European Reference Networks

Bord tal-Istati Membri

Il-Bord tal-Istati Membri, kif stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ġie stabbilit fil-5 ta’ Frar 2014.

Il-kompiti ewlenin tal-Bord huma:

  • Approvazzjoni ta’ proposti għal Network u tal-applikazzjonijiet għal sħubija tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa
  • Approvazzjoni ta’ provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu ma’ Network eżistenti
  • Terminazzjoni ta’ Network (evalwazzjoni)
  • Deċiżjoni dwar it-telf ta’ sħubija

Funzjonament tal-Bord

  • Ir-Regoli ta' proċedura li jiggvernaw il-bord
  • Il-Membri jirrappreżentaw lill-pajjiżi tal-UE u ż-ŻEE (Massimu ta’ żewġ rappreżentanti għal kull pajjiż)
  • Il-bord hu kopresedut mill-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Membri elett mill-Bord għal perjodu ta’ sentejn
  • Il-kopresidenti attwali tal-Bord huma l-Awstrija (Prof. Till Voigtländer) u l-Kummissjoni (Dr Andrzej Rys; Direttur ta’ DĠ SANTE Direttorat B)

Laqgħat u dokumenti ewlenin

Strateġiji Nazzjonali tal-UE

Numru ta’ pajjiżi tal-UE għandhom politiki u kriterji ċari għall-immaniġġjar ta’ mard kumpless, rari jew bi prevalenza baxxa, oħrajn jinsabu attwalment fil-proċess li jiddeċiedu dwar l-approċċ tagħhom, u dwar kif dan l-approċċ jista’ jkun illinkjat mal-ERNs.

L-informazzjoni hawn taħt hi taqsira tal-kriterji jew tas-sistemi nazzjonali użati biex jiġu approvati Ċentri ta’ Għarfien Espert, u servizzi ultra speċjalizzati possibbli oħrajn. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jgħinu biex jippromwovu l-ERNs fil-livell nazzjonali, u biex jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pajjiżi tal-UE.

 L-Awstrija  L-Italja
 Il-Belġju  Il-Latvja
 Il-Bulgarija  Il-Litwanja
 Il-Kroazja Il-Lussemburgu
 Ċipru  Malta
 Iċ-Ċekja  In-Netherlands
 Id-Danimarka  Il-Polonja
 L-Estonja  Il-Portugall
  Il-Finlandja  Ir-Rumanija
 Franza  Is-Slovakkja
 Il-Ġermanja  Is-Slovenja
  Il-Greċja  Spanja
 L-Ungerija  L-Iżvezja
 L-Irlanda  Ir-Renju Unit

 Pajjiżi taż-ŻEE

  In-Norveġja Il-Liechtenstein