Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 103, IS 31 ta´ Jannar 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Għar-raba' darba l-UE tippremja l-eċċellenza fil-ġurnaliżmu dwar is-saħħa

Minn Helmut Brand, Professur tas-saħħa pubblika Ewropea, membru tal-ġurija tal-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa 2012, President tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tas-Saħħa Pubblika fir-Reġjun Ewropew (ASPHER) u President tal-Forum Ewropew dwar is-Saħħa Gastein (EHFG)

Minn Helmut Brand, Professur tas-saħħa pubblika Ewropea, membru tal-ġurija tal-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa 2012, President tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tas-Saħħa Pubblika fir-Reġjun Ewropew (ASPHER) u President tal-Forum Ewropew dwar is-Saħħa Gastein (EHFG)

Bħall-ASPHER, li hija ddedikata għat-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa, il-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa jikkontribwixxi biex in-nies ikunu jafu iktar dwar is-saħħa pubblika u dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sistemi tas-servizzi tas-saħħa Ewropej billi jagħti ħarsa minn ġewwa lejn is-saħħa fl-Ewropa.

 

Il-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħagħandu l-għan li jilħaq lill-pubbliku ġenerali b’eżempji konkreti ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika li juru b'mod ċar x'tista' tagħmel l-UE għas-saħħa. Bis-sehem tal-[urnalisti f'dan il-premju, mhux biss [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Nipprevjenu d-dipressjoni u nkabbru l-għarfien permezz tan-netwerking fl-UE (PREDI-NU)

Promozzjoni tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ permezz ta' personalizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa bl-użu tat-teknoloġija (PRO-YOUTH)

Viġilanza u sorveljanza ta' sustanzi ta' oriġini umana (SOHO V & S)

Skrining CRC (CRCS)

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni tiddikjara l-2013 bħala s-sena ddedikata għall-arja  »

F'kollaborazzjoni mal-uffiċċju reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-Ewropa, il-pjan huwa li jsir enfasi fuq l-importanza ta’ arja nadifa u li l-azzjonijiet jiġu ffukati fuq it-tir li tittejjeb il-kwalità tal-arja.

Rapport dwar in-netwerk tal-valutazzjoni tat-teknoloġija fil-qasam tas-saħħa  »

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar in-netwerk tal-valutazzjoni tat-teknoloġija fil-qasam tas-saħħa 2012 ħarġu.

Sħubija Ewropea għall-innovazzjoni favur anzjanità attiva u bla mard: inghaqad maghna!  »

Tnediet sensiela ġdida ta' stediniet għal teħid ta' impenn. Żmien sal-28 ta’ Frar 2013.

Kumitati xjentifiċi – spjegazzjoni dwar il-fwejjaħ allerġeniċi fil-prodotti kożmetiċi  »

Xi ingredjenti li jfewħu jistgħu jikkawżaw irritazzjonijiet fil-ġilda. Jista' jiġi ffissat limitu mhux perikoluż għall-ingredjenti allerġeniċi fil-prodotti kożmetiċi?

Il-Jum Dinji kontra l-Kanċer 2013 – l-4 ta’ Frar  »

L-enfasi fl-2013 se jkun fuq il-ġlieda kontra miti u kunċetti żbaljati dwar il-kanċer, li huma ta' ħsara.

Nifs frisk għaż-żgħażagħ li jbatu bl-ażma  »

Is-sejbiet tal-proġett tal-Ażma u l-ORMDL3 jista’ jbiddel il-mod kif naraw l-ażma fit-tfal, li hija kundizzjoni li tista' twassal għall-mewt u li tolqot lil iktar minn 30 miljun tifel u tifla u adulti fl-Ewropa.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Saħħa 2015 – programm ġdid għas-saħħa pubblika  [Finland]  »

Saħħa 2015 huwa programm fit-tul ta' politiki favur is-saħħa li għandu l-għan li jtejjeb is-saħħa sabiex in-nies jgħixu ħajja itwal u attiva kif ukoll li jnaqqas id-differenzjali bejn gruppi differenti tal-popolazzjoni fejn għandha x'taqsam is-saħħa.

Programm nazzjonali għall-kontroll tal-kanċer 2010–2015  [Slovenja]  »

Dan il-programm se jnaqqas l-għadd ta' pazjenti ġodda u jżid ir-rati tas-sopravivenza billi jtejjeb is-servizzi kontra l-kanċer fil-livelli kollha, mill-prevenzjoni sal-kura u r-riabilitazzjoni tal-pazjenti.

Sir donatur tal-organi  [Ä ermanja]  »

Ic-Ċentru Federali għall-Edukazzjoni dwar is-Saħħa se jagħti bidu għall-kampanja annwali li fiha jżur inħawi differenti u joffri informazzjoni dwar id-donazzjoni tal-organi biex iħajjar liċ-ċittadini jsiru donaturi.

Avvenimenti li ġejjin 

Konferenza tal-European Healthy Stadia 2013 (Manchester, il-21 ta' Marzu 2013)  »

Il-konferenza se tesponi l-aħjar prattika minn madwar l-Ewropa kollha b'rabta ma' firxa wiesgħa ta’ inizjattivi tal-Healthy Stadia u se tiffoka fuq il-benefiċċji, għas-saħħa u għas-soċjetà, tal-użu tal-istejdjums sportivi biex tiġi inkuraġġita s-saħħa.

EuroPRevent 2013 (Ruma, bejn it-18 u l-20 ta' April 2013)  »

It-tema tal-konferenza, li qed tigi organizzata mill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Prevenzjoni u r-Riabilitazzjoni Kardjovaskulari (EACPR), hija: Strateġija universali għall-prevenzjoni tal-mard kardjovaskulari u għall-implimentazzjoni f'dan il-qasam.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Governanza għall-qasam tas-saħħa fis-seklu 21  »

Dan l-istudju, li ġie ppubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ġie kkummissjonat biex jipprovdi evidenza li fuqha tissejjes il-politika Ewropea l-ġdida dwar is-saħħa, is-Saħħa 2020.

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa 2012 - ktejjeb  »

Il-ktejjeb fih il-finalisti ta' din is-sena u l-artikli tagħhom dwar is-suġġetti ġenerali, kif ukoll il-premju speċjali dwar il-waqfien mit-tipjip.

Sorveljanza tal-mard tal-pnewmokokkus invażiv fl-Ewropa, 2010  »

Fl-2010, ġiet stabbilita fl-UE sistema ġdida u aqwa ta' sorveljanza tal-mard tal-pnewmokokkus invażiv. Dan ir-rapport, li nħareġ mill-ECDCjiddeskrivi r-riżultati tal-ewwel sena ta' dejta.

Hidmet l-OECD fuq is-saħħa – Fuljett  »

Din il-pubblikazzjoni tispjega kif dawk li jfasslu l-politiki fl-OECD jinfurmaw lill-partijiet interessati pubbliċi u privati u liċ-ċittadini dwar kif għandhom jiġu indirizzati talbiet għal aktar servizzi tas-saħħa ta' kwalità

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Ghar-raba' darba l-UE tippremja l-eċċellenza fil-ġurnaliżmu dwar is-saħħa  »

Ir-rebbieħa tar-raba' Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa tħabbru mill-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, Tonio Borg, waqt ċerimonja tal-premjazzjoni li saret Brussell fid-29 ta’Jannar 2013.

Fl-edizzjoni li jmiss

Sistemi tas-saħħa

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk