Notification Detail

Draft Royal Decree on commercial communications for gambling activities.

Notification Number: 2020/443/E (Spain )
Date received: 09/07/2020
End of Standstill: 20/07/2020
Invocation of the Emergency Procedure: Yes

de en es fr
es
bg cs da de el en es et fi fr hr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl sv


Messaġġ 002

Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 02619
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0443/E

No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.

(MSG: 202002619.MT)

1. Structured Information Line
MSG 002 IND 2020 0443 E MT 09-07-2020 E NOTIF


2. Member State
E


3. Department Responsible
Subdirección General de Asuntos Industriales, Energéticos, de Transportes, Comunicaciones y Medio Ambiente.
Dirección General de Coordinación del Mercado Interior y otras Políticas Comunitarias.
Secretaría de Estado de Asuntos Europeos.
Ministerio de Asuntos Exteriores y de Cooperación.
C/ Serrano Galvache, 26, 4ª planta, Torre Sur (28071 Madrid)
Teléfonos: 91 379 84 64
Fax: 91 379 84 01
Dirección correo electrónico: d83-189@maec.es


3. Originating Department
Ministerio de Consumo
Secretaría General de Consumo y Juego
Dirección General de Ordenación del Juego
C/ Atocha 3, 28012 Madrid
Teléfono: 914250810


4. Notification Number
2020/0443/E - H10


5. Title
Abbozz tad-Digriet Reġju dwar il-Komunikazzjonijiet Kummerċjali tal-Attivitajiet tal-Logħob.


6. Products Concerned
L-abbozz jaffettwa s-settur tal-logħob tal-azzard fi Spanja


7. Notification Under Another Act
-


8. Main Content
L-abbozz tad-Digriet Reġju kien ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea preċedentement fi tliet okkażjonijiet:
1- l-ewwel waħda, b’effett mis-sena 2015, bin-numru 2015/0186/E;
2- it-tieni waħda, b’effett mit-13/12/2017 bin-numru 2017/0578/E;
3- it-tielet waħda, b’effett mit-02/03/2020, bin-numru tan-notifika 2020/102/E.

Din il-verżjoni tad-Digriet Reġju issa nnotifikata mill-ġdid, tinkludi preambolu, sebgħa u tletin artikolu miġbura f’erba’ titoli, kif ukoll seba’ dispożizzjonijiet addizzjonali, erba’ dispożizzjonijiet tranżitorji, dispożizzjoni derogatorja u tliet dispożizzjonijiet finali.

It-Titolu Preliminari, “Dispożizzjonijiet ġenerali”, jistabbilixxi l-għan tad-Digriet Reġju, li jikkonsisti fl-implimentazzjoni ta’ ċerti previżjonijiet tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju, relatati mal-komunikazzjonijiet kummerċjali u mal-politiki tal-logħob responsabbli u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Barra minn hekk jispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, kemm suġġettiv kif ukoll dak oġġettiv, fejn dan tal-aħħar ikopri l-attivitajiet kollha tal-logħob li jintlagħbu fl-Istat. Fl-aħħar nett, jinkludi diversi definizzjonijiet u jipprovdi qafas ta’ kollaborazzjoni u koordinazzjoni istituzzjonali bejn l-awtorità inkarigata mir-regolazzjoni tal-logħob u korpi u aġenziji pubbliċi rilevanti oħra.

It-Titolu I, imsemmi “Il-komunikazzjonijiet kummerċjali tal-attivitajiet tal-logħob”, jibda mill-previżjoni tal-implimentazzjoni regolatorja tal-attività pubbliċitarja li tinsab fl-Artikolu 7 tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju, li tkopri d-diversi aspetti relatati mar-reklamar, l-isponsorizzazzjoni, il-promozzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta’ komunikazzjoni kummerċjali tal-attivitajiet tal-logħob. Għalhekk, il-Kapitolu I jinkludi r-reġim ġuridiku tal-komunikazzjonijiet kummerċjali u l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu osservati waqt dawn il-komunikazzjonijiet, inklużi prinċipji etiċi differentli li jridu jiġu mħarsa. Il-Kapitolu II jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li jaffettwaw ċerti forom ta’ komunikazzjoni kummerċjali, bħall-isponsorizzazzjoni jew il-vawċers u inizjattivi promozzjonali oħra jew il-projbizzjoni ta’ personaġġi famużi jew magħrufa pubblikament fil-komunikazzjonijiet kummerċjali, l-applikazzjonijiet tal-logħob bla ħlas jew is-sistemi ta’ esklużjoni pubbliċitarja. Il-Kapitolu III, li jinkludi previżjonijiet speċifiċi skont il-funzjonijiet tal-mezzi ta’ reklamar differenti offruti, jiffoka fuq l-iktar modifiki relevanti fir-rigward tal-verżjoni preċedentement sottomessa għan-notifika.

It-Titolu II, imsemmi “Politiki tal-logħob responsabbli u l-protezzjoni tal-utenti”, huwa ddedikat għall-implimentazzjoni regolatorja tal-previżjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju. F’dan is-sens, u b’natura supplimentari għall-miżuri li diġà jeżistu, ġiet inkorporata serje ta’ mekkaniżmi ta’ prestazzjoni konkreti f’dan il-qasam. Ghaldaqstant, flimkien ma’ dispożizzjoni ġenerali dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva ġiet introdotta wkoll serje ta’ obbligi u miżuri ta’ prestazzjoni li għandhom jiġu implimentati mill-operaturi tal-logħob li huma ggwidati sabiex jipprevjenu, jiskopru u, fejn xieraq, inaqqsu fenomeni patoloġiċi bħall-vizzju tal-logħob jew il-logħob tal-azzard patoloġiku jew riskji jew problemi oħra assoċjati mal-logħob; ġew rinfurzati wkoll is-setgħat ta’ regolamentazzjoni u kontroll tal-organiżmu statali kompetenti f’dan ir-rigward, u ġew previsti formuli ta’ kollaborazzjoni tal-operaturi mal-Amministrazzjoni.

Min-naħa tiegħu, it-Titolu III jirreferi għar-reġim ta’ sorveljanza, spezzjoni u kontroll. F’dan it-Titolu, minn naħa waħda, jiġu implimentati l-previżjonijiet tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju, f’tali aspetti bħar-rekwiżiti ta’ waqfien jew ta’ informazzjoni, u r-relazzjonijiet ma’ awtoritajiet superviżorji settorjali oħra. Bl-istess mod, huwa allokat ir-rwol tal-korpi inkarigati mis-sorveljanza regolatorja fir-reġim ta’ sanzjonijiet li ġej mir-regolamentazzjoni tal-logħob u tal-awdjoviżjoni. Mekkaniżmi ta’ konnessjoni bejn ir-reġim ta’ sanzjonijiet u s-sistemi ta’ koregolazzjoni rikonoxxuti huma wkoll artikolati, sabiex isaħħu l-utilità u l-effettività ta’ dawn is-sistemi u jiġi kkwalifikat, b’mod partikolari, id-dmir ta’ diliġenza tal-operaturi tal-logħob fir-rigward tal-attività pubbliċitarja li jista’ jitwettaq mill-atturi kollha inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-abbozz li, fi kwalunkwe każ, japplika għalihom ir-reġim ta’ attribuzzjoni ta’ responsabbiltà previst fil-Liġi 34/2002, tal-11 ta’ Lulju, dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u l-kummerċ elettroniku (li jittrasponi d-Direttiva 2000/31/KE fl-ordinament ġuridiku Spanjol).

Min-naħa tagħha, l-ewwel dispożizzjoni addizzjonali tirreferi għar-reġim speċjali tal-parteċipazzjoni ta’ ċerti minorenni, b’attenzjoni għall-influwenza konsolidata u t-tradizzjoni tal-parteċipazzjoni, meta tittella’ l-Lotterija Nazzjonali. It-tieni dispożizzjoni addizzjonali tirriproduċi r-reġim speċifiku magħruf legalment tal-Bord Superviżorju fis-sorveljanza tal-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Għomja Spanjoli, kif ukoll ċerti speċifiċitajiet relatati mar-reklamar ta’ din l-organizzazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet differenti tal-logħob tagħha. It-tielet u r-raba’ dispożizzjonijiet addizzjonali jinkludu previżjonijiet analogi dwar ir-reklamar tal-attivitajiet ta’ interess ġenerali jew karitatevoli u li huma differenti mill-attività tal-logħob, li jistgħu jsiru mill-operatur pubbliku SELAE (is-Soċjetà Statali tal-Lotteriji u l-Imħatri tal-Istat) jew minn assoċjazzjonijiet ta’ utilità pubblika jew fondazzjonijiet magħmula minn operaturi tal-logħob jew marbuta magħhom. Il-ħames dispożizzjoni addizzjonali tiddetermina r-reġim speċifiku għall-komunikazzjoni ta’ mekkaniżmi u protokolli għall-iskoperta ta’ mġiba ta’ riskju u tal-protokoll f’każ ta’ skoperta għas-sena 2020. Is-sitt dispożizzjoni addizzjonali tiddetermina li l-operaturi għandhom żmien raġonevoli biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar tat-trademarks previsti f’dan ir-regolament li mhumiex proprjetà tagħhom jew tal-grupp li jagħmlu parti minnu. U, fir-rigward tal-verżjoni nnotifikata preċedentement, ġiet miżjuda d-dispożizzjoni li l-operaturi jistgħu jżommu t-trademarks jew l-ismijiet kummerċjali li kienu jużaw qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament propost.

Barra minn hekk, fid-dispożizzjonijiet tranżitorji hemm il-ħtieġa li s-sistemi ta’ koregolazzjoni eżistenti jiġu adattati għall-validità tad-Digriet Reġju, u huwa previst l-adattament tal-kuntratti ta’ sponsorizzazzjoni u tal-kampanji ta’ reklamar assoċjati ma’ persuni jew personaġġi famużi jew magħrufa pubblikament.

Finalment, fl-ewwel dispożizzjoni finali huma mmodifikati ċerti dispożizzjonijiet tad-Digriet Reġju 1614/2011, tal-14 ta’ Novembru, ilkoll relatati mal-għan ta’ dan ir-regolament, li l-kjarifika tiegħu ġiet meqjusa bħala neċessarja. It-tieni dispożizzjoni finali tagħti s-setgħa lill-Ministru tal-Affarijiet tal-Konsumatur biex jiżviluppa d-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet Reġju. Bħala konklużjoni, it-tielet dispożizzjoni finali tistabbilixxi d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, li huwa stabbilit għall-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu.


9. Brief Statement of Grounds
Ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-ipproċessar ta’ dan l-abbozz jibqgħu l-istess bħal dawk applikati fil-verżjoni preċedenti tan-notifika.

Minn naħa waħda, hija garantita l-protezzjoni tal-interessi ta’ natura pubblika (is-saħħa pubblika u l-ordni pubbliku) li huma marbuta mal-attivitajiet tal-logħob, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-minorenni u gruppi oħra vulnerabbli, il-prevenzjoni tal-vizzju tal-logħob u riskji oħra relatati mal-logħob, kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-utenti, tal-parteċipanti u ċ-ċittadini b’mod ġenerali. Min-naħa l-oħra, hija pprovduta iktar ċertezza legali lill-operaturi tal-logħob billi jiġu stabbiliti regoli trasparenti u li jiġu applikati b’mod uniformi fis-settur u ma jinvolvux diskriminazzjoni mhux ġustifikata lejn l-aġenti involuti, u t-tisħiħ u l-adattament tal-monitoraġġ, il-kontroll u r-reġim ta’ sanzjonijiet fi kwistjonijiet li huma soġġetti għar-regolazzjoni, billi jiġu integrati l-mekkaniżmi amministrattivi bil-promozzjoni tal-awtoregolazzjoni u l-koregolazzjoni.


10. Reference Documents - Basic Texts
Testi bażiċi ma jeżistux


11. Invocation of the Emergency Procedure
Iva


12. Grounds for the Emergency
Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-urġenza tal-miżuri li jinsabu f’dan l-abbozz huma, l-ewwel nett, l-eżistenza ta’ sitwazzjoni serja u imprevedibbli marbuta mal-ħarsien tas-saħħa tan-nies u, it-tieni, fir-rigward tal-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-minorenni.

Is-sitwazzjoni pandemika kkawżata mill-COVID-19 affettwat il-kundizzjonijiet soċjali li fihom iseħħ il-konsum tal-logħob tal-azzard fi Spanja. B’mod partikolari, il-konsegwenzi ekonomiċi serji mnissla mill-miżuri neċessarji adottati għat-trażżin ta’ din il-marda jissoponu:

1- Żieda fil-vulnerabbiltà ekonomika tas-soċjetà kollha, bħala konsegwenza taż-żieda straordinarja fil-qgħad, u konsegwentement, probabbiltà ikbar li tiġi adottata mġiba tal-logħob immirata lejn is-soluzzjoni ta’ problemi ekonomiċi;
2- B’rabta diretta ma’ dak li ntqal iżjed ’il fuq, hemm riskju ikbar ta’ emerġenza jew aggravament ta’ problemi jew imġiba patoloġika marbuta mal-logħob.

Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet deskritti x’aktarx li jseħħu f’kuntest soċjali sostanzjalment differenti minn dak eżistenti qabel it-tfaċċar tal-marda, li, iddefinit bħala ‟normalità ġdida”, huwa kkaratterizzat mill-miżuri stretti u straordinarji ta’ trażżin u distanza soċjali previsti mil-Liġi 21/2020, tad-9 ta’ Ġunju, dwar il-miżuri urġenti ta’ prevenzjoni, trażżin u koordinazzjoni sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa kkawżata mill-COVID-19, u kkundizzjonata mill-probabbiltà għolja li jiġu adottati miżuri ta’ iżolament soċjali limitat bl-għan li tiġi evitata l-firxa potenzjali tal-marda li tista’ tiġi kkawżata minn tifqigħat okkażjonali. Neċessarjament, dan il-miżuri se jimplikaw perjodi ta’ ħin fid-djar itwal u, konsegwentement, żieda fil-probabbiltà ta’ esponiment ikbar għar-reklamar imwettqa permezz ta’ mezzi awdjoviżivi u tas-soċjetà tal-informazzjoni, li se taffettwa serjament il-gruppi li huma identifikati bħala r-riċevituri ewlenin tal-miżuri protettivi tagħhom: gruppi vulnerabbli u minorenni.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, u bi qbil mal-Artikolu 6.7 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 (id-Direttiva tan-Notifika), huwa stmat li f’dan l-abbozz jinsabu r-raġunijiet urġenti relatati ma’ sitwazzjoni serja u imprevedibbli li għandha x’taqsam mas-saħħa tan-nies u mal-protezzjoni tal-minorenni sabiex ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet relatati man-notifika prevista fl-Artikolu 6(1) sa (5) tal-imsemmija direttiva.


13. Confidentiality
Le


14. Fiscal measures
Le


15. Impact assessment
-


16. TBT and SPS aspects
Aspett OTK

Le - L-abbozz mhuwiex regolament tekniku u lanqas hu proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità

Aspett SPS

Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja

**********
Il-Kummissjoni Ewropea

Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu

Stakeholders Contributions

The TRIS website makes it easy for you or your organization to share your views on any given notification.
Due to the end of standstill we are currently not accepting any further contributions for this notification via the website.


en
  JDigital on 20-07-2020
Click to expand

Please find attached Jdigital's contribution regarding Spanish notification 2020/443/E.