, ta' Kate Kelland, rebbieħa nazzjonali għar-Renju Unit

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissarju Borg jagħmel diskors dwar saħħet l-irġiel  »

Fid-diskors tiegħu fil-Parlament Ewropew, il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, Tonio Borg, qal li l-livell għoli ta’ mard prematur li jista' jiġi evitat u l-mortalità fost l-irġiel jistgħu jiġu indirizzati aħjar.

Analiżi ewlenija tas-saħħa Ewropea ssib li l-kriżi finanzjarja tal-Ewropa qed tiswa l-ħajjiet  »

Riċerkaturi jikxfu differenzi kbar fis-servizzi tas-saħħa u r-riżultati għan-nies madwar l-Ewropa kollha.

Linji gwida ġodda biex jiġu żviluppati ambjenti ta’ divertiment bil-lejl aktar b'saħħithom u sikuri  »

Il-proġett tal-Klabb Ewropew tas-Saħħa ipproduċa serje ta’ riżorsi biex jappoġġaw lil dawk li jfasslu l-politiki lokali, nazzjonali u Ewropej u lill-prattikanti biex jiżviluppaw ambjenti ta’ divertiment bil-lejl aktar b'saħħithom u sikuri.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

"Waqfien mit-tipjip għall-professjonisti"  [BelÄ¡ju]  »

Kampanja ġdida biex tinkoraġġixxi u tappoġġa l-waqfien mit-tipjip.

"Anzjanità fl-aħjar qagħda fiżika possibbli"  [Franza]  »

L-Institut national de prévention et d’éducation pour la santé (INPES) jipprovdi tagħrif dwar is-saħħa għall-irtirati li għadhom żgħar u għal dawk li biħsiebhom jirtiraw dalwaqt (dawk bejn 55 u 65 sena) dwar l-attività fiżika, in-nutrizzjoni, l-aspetti emozzjonali u konjittivi, il-prevenzjoni u l-istili ta’ ħajja b’saħħitha.

Pjan Nazzjonali dwar id-Dijabete  [Italja]  »

Għanijiet strateġiċi li jtejbu l-prevenzjoni u t-trattament tad-dijabete, u biex jiżguraw li 3 miljun pazjent fl-Italja jirċievu rispons uniformi.

"Il-Promozzjoni tas-Saħħa fin-Netwerks tal-Iskejjel" - l-20 anniversarju  [Litwanja]  »

L-avveniment se jonora l-attivitajiet ta’ promozzjoni favur is-saħħa li kienu l-aktar attivi fl-iskejjel u l-komunitajiet u se jappoġġa l-iżvilupp ta' proġetti ġodda fl-iskejjel għall-promozzjoni tas-saħħa.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

"Ix-xjenza tipproteġi lill-konsumaturi mill-għalqa sal-furketta"  »

Il-fuljett il-ġdid tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) jagħti ħarsa fil-qosor lejn ir-rwol tal-Awtorità fis-sistema ta’ sikurezza tal-ikel tal-UE.

Il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard infettuż fost il-persuni li jinjettaw id-droga – rapport ta' gwida issa jinsab f’10 lingwi  »

Dan ir-rapport konġunt miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDD) jesplora eżempji tajbin tas-saħħa pubblika li jistgħu jappoġġaw politiki effettivi biex jonqsu infezzjonijiet fid-demm, inkluż l-HIV, l-epatite B u l-epatite C.

Avvenimenti li ġejjin 

Ir-raba’ Konferenza Ewropea dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa fl-Iskejjel (Odense, 7-9 ta’ Ottubru 2013)  »

Organizzata minn schools4health, il-konferenza għandha l-għan li tikkonsolida, isaħħaħ, ixerred u taqsam ir-riċerka, il-politika u l-prattika fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa fl-iskejjel. Il-konferenza se tiffoka fuq l-ekwità fil-qasam tas-saħħa permezz ta’ promozzjoni tas-saħħa bbażata fl-iskejjel.

Is-Saħħa Pubblika Ewropea, 20 sena tat-Trattat ta’ Maastricht – Inbidlu l-esperjenzi tal-passat f’viżjoni (Maastricht, 22-23 ta’ Mejju 2013)  »

Permezz ta’ varjetà ta’ suġġetti mill-politika u l-prattika, is-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa sal-politika soċjali u l-ekonomija, fil-livelli nazzjonali u reġjonali (tal-UE), il-konferenza għandha tiżen l-aħħar azzjonijiet tal-UE u tiddiskuti kif jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi reċenti u tal-ġejjieni fl-Ewropa.

It-tielet Samit dwar l-Influwenza (Brussell, 2-3 ta’ Mejju 2013)  »

L-għan tal-laqgħa, organizzata mill-grupp ta’ ħidma xjentifiku Ewropew dwar l-influwenza, hi li tgħin biex jitnaqqas l-impatt tal-influwenza fuq is-saħħa pubblika fl-Ewropa billi tlaqqa' flimkien l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati kollha u biex tipprovdihom bi pjattaforma biex jiġu diskussi strateġiji ta’ prevenzjoni tal-influwenza, jiġu skambjati prattiki tajbin u biex jinbdew azzjonijiet konkreti.

Fl-edizzjoni li jmiss

saħħa-e

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk