Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 105, IS 28 ta´ Frar 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Saħħet il-Migranti u l-Minoritajiet Etniċi, fosthom ir-Rom

Minn Isabel de la Mata, konsulenta ewlenija b'interess speċjali fis-saħħa pubblika

Minn Isabel de la Mata, konsulenta ewlenija b'interess speċjali fis-saħħa pubblika

Minħabba l-kriżi ekonomika ta' bħalissa u l-inkwiet politiku fil-pajjiżi ġirien tal-UE, il-kwistjoni tas-saħħa tal-migranti u ta' xi minoritajiet etniċi (bħar-Rom) qiegħda tingħata dejjem aktar attenzjoni fl-UE. Hemm it-tendenza li d-dibattitu pubbliku jiffoka fuq il-problemi, bħall-biża mill-użu ħażin tas-sistema tas-servizzi tas-saħħa, il-biża' li dawn il-gruppi tal-popolazzjoni huma ta' piż fuq is-sistemi tas-saħħa u l-biża' mit-tixrid tal-mard infettiv.

 

B’mod ġenerali, ħafna gruppi ta’ migranti huma fil-fatt aktar b'saħħithom mill-bqija tal-popolazzjoni, minkejja l-fatt li f’ħafna pajjiżi [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

AVERROES - HUMA, Biex dawk li qed ifittxu l-asil u l-migranti bla dokumenti fl-UE jkollhom aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa

Is-saħħa u l-komunità tar-Rom: analiżi tas-sitwazzjoni fl-Ewropa

BORDERNETwork - Prevenzjoni permezz ta' azzjoni qawwija: iż-żieda tal-prevenzjoni, id-dijanjostika u t-terapija tal-HIV, l-AIDS u l-mard li jittieħed sesswalment f'kull settur u irrispettiv

Assistenza lill-migranti u lill-komunitajiet: Analiżi tal-fatturi soċjali determinanti fil-qasam tas-saħħa u tal-inugwajlanzi fih

2011 - HEALTHEQUITY-2020 - biex jonqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa: tħejjija għal pjanijiet ta’ azzjoni u għal proġetti tal-fondi strutturali.

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

'Irrid ngħix…', Evangelos Pallas, ir-rebbieħ nazzjonali Ċiprijott

'Għajnuna urġenti għas-servizz tal-emerġenza', Desislava Nikolova, ir-rebbieħa nazzjonali Bulgara

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni tadotta l-pakkett ta' investiment soċjali, li fih l-investiment fis-saħħa huwa prijorità  »

Il-pakkett huwa maħsub biex jgħin lill-Istati Membri jużaw il-baġits soċjali u tas-saħħa tagħhom b'mod aktar effiċjenti u effettiv b'investimenti smart għal sistemi sostenibbli tas-saħħa.

Il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Konsumaturi, Tonio Borg, jitkellem fl-okkażjoni tal-Jum internazzjonali kontra l-kanċer fit-tfulija  »

F'diskors li għamel waqt żjara uffiċjali f'Ateni, il-Kummissarju fisser ir-rispett tiegħu lejn it-tfal li jbatu mill-kanċer u l-ġenituri tagħhom.

Taqsira tal-opinjoni xjentifika dwar l-iskeners tas-sigurtà  »

L-iskeners fl-ajruporti huma ta' periklu għal saħħitna? Ċerti ajruporti jużaw l-iskeners tar-raġġi X li jistgħu jikkawżaw il-kanċer u problemi oħrajn tas-saħħa - kemm huma bla periklu?

Il-laqgħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (id-WHO) bit-tema "Naħdmu flimkien għal stimi aħjar fil-qasam tas-saħħa"  »

L-esperti ddiskutew dwar possibbiltajiet futuri ta' kollaborazzjoni biex jitjiebu l-prattiki attwali tal-istimi u l-ġbir tad-dejta fil-qasam tas-saħħa, partikolarment dwar l-imwiet u dwar il-kawżi tagħhom.

Is-sitt Jum internazzjonali kontra l-mard rari  »

"Mard Rari bla Fruntieri" huwa l-islowgan għal dan il-Jum, li huwa kkordinat mill-EURORDIS u organizzat flimkien ma' alleanzi nazzjonali kontra l-mard rari f'24 pajjiż Ewropew.

Kumitat għall-prodotti mediċinali pedjatriċi – lejn iktar informazzjoni u informazzjoni aħjar dwar l-użu tal-mediċini għat-tfal  »

Il-Kumitat Pedjatriku (il-PDCO) tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ħareġ l-ewwel 'Rapport ta' kull 5 snin lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-esperjenza miksuba b'rabta mar-Regolament tal-Pedjatrija'.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Il-bulettin ta' informazzjoni Svediż dwar il-Programm tas-Saħħa tal-UE ħareġ!  [Svezja]  »

L-istitut nazzjonali Svediż dwar is-saħħa pubblika joffri abbonament f'bulettin elettroniku ta' informazzjoni b'rabta mal-Programm tas-Saħħa tal-UE.

Kampanja kontra x-xorb immirata lejn l-adoloxxenti – L-alkoħol jagħmel aktar ħsara milli taħseb – Taf x'inhu l-limitu tiegħek?  [Ä ermanja]  »

Blogg fuq l-internet li fih iż-żgħażagħ jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mingħajr konsum ta' alkoħol fir-Randan.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-politika dwar l-alkoħol u s-saħħa fl-Ewropa – F'liema direzzjoni għandna mmorru? (Brussell, l-14 ta' Marzu 2013)  »

Seminar waqt pranzu organizzat mill-Alleanza Ewropea dwar il-Politika dwar l-Alkoħol (il-EUROCARE). Il-kelliema se jenfasizzaw kif l-alkoħol jaffettwa lis-saħħa u lill-ħajja soċjali u jikkawża ħsara lill-oħrajn.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Il-politiki dwar l-istennija biex wieħed jinqeda fil-qasam tas-saħħa - X'jaħdem u x'ma jaħdimx  »

Dan il-ktieb jipprovdi qafas biex nifhmu għaliex il-listi għall-operazzjonijiet mhux meħtieġa b'urġenza jeżistu f'xi pajjiżi tal-OECD u mhux f’oħrajn.

Riċerka operattiva dwar l-istat ta' preparazzjoni u r-rispons f'każ ta' diżastru  »

Din il-pubblikazzjoni tal-KE hija dwar il-loġistika tar-rispons b'rabta mal-impatt, fuq is-saħħa pubblika, ta’ diżastri li l-konsegwenzi tagħhom huma akbar minn dak li jistgħu jlaħħqu magħhom is-sistemi tal-protezzjoni ċivili u tas-saħħa pubblika.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Tabakk: It-tipjip passiv naqas, iżda xorta għadu komuni wisq  »

Il-protezzjoni kontra t-tipjip passiv fl-UE tjiebet b’mod konsiderevoli. Skont rapport ippubblikat mill-Kummissjoni, fl-2012 kien hemm 28% tal-Ewropej li kienu esposti għat-tipjip fil-bars – tnaqqis minn 46% fl-2009.

Fl-edizzjoni li jmiss

Is-sikurezza tal-pazjenti

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk