It-trota qawsalla, imsejħa hekk minħabba l-ħafna tbajja’ ta’ kuluri tal-qawsalla fuq il-ġilda tagħha, hija l-ispeċi ewlenija tal-akkwakultura Ewropea fl-ilma ħelu. Hija toriġina mill-kosta tal-Paċifiku tal-Istati Uniti, u ġiet introdotta fl-Ewropa fl-aħħar tas-seklu XIX. Fi ftit żmien, peress li hija robusta ħafna u tikber malajr, uriet li hija partikolarment adattata għall-akkwakultura. It-trota qawsalla llum titrabba kważi fil-pajjiżi Ewropej kollha, b’mod partikolari fil-pajjiżi tal-kosta li jkollhom klima moderata.
Isem bil-Latin – Oncorhynchus mykiss Produzzjoni (UE-27) – 204 745 t (2007), 31% tal-produzzjoni dinjija.Valur (UE-27) – 539 miljun € (2007).Pajjiżi produtturi ewlenin fl-UE – l-Italja, Franza, id-Danimarka, Spanja, il-Ġermanja.Pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja – iċ-Ċile, in-Norveġja, it-Turkija, l-Iran, l-Istati Uniti tal-Amerika.Skeda informattiva
It-trota qawsalla jkollha diffikultà biex tirriproduċi b’mod naturali fl-Ewropa, peress li l-ħuta tas-sess femminili ma tkunx tista’ tbid fil-ħarifa.
L-industriji tal-akkwakultura għalhekk iżommu varjetà kbira ta’ stokk riproduttiv sabiex ma jkollhomx nuqqas ta’ bajd, sitwazzjoni li setgħet iġġiegħel, fil-passat, lill-industriji Ewropej jimpurtaw il-bajd. Il-ħut tas-sess femminili rarament jintużaw għar-riproduzzjoni qabel l-età ta’ tlieta jew erba’ snin. Il-fekondazzjoni fin-niexef hija l-metodu l-aktar komuni. Il-gameti jittieħdu billi jiġu ppressati manwalment. L-isperma ta’ bosta ħut tas-sess maskili titħallat mal-oożiti. Il-bajd iffertilizzat b’dan il-mod jista’ jiġi ttrasportat bejn 20 minuta u 48 siegħa wara l-fekondazzjoni.
Il-larvae tat-troti jitrabbew f’kontenituri tal-fibreglass jew tal-konkos b’forma tonda sabiex jinżamm kurrent regolari u distribuzzjoni uniformi tal-larvae.
Il-larvae jitwieldu b’membrana li tagħlaq ġo fiha l-isfar tal-bajd li jkollha l-alimentazzjoni meħtieġa kollha għall-iżvilupp bażiku tagħhom. La darba jkunu assorbew dawn is-sustanzi, il-ħut żgħir jitilgħu fil-wiċċ sabiex ifittxu l-ikel u l-arja meħtieġa biex jonfħu għall-ewwel darba l-bużżieqa tal-arja tagħhom. Tingħatalhom dieta magħmula minn proteini, vitamini u żjut, fil-forma ta’ frak żgħir ħafna. L-alimentazzjoni bl-idejn hija ppreferita fl-ewwel stadji sabiex jiġi evitat l-għoti ta’ ikel żejjed. Jipprovdulhom ikel fil-forma ta’ granuli żgħar sakemm jilħqu piż ta’ 50 g u daqs ta’ 10 ċm.
Il-ħut żgħir imbagħad jiġi ttrasportat fl-unità tat-tkabbir, f’gaġeġ li jibqgħu f’wiċċ l-ilma f’lagi, jew, l-aktar spiss, f’tankijiet tul xmara.
Dawn it-tankijiet b’forma rettangolari, ġeneralment tal-konkos, jaħdmu permezz ta’ żewġ tekniki: bi fluss kontinwu, sistema miftuħa li fiha l-ilma tax-xmara jgħaddi fl-impjanti permezz ta’ kanal, u ċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid, sistema magħluqa li fiha l-ilma jiċċirkola fit-tankijiet billi jiġi rriċiklat permezz ta’ unitajiet ta’ pompjatura u ta’ trattament. Iċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid għandha l-vantaġġ li tkun tista’ tikkontrolla t-temperatura tal-ilma, u dan jippermetti li jkun hemm produzzjoni fix-xitwa fil-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u tat-Tramuntana. It-troti, li huma karnivori, għandhom bżonn dieta alimentari li fiha ħafna proteini. F’ambjent favorevoli, trota tkun tista’ tilħaq il-piż ta’ 350 g f’medda ta’ bejn 10 xhur u 12-il xahar u piż ta’ 3 kg f’sentejn. Jeżistu wkoll impjanti tas-simna fil-baħar, f’gaġeġ li jibqgħu f’wiċċ l-ilma, fl-ibħra mhux melħin ħafna tal-Baltiku jew f’dawk, protetti, tal-fjords Skandinavi. It-troti tal-baħar jingħataw alimentazzjoni simili għal dik tas-salamun, u dan jispjega l-ġilda tagħhom ta’ lewn roża msejħa “salmonata”. Matul is-simna tagħhom, ġestjoni tajba tal-istokk tikkonsisti fis-separazzjoni tat-troti li jikbru malajr mill-oħrajn: l-istokk normalment jintgħażel erba’ darbiet matul iċ-ċiklu ta’ produzzjoni. Meta jilħqu l-piż kummerċjali tagħhom, it-troti jinqabdu b’xibka fit-tankijiet jew jiġu ppumpjati ħajjin għal dawk li jitrabbew fil-gaġeġ.
Fl-Ewropa, it-trota hija disponibbli matul is-sena kollha.
Sa 400 g, din tista’ tiġi ppreżentata bajda jew salmonata, sħiħa jew f’qatgħat mingħajr xewk, friska jew affumikata. Jekk titrabba għal ftit aktar żmien u tilħaq il-piż ta’ 1,5 kg, it-trota qawsalla tinbiegħ, bħas-salamun, friska (f’qatgħat mingħajr xewk jew fletti) jew iffumikata (fi flieli). Il-bajd tagħha jittiekel immellaħ, b’mod partikolari fl-Ewropa tat-Tramuntana.
/fisheries/file/f-twitter256-32png_mtf-twitter_256-32.png Alt Text : twitter icon Title Text : twitter icon
/fisheries/file/3019_mtbackground_icon1.gif Alt Text : Rss feed Title Text : Rss feed
Fittex fl-aħbarijiet kollha
Il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qosor:
On 8 January 2021, the EU and Greenland concluded negotiations for a new Sustainable Fisheries Partnership Agreement (SFPA) and a new Protocol that will strengthen their cooperation in the fisheries sector for the next four years with the possibility of a two-year extension.
The 2020 Annual Economic Report on the EU Fishing Fleet projects that in 2020, the EU fleet remained profitable overall, despite the effects of COVID-19 on the fleet and fish markets. More sustainable fishing and lower fuel costs have helped to mitigate the socio-economic impacts of the pandemic.
The United Kingdom and the European Union have agreed to a Trade and Cooperation Agreement (TCA), applicable on a provisional basis from 1 January 2021.