Expert Panel on effective ways of investing in health

Laqgħat

Il-membri tal-Bord ta’ Esperti jiltaqgħu b’mod regolari fil-laqgħat plenarji u fil-laqgħat tal-gruppi ta’ abbozzar, li jitwaqqfu bl-għan li jabbozzaw opinjonijiet speċifiċi. Is-seduti pubbliċi huma organizzati qabel ma tiġi ffinalizzata l-opinjoni biex il-partijiet ikkonċernati jingħataw l-opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz ta’ opinjoni. Biex tiġi promossa l-ħidma tal-Bord u biex titqajjem kuxjenza pubblika dwar it-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza dwar l-għarfien speċifiku għall-pajjiż u bejn il-pajjiżi fil-qasam tas-saħħa, jistgħu jiġu organizzati konferenzi/sessjonijiet ta' ħidma.

Laqgħat Plenarji

Il-membri tal-Bord ta’ Esperti jiltaqgħu b’mod regolari fil-laqgħat plenarji organizzati 4-5 darbiet fis-sena.

Gruppi ta’ abbozzar/ta’ ħidma

Wara li l-Bord ta’ Esperti jirċievi mandat mill-Kummissjoni biex jabbozza opinjoni, dan iwaqqaf grupp ta' abozzar/ta’ ħidma, magħmul minn membri tal-Bord bil-kompetenza mitluba. F’każ li jkun hemm bżonn ta’ għarfien espert/appoġġ speċifiku addizzjonali, espert(i) estern(i) jista’/jistgħu jkun(u) involut(i) fil-ħidma tal-grupp.

Seduti pubbliċi

Il-Kummissjoni, f’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u l-ftuħ fl-impenn mal-partijiet ikkonċernati, torganizza seduti pubbliċi biex il-partijiet interessati jingħataw l-opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom u jipprovdu kummenti speċifiċi dwar l-abbozz ta’ opinjoni qabel ma tiġi ffinalizzata biex tiġi żgurata l-ogħla kwalità tal-opinjonijiet adottati mill-Bord. 

Konferenzi/sessjonijiet ta' ħidma

Biex tiġi promossa l-ħidma tal-Bord u biex titqajjem kuxjenza pubblika dwar it-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza dwar l-għarfien speċifiku għall-pajjiż u bejn il-pajjiżi fil-qasam tas-saħħa, jistgħu jiġu organizzati konferenzi/sessjonijiet ta' ħidma.