Tkabbir ekonomiku

Il-Punti ta' Kuntatt Waħdieni

Il-Punti ta' Kuntatt Waħdieni

Il-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni (PKW) huma portali tal-gvern elettroniku li jippermettu lill-fornituri tas-servizzi jiksbu l-informazzjoni li jeħtieġu u jwettqu l-proċeduri amministrattivi online. Huma mmaniġġjati min-"netwerk EUGO" ta’ koordinaturi nazzjonali.

EU-GO network logoJekk tixtieq 

  • tesplora opportunitajiet ta’ negozju jew tespandi s-servizzi tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE
  • tibda negozju ġdid f’pajjiż barrani
  • tiskopri r-regoli u l-formalitajiet li japplikaw
  • twettaq proċeduri amminstrattivi online

Il-Punti ta' Kuntatt Waħdieni jgħoddu għalik. 

L-Awstrija DeutschEnglish

Il-Belġju DeutschEnglishFrançaisNederlands

Il-Bulgarija българскиEnglish

Il-Kroazja HrvatskiEnglish

Ċipru ΕλληνικάEnglish

Ir-Repubblika Ċeka ČeštinaDeutschEnglishespañolfrançais

Id-Danimarka danskDeutschEnglishlietuvių kalbapolski

L-Estonja Eesti keelEnglishPусский

Il-Finlandja EnglishSuomiSvenska

Franza Français

Il-Ġermanja DeutschEnglish

Il-Greċja ΕλληνικάEnglish

L-Ungerija EnglishMagyar

L-Irlanda English

L-Italja EnglishItaliano

Il-Latvja EnglishLatviešu valoda

Il-Litwanja EnglishLietuvių kalba

Il-Lussemburgu DeutschFrançaisEnglish

Malta English

In-Netherlands EnglishNederlands

Il-Polonja EnglishPolski

Il-Portugall English Português

Ir-Rumanija Englishfrançaisromână

Is-Slovakkja EnglishSlovensky

Is-Slovenja EnglishSlovenščina

Spanja EnglishEspañolportuguês

L-Iżvezja EnglishSvenska

Ir-Renju Unit English

L-Iżlanda EnglishÍslenska

Il-Liechtenstein Deutsch

In-Norveġja EnglishNorsk

 

Aktar informazzjoni

Il-PKW jipprovdu informazzjoni nazzjonali biex tgħinek tittratta ma’ firxa wiesgħa ta’ aspetti prattiċi:

  • liċenzji, notifiki jew permessi meħtieġa biex tibda negozju
  • rekwiżiti biex toffri servizzi fuq bażi temporanja
  • rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u professjonijiet regolati
  • liġijiet tax-xogħol u soċjali
  • regoli għall-akkwist pubbliku

Il-PKW jipprovdu wkoll informazzjoni dwar il-proċeduri u jagħmluhom disponibbli online:

  • kif tintroduċi applikazzjoni
  • liema organizzazzjoni hi responsabbli biex tittratta mal-applikazzjonijiet
  • x’inhi l-ispiża tal-applikazzjoni
  • kemm trid tistenna sekemm tirċievi risposta

Għalkemm il-pajjiżi tal-UE mhumiex obbligati legalment li jagħmlu l-proċeduri tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali disponibbli permezz tal-PKW, numru kbir ta’ pajjiżi tal-UE diġà jagħmlu dan u l-oħrajn huma mħeġġa biex jagħmlu dan ukoll.

Kuntest

Id-Direttiva tal-UE dwar is-Servizzi tistabbilixxi PKW għall-intraprendituri attivi fis-settur tas-servizzi.

Minn Diċembru 2009 ’l hawn huwa rekwiżit legali li jkun hemm PKW f’kull pajjiż tal-UE. Il-PKW nazzjonali kollha jagħmlu parti min-“netwerk EUGO” Ewropew. L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jipparteċipaw fuq bażi volontarja.

L-għan tal-PKW huwa li jgħinu s-settur tas-servizzi Ewropew jgawdi il-benefiċċji tas-Suq Uniku billi l-informazzjoni nazzjonali dwar ir-regoli u l-formalitajiet u l-proċeduri nazzjonali tkun disponibbli online.

Mill-2014 ’l hawn, il-karta tal-PKW tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex jagħmlu l-PKW tagħhom aktar favorevoli għan-negozju billi jintroduċu linji gwida dwar:

  • il-kwalità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni pprovduta
  • it-tlestija ta’ proċeduri elettroniċi
  • l-aċċessibbiltà għall-utenti transfruntiera
  • l-użu

Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi titlob lill-pajjiżi tal-UE biex jiżviluppaw PKW li:

  • ikopru l-proċeduri kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja tan-negozju
  • ikunu multilingwi
  • ikunu aktar faċli biex jintużaw

Il-PKW huma inklużi fil-proposta għall-istabbiliment ta’ “Portal Diġitali Uniku”. Il-proposta tintroduċi rekwiżiti addizzjonali dwar il-kwalità, id-disponibilità u l-faċilità tal-użu tal-informazzjoni, u l-aċċess transfruntier għall-proċeduri.

Il-prestazzjoni tal-PKW titkejjel kull sena fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku.

Studji u avvenimenti