Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 101, IS 6 ta´ Diċembru 2012

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Indikaturi ewlenin tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa f'35 pajjiż ppreżentati f’rapport ġdid

Minn Stefan Schreck, Kap tal-unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

Minn Stefan Schreck, Kap tal-unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

F'Novembru, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) ippubblikaw it-tieni edizzjoni tar-rapport “Ħarsa ħafifa lejn is-Saħħa: l-Ewropa".

Ir-rapport, ippreżentat f'format faċli għall-utent, jagħti sensiela ta’ indikaturi ewlenin dwar l-istatus tas-saħħa, il-fatturi determinanti tas-saħħa, riżorsi u attivitajiet għall-kura tas-saħħa, il-kwalità tal-kura, in-nefqa għas-saħħa u finanzjament f'35 pajjiż Ewropew, inklużi s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, 5 pajjiżi kandidati u 3 pajjiżi tal-EFTA.

Il-pubbli [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE » 
Avvenimenti li ġejjin » 
Pubblikazzjonijiet ġodda » 
Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Azzjoni Konġunta dwar l-Istħarriġ pilota Ewropew dwar l-Eżami tas-Saħħa (EHES JA)

Azzjoni Konġunta għal Indikaturi u Monitoraġġ tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea (Azzjoni Konġunta għall-ECHIM)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Premju speċjali għall-aħjar artiklu dwar il-waqfien mit-tipjip

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Il-Kummissjoni Ewropea u FC Barċellona jniedu "Ieqaf Pejjep ma'' Barça"  »

Fl-1 ta’ Diċembru f'Camp Nou, FC Barċellona u l-Kummissjoni Ewropea nedew is-Sħubija tagħhom għall-waqfien mit-tipjip. L-għodda iCoach hija disponibbli b'pariri personalizzati miċ-ċelebritajiet ta' Barça dwar kif wieħed għandu jieqaf ipejjep.

Tonio Borg maħtur Kummissarju ġdid għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur mill-Kunsill Ewropew  »

L-ex il-Ministru tal-Affarijiet Barranin huwa kkonfermat bħala il-Kummissarju l-ġdid tal-UE.

Ir-rapport jiżvela dejta dwar każijiet ġodda tal-HIV fl-Ewropa  »

Rapport konġunt minn Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa mmarkat il-Jum Dinji tal-AIDS.

Grupp ta' Livell Għoli għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika jippubblika l-konklużjonijiet tiegħu  »

Rapport fil-qosor dwar il-progress tal-evalwazzjoni esterna tal-Istrateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa li għandhom x'jaqsmu man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità.

Health First Europe tniedi l-ewwel karta tal-but bir-rakkomandazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa  »

L-involviment tal-partijiet interessati u t-trasparenza huma ċ-ċwievet għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa tal-UE, skont Health First Europe.

Tfajliet li jiżfnu 'l bogħod mid-dipressjoni  »

Studju juri li d-dipressjoni, l-istress, l-għeja u saħansitra l-uġigħ ta' ras, li jsoffru t-tfajliet jistgħu jittaffew permezz ta' żfin regolari

Żid l-attività tiegħek għal ħajja aktar f’saħħitha!  »

Ir-riċerkaturi aċċettaw l-isfida li jċaqilqu n-nies billi ħolqu “passju”, logħba interattiva għaż-żgħar u l-kbar biex iżommu ruħhom fiżikament u mentalment tajbin.

Tnaqqis fir-riskju tad-dimenzja bi stil ta’ ħajja aktar attiv  »

Studju ġdid jiżvela li l-anzjani li jżidu l-attività fiżika tagħhom jistgħu jnaqqsu ċ-ċans li jkollhom id-dimenzja.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

It-trabi se jkunu mħarsa mill-mikrobu komuni tad-dijarrea  [Renju Unit]  »

It-tfal taħt l-erba’ xhur se jkunu mlaqqmin kontra r-rotavirus – mikrobu li jittieħed ħafna.

L-2013 ddikjarata s-Sena Spanjola dwar il-Mard Rari  [Spanja]  »

B’din l-inizjattiva, il-Gvern Spanjol irid iqajjem l-għarfien u l-kuxjenza dwar kondizzjonijiet rari.

Kampanja ġdida kontra l-użu ħażin tal-antibijotiċi  [Lussemburgu]  »

Il-Ministeru tas-Saħħa jrid iqajjem l-għarfien pubbliku dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE 

Il-Kummissjoni Ewropea u FC Barċellona jniedu sħubija kontra t-tabakk  »

“Ieqaf pejjep ma' Barça” hija mibnija fuq l-iCoach, programm ta' kkowċjar tas-saħħa personali li jipprovdi lil min ipejjep b'parir personalizzat dwar kif jista' jwaqqaf it-tipjip miċ-ċelebritajiet ta' Barça.

Avvenimenti li ġejjin 

Il-11-il Konferenza Internazzjonali dwar il-mard tal-Alzheimer u tal-Parkinson (Firenze, l-Italja 6-10 Marzu, 2013)  »

Il-laqgħa hija fuq quddiem nett tal-iżvelar tal-mekkaniżmi u t-titjib tat-trattament tal-mard Parkinson u Alzheimer u mard newrodeġenerattiv relatat.

L-ewwel Konsorzju Internazzjonali tar-Riċerka fil-Mard Rari (IRDiRC) (Dublin, 16-17 April 2013)  »

Il-konferenza organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, għandha l-għan li tiġbor partijiet interessati attivi fil-qasam tal-mard rari minn madwar il-globu.

Pubblikazzjonijiet ġodda 

Il-ħsara tal-alkoħol: rapporti ġodda ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea  »

Disponibbli onlajn żewġ rapporti ġodda fil-qasam tat-tnaqqis tal-alkoħol.

Austrian Road Safety Board tippubblika rapport dwar il-piż tal-korrimenti sportivi fl-Unjoni Ewropea  »

Prinċipalment ibbażat fuq Bażi ta’ Dejta tal-Korrimenti, ir-rapport huwa parti mill-“Iskemi ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza fl-Isport b'riskju għoli", proġett iffinanzjat mill-UE.

Il-Gwida biex dawk li jappoġġaw jifhmu r-Riċerka tal-Kanċer tas-Sider, minn Europa Donna  »

Dan il-fuljett jagħti ħiliet importanti lil min jikkampanja kontra l-kanċer tas-sider bħall-ħila li jirrikonoxxi l-istudji ta' reputazzjoni tajba u biex jifhmu r-riżultati ta’ studji, statistiċi u livelli ta' evidenza.

L-inugwaljanzi soċjali tas-saħħa fil-Polonja  »

Ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, dan l-istudju jippreżenta l-ewwel sommarju komprensiv tal-għarfien attwali fuq l-iskala tal-inugwaljanzi tas-saħħa fil-Polonja.

Rapport ta’ monitoraġġ dwar il-ħosba u r-rubella  »

Il-każijiet tal-ħosba huma sostanzjalment aktar baxxi iżda xorta ma jilħqux il-mira tal-eliminazzjoni, skont rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.

Stqarrijiet għall-Istampa mill-UE 

Il-Jum Dinji tal-AIDS – stqarrija ta' kwistjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea  »

Il-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur, Tonio Borg, u l-Kummissarju għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, enfasizzaw l-aktar statistika reċenti dwar l-HIV/AIDS fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Fl-edizzjoni li jmiss

It-Tabakk

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk