Is-saħħa u l-fondi strutturali

L-UE għas-Saħħa 2021-2027 – viżjoni għal Unjoni Ewropea aktar b’saħħitha

Il-Programm l-UE għas-Saħħa hu r-rispons ambizzjuż tal-UE għall-COVID-19. Il-pandemija kellha impatt kbir fuq il-pazjenti, l-istaff mediku u tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti u s-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa. Il-Programm il-ġdid l-UE għas-Saħħa se jmur lil hinn mir-rispons għall-kriżijiet biex jindirizza r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. 

Il-Programm l-UE għas-Saħħa, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522, se tipprovdi finanzjament lil entitajiet eliġibbli, organizzazzjonijiet tas-saħħa u NGOs minn pajjiżi tal-UE, jew pajjiżi mhux tal-UE assoċjati mal-programm.

Oqsma ta' azzjoni

Bil-programm l-UE għas-Saħħa, l-UE se tinvesti €5.3 biljun fil-prezzijiet attwali f’azzjonijiet b’valur miżjud tal-UE, li jikkumplimentaw il-politiki tal-pajjiżi tal-UE u jsegwu wieħed jew aktar mill-objettivi tal-programm l-UE għas-Saħħa:

L-10 objettivi speċifiċi skont ir-4 għan ġenerali huma:

  1. Biex tittejjeb u titrawwem is-saħħa fl-Unjoni
    • il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa
    • inizjattivi u kooperazzjoni internazzjonali tas-saħħa
  2. Biex jiġi indirizzat it-theddid transfruntier għas-saħħa
    • prevenzjoni, tħejjija u rispons għal theddid transfruntier għas-saħħa
    • jitlestew il-ħażniet nazzjonali ta’ prodotti essenzjali rilevanti għall-kriżijiet
    • l-istabbiliment ta’ riżerva ta’ staff mediku, tal-kura tas-saħħa u ta’ appoġġ 
  3. Biex jitjiebu l-prodotti mediċinali, l-apparati mediċi u l-prodotti rilevanti għall-kriżijiet
    • il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku u l-prodotti rilevanti għall-kriżijiet isiru disponibbli u affordabbli
  4. Biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa, ir-reżiljenza u l-effiċjenza tagħhom fir-riżorsi.
    • tisħiħ tad-data dwar is-saħħa, għodod u servizzi diġitali, trasformazzjoni diġitali tal-kura tas-saħħa
    • it-titjib tal-aċċess għall-kura tas-saħħa
    • l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza 
    • ħidma integrata fost is-sistemi nazzjonali tas-saħħa

Il-programm l-UE għas-Saħħa se jwitti t-triq għal Unjoni tas-Saħħa Ewropea billi jinvesti fi prijoritajiet urġenti tas-saħħa:

Oqsma oħra, bħad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, it-tnaqqis tal-għadd ta’ infezzjonijiet reżistenti għall-antimikrobiċi u t-titjib tar-rati ta’  tilqim se jingħataw spinta wkoll.

L-UE se tespandi inizjattivi ta’ suċċess bħan-Networks Ewropej ta’ Referenza għal mard rari u se tkompli ssegwi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar theddid u sfidi globali għas-saħħa.

Atturi involuti

Ħafna atturi huma meħtieġa biex l-Programm l-UE għas-Saħħa issir realtà:

  • Il-pajjiżi tal-UE jiġu kkonsultati dwar il-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-programm u jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni fil-“Grupp ta’ Tmexxija tal-Programm l-UE għas-Saħħa” biex jiżguraw il-konsistenza u l-komplementarjetà mal-politiki nazzjonali tas-saħħa. Huma jipprovdu l-opinjoni tagħhom fil-Kumitat tal-programm l-UE għas-Saħħa qabel l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali.
  • Il-partijiet ikkonċernati, inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, l-akkademiċi u l-organizzazzjonijiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, jipprovdu kontribut dwar il-prijoritajiet u l-orjentazzjonijiet strateġiċi u dwar il-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati permezz tal-programm ta’ ħidma annwali.
  • Il-Parlament Ewropew huwa infurmat dwar il-progress tal-ħidma preparatorja u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
  • Il-Kummissjoni Ewropea tħejji, tadotta u timplimenta l-programmi ta’ ħidma annwali, u timmonitorja u tirrapporta dwar il-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tal-programm. Hi tista' tfittex l-opinjonijiet ta' aġenziji deċentralizzati rilevanti u ta' esperti indipendenti fil-qasam tas-saħħa dwar kwistjonijiet tekniċi jew xjentifiċi ta' rilevanza għall-implimentazzjoni tal-programm.
  • L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u d-Diġitali (HaDEA) se timplimenta l-programm.

Implimentazzjoni tal-programm

Il-Programm l-UE għas-Saħħa hu implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali. Il-programm ta’ ħidma tal-2021 qed jitħejja. L-azzjonijiet se jaqgħu taħt erba’ oqsma: il-prevenzjoni tal-mard, it-tħejjija għall-kriżijiet, is-sistemi tas-saħħa, u d-diġitali, b’enfasi trasversali fuq il-kanċer.

Sinerġiji u kumplimentarjetà ma’ fondi oħra.

L-isfidi tas-saħħa huma ta’ natura trasversali. Il-Programm l-UE għas-Saħħa jaħdem flimkien ma’ programmi, politiki, strumenti u azzjonijiet oħra tal-Unjoni:

Aktar informazzjoni

Il-Programmi tas-Saħħa preċedenti

Mill-2003, il-programmi tas-saħħa tal-UE ġġeneraw għarfien u evidenza bħala bażi għat-tfassil infurmat tal-politika u għal aktar riċerka. Dan jinkludi l-aħjar prattiki, għodod, u metodoloġiji li huma ta’ benefiċċju kemm lill-komunità tas-saħħa pubblika kif ukoll liċ-ċittadini direttament (eż. it-titjib tat-testijiet dijanjostiċi, l-appoġġ lill-pajjiżi tal-UE fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-kanċer, it-titjib tal-kura tal-pazjenti).