Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 104, IS 14 ta´ Frar 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Is-sistemi tas-saħħa – id-dimensjoni Ewropea

Minn Nathalie Chaze, il-Kap tal-unità tas-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa, id-DĠ Saħħa u Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Minn Nathalie Chaze, il-Kap tal-unità tas-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa, id-DĠ Saħħa u Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Kull pajjiż huwa responsabbli għat-tfassil tal-politika tas-saħħa tiegħu u għall-ġestjoni tas-servizzi tas-saħħa tiegħu. It-Trattat ta' Lisbona jitlob lill-Unjoni Ewropea tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejniethom u billi toffri appoġġ għall-azzjoni tagħhom. Fil-fatt, f'dawn l-aħħar snin, l-UE tat dejjem aktar appoġġ lill-Istati Membri f'ħidmiethom biex jagħmlu s-sistemi tas-saħħa tagħhom sostenibbli u effiċjenti.

Kif wieħed jistenna, l-UE tikkollabora mill-qrib mal-pajjiżi involuti fi programmi ta' assistenza ekonomika minħabba s-sitwazzjonijiet ekonomiċi [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Il-proġett EUREGIO III

L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni tas-Saħħa (EHMA)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Il-kanċer u s-sistema tal-kura tas-saħħa, ta' Inta Lase, ir-Rebbieħa Nazzjonali għal-Latvja

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

It-tnedija tal-pjattaforma ta' Twissija Rapida tal-UE għat-tessuti u ċ-ċelloli umani  »

Din il-pjattaforma se ttejjeb is-sigurtà tal-pazjenti li jagħmlu trapjanti u proċeduri mediċi li jinvolvu t-tessuti u ċ-ċelloli umani, eż. il-mudullun, il-kornea, il-ġilda, l-ooċti, l-isperma, eċċ.

Id-djamanti – ll-ħbieb tal-qalb tal-pazjenti tal-kanċer  »

DINAMO, proġett ta' riċerka ffinanzjat mill-UE, juri li d-djamanti jistgħu joffru mod radikali ġdid li jidentifika l-bidu tal-kanċer ħafna qabel milli konna naħsbu qabel.

Fil-laqgħa tal-esperti ġie diskuss il-proċess ta' verifka għall-qerda tal-ħosba u r-rubella.  »

F'laqgħa organizzata mid-WHO/Ewropa u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-esperti ddiskutew kif tista' tiżdied il-kopertura tat-tilqim permezz tal-immunizzazzjoni. 

HEAL tħabbar il-finalisti għall-"Premju għall-Films dwar is-Saħħa u l-Ambjent"  »

Il-ħames dokumentarji magħżula għall-kompetizzjoni tħabbru fit-30 edizzjoni tal-Festival tal-Films Internazzjoni dwar l-Ambjent (FIFE).

Il-Proġett EFA dwar l-Armonizzazzjoni tal-Ossiġnu jsejjaħ għal stejjer u inkjesti tal-pazjenti  »

Biex il-proġett jirnexxi, inġabru stejjer u inkjesti reali mill-pazjenti b'mard respiratorju kroniku li jeħtieġu l-ossiġnu meta jivvjaġġaw bl-ajruplan.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

L-għaxar anniversarju tal-Ministeru tas-Saħħa tal-Latvja  [Latvja]  »

Fl-1 ta' Frar 2013 il-Ministeru tas-Saħħa għalaq 10 snin bħala entità separata. Qabel dan, is-saħħa kienet taqa' taħt il-Ministeru għall-Benessri.

INPES - Il-Promozzjoni tal-Attività Fiżika  [Franza]  »

Tnediet websajt bl-għan li tippromwovi l-attività fiżika fost dawk li jfasslu l-politika fil-livelli reġjonali u lokali.

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-futbol Taljan hu l-wiċċ ġdid ta' kampanja ġdida dwar is-saħħa  [Italja]  »

Din il-kampanja hi maħsuba biex tħeġġeġ liċ-ċittadini biex ikollhom ħajja inqas sedentarja billi tippromwovi l-attività fiżika u turi kif l-isport għandu rwol importanti fis-saħħa.

Avvenimenti li ġejjin 

It-23 Konferenza Annwali ta' Alzheimer Europe (Malta, 10-12 ta' Ottubru 2013)  »

Il-konferenza "Ngħixu tajjeb f'soċjetà li tilqa' l-problemi tad-dimenzja" hi organizzata b'mod konġunt minn Alzheimer Europe u l-Malta Dementia Society.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Analiżi tal-letteratura dwar komunikazzjoni tar-riskju effettiva għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed fl-Ewropa  »

Il-pubblikazzjoni tal-ECDC tiġbor il-korp eżistenti ta' letteratura dwar il-komunikazzjoni tar-riskju (b'enfasi fuq il-mard li jittieħed) li tista' tintuża biex tinforma l-iżvilupp ta' strateġiji u metodi ta' komunikazzjoni tar-riskju bbażati fuq l-evidenza.

L-inklużjoni attiva taż-żgħażagħ b'diżabbiltà jew problemi tas-saħħa  »

Eurofound se tippubblika rapport ġdid dwar id-diffikultajiet li dawn iż-żgħażagħ jiffaċċaw biex isibu impjieg.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-Jum Dinji Kontra l-Kanċer 10 Fatti dwar l-Azzjoni tal-UE għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer  »

L-UE tippreżenta 10 fatti magħrufa dwar l-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-kanċer.

Fl-edizzjoni li jmiss

Is-Saħħa u l-Migranti

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk