Saħħa mentali

Qafas tal-UE għal Azzjoni dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

Il-poltiiki u s-servizzi li jindirizzaw is-saħħa mentali huma r-responsabbiltà tal-pajjiżi individwali tal-UE. Madankollu, il-ħtieġa li s-saħħa mentali tiġi inkluża fost il-prijoritajiet tal-aġenda tas-saħħa pubblika qed tiġi dejjem aktar rikonoxxuta fl-Ewropa fid-deċennji reċenti. Il-politiki tas-saħħa mentali ma nagħtawx l-istess importanza fil-pajjiżi Ewropej kollha.

B’konsegwenza ta’ dan, ħafna individwi li jesperjenzaw disturbi mentali ma jirċievu l-ebda trattament u d-disponibbiltà tas-servizzi biex jipprevjenu d-disturbi mentali u jippromwovu l-benessri mentali għandha limitata.

Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

L-Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali għandha l-għan li tibni qafas għal azzjoni fil-politika tas-saħħa mentali fil-livell Ewropew u li tibni fuq il-ħidma preċedenti żviluppata taħt il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali. Iffinanzjata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u l-Konsumaturi, l-Azzjoni Konġunta tinvolvi 51 imsieħeb li jirrappreżentaw 28 Stat Membru tal-UE u 11-il organizzazzjoni Ewropea, u hi koordinata min-Nova Medical School/Faculdade de Ciências Médicas, l-Università Nova ta’ Liżbona, il-Portugall.

Oqsma ta’ Prijorità

  • Dipressjoni, suwiċidju u saħħa elettronika
  • Approċċi bbażati fuq il-komunità
  • Saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol
  • Saħħa mentali fl-iskejjel
  • Saħħa mentali fil-politiki kollha

Qafas tal-UE dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali

Il-qafas għal azzjoni li rriżulta kien ippreżentat matul konferenza finali fl-2016. Dan jappoġġja l-gvernijiet nazzjonali biex jeżaminaw mill-ġdid il-politiki u jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom biex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-politika permezz ta' approċċi innovattivi, filwaqt li jikkunsidraw ħtiġijiet speċifiċi fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Jipprovdi wkoll gwida għar-rieżami u l-iżvilupp tal-politiki tal-UE

Dawn ir-rapporti u d-dokumenti individwali jirreferu għal temi speċifiċi koperti mill-Azzjoni Konġunta u l-Qafas.

Objettivi

  • L-iżgurar ta’ implimentazzjoni sostenibbli u effettiva ta’ politiki li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni u t-trattament ta’ disturbi mentali;
  • L-iżvilupp tal-promozzjoni u l-prevenzjoni tas-saħħa mentali u ta’ programmi ta’ intervent bikri, permezz tal-integrazzjoni tas-saħħa mentali fil-politiki kollha u tal-kooperazzjoni multisettorjali;
  • L-iżgurar tat-tranżizzjoni lejn trattament komprensiv tas-saħħa mentali u kura ta’ kwalità aċċessibbli għal kulħadd, b’enfasi fuq l-għoti ta’ kura tas-saħħa lil individwi b’disturbi mentali. Il-koordinazzjoni tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali għal individwi b’disturbi mentali severi kif ukoll l-integrazzjoni tal-kura għal disturbi mentali u fiżiċi;
  • It-tisħiħ tat-tixrid tal-għarfien, il-bażi tal-evidenza u l-prattiki tajbin fis-saħħa mentali;
  • Partenarjati għall-progress.