European Reference Networks

Ħarsa ġenerali

Is-sistemi tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea jfittxu li jipprovdu kura kosteffettiva u ta’ kwalità għolja. Madankollu dan hu partikularament diffiċli, f’każijiet ta’ mard kumpless rari jew bi prevalenza baxxa li jaffettwa l-ħajja ta’ kuljum ta’ madwar 30 miljun ċittadin tal-UE.

In-networks ta’ referenza Ewropej (ERNs) huma networks virtwali li jinvolvu l-fornituri tal-kura tas-saħħa madwar l-Ewropa. L-għan tagħhom hu li jiffaċilitaw id-diskussjoni dwar mard rari jew kumpless u kundizzjonijiet li jeħtieġu kura speċjalizzata ħafna u konċentrazzjoni ta’ għarfien u riżorsi.

Kif jaħdem?

Biex janalizzaw mill-ġdid id-dijanjosi u t-trattament ta’ pazjent, il-koordinaturi tal-ERN ilaqqgħu panels konsultattivi “virtwali” ta’ tobba speċjalisti f’dixxiplini differenti, bl-użu ta’ pjattaforma tal-IT iddedikata u għodod tat-telemediċina.

Il-proċessi u l-kriterji għall-istabbiliment tal-ERN u biex jintgħażlu l-membri tiegħu huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

  • Iċċekkja l-brochure tagħna għal aktar informazzjoni

24 Network

L-ewwel ERNs tnedew f’Marzu 2017 u involvew aktar minn 900 unità ta’ kura tas-saħħa mill-aktar speċjalizzati minn aktar minn 300 sptar f’26 pajjiż tal-UE. 24 ERN qed jaħdmu fuq firxa ta’ kwistjonijiet tematiċi inklużi mard tal-għadam, il-kanċer tat-tfal u l-immunodefiċjenza.

Leġiżlazzjoni

L-inizjattiva tal-ERN tirċievi appoġġ minn diversi programmi ta’ finanzjament tal-UE, inklużi l-Programm tas-Saħħa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u Orizzont 2020.

Koordinazzjoni

L-inizjattiva tal-ERN hi prinċipalment immexxija mill-pajjiżi tal-UE. Il-Bord tal-Istati Membri hu l-korp formali responsabbli mill-approvazzjoni u t-terminazzjoni tan-networks u s-sħubijiet kif ipprovdut fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Bord hu magħmul minn rappreżentanti ta’ 28 pajjiż membru tal-UE u tal-pajjiżi taż-ŻEE.

Informazzjoni relatata