Indikaturi tas-saħħa

Indikaturi oħrajn

Meta jkunu qed jabbozzaw il-proposti tas-saħħa, min ifassal il-politika jeħtieġ data fuq firxa wiesgħa ta’ fatturi li jaffettwaw is-saħħa, bħall-ambjent soċjali, ekonomiku u dak amministrattiv.

L-UE tiġbor indikaturi fuq ħafna minn dawn il-kwistjonijiet deskritti hawn taħt.

Indikaturi dwar l-iżvilupp sostenibbli

Fl-2016 il-Kummissjoni Ewropea varat Komunikazzjoni dwar Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli [COM(2016)739]. Hi tiddeskrivi l-politiki li jikkontribwixxu għas-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs), b'mod partikolari għall-SDG 3 biex jiġu żgurati ħajjiet b’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd tkun xi tkun l-età.

Fl-2017 il-Kummissjoni Ewropea żviluppat is-sett ta’ indikaturi għall-SDG tal-UE. Għall-fini tal-ewwel rapport ta’ monitoraġġ tal-SDG, ġew magħżula dawn is-sitt indikaturi għall-Għan 3 dwar is-saħħa u l-benesseri:

Barra minn hekk, l-indikaturi għal Għanijiet tal-SDG oħra ġew ukoll attribwiti lill-Għan 3 bħala “indikatur b’finijiet multipli” bħal:

Xi wħud minn dawn l-indikaturi huma komuni għal-lista mqassra tal-Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej (ECHI).

Evalwazzjoni tal-progress

Il-Kummissjoni Ewropea tevalwa l-progress lejn l-għanijiet maqbula f’rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-SDG. L-ewwel rapport ta’ Monitoraġġ tal-2017 dwar il-progress lejn l-SDGs f'kuntest tal-UE hu disponibbli flimkien ma’ diversi għodod addizzjonali biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-UE.

Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jwassal għal Ewropa aktar soċjali u ġusta u hu prijorità ewlenija għall-Kummissjoni Ewropea. Il-parti tal-Appoġġ pubbliku / tal-Protezzjoni soċjali u l-inklużjoni tinkludi indikaturi dwar il-kura tas-saħħa:

  • Il-ħtieġa awtodikjarata mhux issodisfata għal kura medika
  • L-infiq mill-but għall-kura tas-saħħa
  • Is-snin ta’ ħajja b’saħħitha fl-età ta' 65.

Ara wkoll l-indikaturi soċjali tal-UE u l-Qafas għall-Evalwazzjoni Konġunta (JAF) dwar is-Saħħa.

Indikaturi tas-saħħa taż-Żgħażagħ tal-UE

L-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-UE tistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni għall-2010-2018. Hi għandha l-għan li tipprovdi aktar opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ u li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà. B’riżultat ta’ dan, se tiżgura li jitqiesu l-kwistjonijiet dwar iż-żgħażagħ meta jiġu fformulati, implimentati u evalwati politiki u azzjonijiet li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq iż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni, l-impjiegi jew is-saħħa u l-benesseri.

Indikaturi tal-kwalità tal-kura tas-saħħa u l-miżuri rrappurtati mill-pazjenti

Il-proġett dwar l-Indikaturi tal-Kwalità tal-Kura tas-Saħħa (HCQI), immexxi mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, għandu l-għan li jkejjel u jqabbel il-kwalità tas-servizz tas-saħħa f’pajjiżi differenti. L-oqsma ewlenin huma:

B’mod tipiku, is-suċċess tal-kura tas-saħħa hu vvalutat fuq il-bażi tar-rati ta’ sopravvivenza, jew ir-rati tal-kura, wara t-trattament. Dan għandu t-tendenza li jaħbi differenzi importanti, li joħorġu biss meta jitqiesu l-eżiti u l-esperjenzi rrappurtati mill-pazjenti stess.

L-Istħarriġ dwar l-Indikaturi Rrappurtati mill-Pazjenti (PaRIS) tal-OECD, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, se jindirizza nuqqasijiet kritiċi tal-informazzjoni u jibni ħarsa ċċentrata fuq il-pazjent tal-prestazzjoni tas-sistema tas-saħħa.

Qed jiġu żviluppati ħidma biex ikun hemm aċċellerazzjoni tal-adozzjoni u r-rapportar ta’ indikaturi rrappurtati mill-pazjenti f’oqsma ta’ mard individwali (kanċer tas-sider, bdil tal-ġenb u l-irkoppa u s-saħħa mentali) u stħarriġ ġdid internazzjonali tal-pazjenti (b’fokus fuq kundizzjonijiet kumplessi u kroniċi li jiġu ttrattati fil-kura primarja).