Indikaturi tas-saħħa

Ħarsa ġenerali

Indikatur hu miżura kwantitattiva jew kwalitattiva ta' kemm aħna viċin li nilħqu għan stabbilit (riżultat ta' politika). L-indikaturi jgħinu biex il-prestazzjoni tkun analizzata u mqabbla ma' gruppi tal-popolazzjoni jew żoni ġeografiċi oħra, u jistgħu jkunu utli biex jiġu deċiżi prijoritajiet ta' politika.

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika settijiet varji ta’ indikaturi tas-saħħa bbażati fuq data affidabbli u komparabbli li hi essenzjali għat-tfassil ta’ strateġiji u politiki biex titjieb is-saħħa tal-Ewropej, u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom.

Indikaturi tas-saħħa tal-UE

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tipproduċi data komparabbli u affidabbli dwar is-saħħa u l-imġiba relatata mas-saħħa, il-mard, u s-sistemi tas-saħħa biex it-tfassil tal-politika jkun infurmat, b’għodda bħaċ-ċiklu tal-għarfien tal-Istat tas-Saħħa fl-UE. Dan jeħtieġ li jkun ibbażat fuq indikaturi tas-saħħa tal-UE komuni, b'definizzjonijiet, ġbir u użu miftiehma. Dawn huma disponibbli permezz ta:

Data dwar is-saħħa tal-UE

Id-data dwar is-saħħa tal-UE tikkonsisti f’taħlita ta’ data amministrattiva dwar is-saħħa jew data meħuda minn stħarriġiet dwar is-saħħa u soċjali.

Peress li d-data trid tkun komparabbli, hu essenzjali li jintużaw sistemi ta’ klassifikazzjoni konsistenti li hemm ftehim dwarhom fuq livell internazzjonali, b’kunċetti u definizzjonijiet komuni.

Grupp Espert dwar l-Informazzjoni tas-Saħħa

Il-Grupp Espert dwar l-Informazzjoni tas-Saħħa (EGHI) hu grupp konsultattiv għall-politika bbażata fuq l-evidenza magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE, mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn pajjiżi membri futuri possibbli tal-UE, u minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

Azzjoni Konġunta dwar l-Informazzjoni dwar is-Saħħa

L-Azzjoni Konġunta dwar l-Informazzjoni dwar is-Saħħa (InfAct) ġiet varata fit-28 ta’ Marzu 2018. InfAct se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ infrastruttura sostenibbli għall-informazzjoni dwar is-saħħa tal-UE billi ttejjeb id-disponibilità ta’ data dwar is-saħħa komparabbli, robusta u rilevanti għall-politika u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa.