Sajd

Il-masklu blù u l-masklu tal-Mediterran

Il-masklu blù u l-masklu tal-Mediterran

Il-masklu blù u l-masklu tal-Mediterran

Il-masklu huwa l-ewwel industrija tal-frott tal-baħar iċċertifikata fl-Ewropa: trobbija fuq arbli tal-injam hija msemmija fi Franza fl-1235. Minn dak iż-żmien, l-industrija tal-maskli nxterrdet fiż-żona kollha tad-distribuzzjoni tal-ispeċi, jiġifieri fil-kosta Ewropea kollha. L-ewwel il-kosta tal-Atlantiku bil-masklu blù, imbagħad il-kosta Atlantika Iberika u l-Mediterran bil-masklu tal-Mediterran, li jitrabba sal-Baħar l-Iswed. It-tekniki differenti tat-trobbija ġew ipperfezzjonati sal-aħħar tas-seklu dsatax, żmien ta’ żvilupp tat-trobbija tal-maskli bħala sors mhux għali ħafna ta’ proteini. Il-masklu għalhekk sar ikla komuni ħafna fl-Ewropa tal-Punent.

Il-masklu blù u l-masklu tal-Mediterran © ScandFish
Isem bil-LatinMytilus edulis (masklu blù)
Produzzjoni (UE-27) – 175 934 t (2007); 86% tal-produzzjoni dinjija.
Valur (UE-27) – 231 miljun € (2007).
Pajjiżi produtturi ewlenin fl-UE – Franza, l-Olanda, l-Irlanda, ir-Renju Unit.
Pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja – Idem.

Isem bil-LatinMytilus edulis (masklu blù)
Produzzjoni (UE-27) – 175 934 t (2007); 86% tal-produzzjoni dinjija.
Valur (UE-27) – 231 miljun € (2007).
Pajjiżi produtturi ewlenin fl-UE – Franza, l-Olanda, l-Irlanda, ir-Renju Unit.
Pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja – Idem.
Skeda informattiva

Qbid

Iż-żewġ speċi Ewropej ta’ maskli jitrabbew fl-ambjent naturali tagħhom. Bejn Marzu u Ottubru skont il-latitudni, il-masklu jipproduċi larvae li jitkaxkru bil-kurrent.

F’inqas minn 72 siegħa, dawn il-larvae jikbru u, peress li ma jkunux jistgħu jżommu fil-wiċċ, isibu punti fejn jistgħu jeħlu fuq appoġġi diversi. Kontra għal dak li jagħmlu l-gajdri, il-maskli ma jeħlux direttament iżda permezz ta’ filamenti bl-isem byssus. Il-metodu ta’ qbid tal-larvae l-aktar li jintuża huwa l-ħabel, li jitpoġġa f’post magħżul skont il-kurrenti u r-rikkezza f’mikro-organiżmi. Bejn Mejju u Lulju, dawn il-ħbula jinġabru u jiġu ttrasferiti fiż-żoni ta’ trobbija proprja. F’ċerti ibħra li jkunu kesħin wisq, il-qbid tal-larvae tal-maskli ma jistax isir u għalhekk il-maskli żgħar jinġabru mir-riżorsi naturali.

Trobbija

Jkun xi jkun il-metodu li jintuża, it-trobbija tal-maskli ssir dejjem fiż-żoni fejn ikun hemm ħafna plankton.

Il-masklu fil-fatt naturalment jgħix fuq dawn il-mikro-organiżmi billi jiffiltra l-ilma tal-baħar b’mod kontinwu. Il-proċess mit-trobbija sal-ħsad idum bejn wieħed u ieħor sena. Hemm erba’ metodi li jintużaw fil-kosta Ewropea:

Fuq iċ-ċatt jew permezz tat-tixrid (l-aktar fl-Olanda) – Il-maskli żgħar jinxterrdu fuq sikek mhux fondi ħafna, b’mod ġenerali f’bajjiet jew postijiet fil-kenn u dawn jeħlu mal-art. Il-ħsad isir bit-tkarkir b’bastimenti adattati apposta.

Fuq arbli (imseħjin bouchots fi Franza) – Din it-trobbija ssir fuq fillieri ta’ arbli tal-injam impoġġija fiż-żona tal-kosta. Minn 3 sa 5 m ta’ ħbula tal-qbid jew tajers mimlijin b’larvae jitwaħħlu madwar l-arblu. Xibka tgħatti l-istruttura kollha sabiex jiġi evitat li l-maskli jaqgħu sakemm ikunu qegħdin jikbru fuq l-arblu. Il-ħsad isir permezz ta’ raxkatura manwali jew mekkanika, operazzjoni li tikkonsisti fit-tneħħija tal-għanqud ta’ maskli mill-appoġġ tiegħu tal-injam.

Fuq ħbula (fi Spanja u fil-Mediterran) – Il-maskli jitwaħħlu fuq ħbula li jiddendlu vertikalment fl-ilma minn struttura fissa jew li tgħum fil-wiċċ. Din it-teknika hija adattata għall-ibħra b’marea baxxa bħall-Mediterran, iżda qiegħda tibda tiġi applikata fl-Oċean Atlantiku bl-iżvilupp tat-trobbija tal-maskli ’l barra mill-kosta, bħal fi Franza, fl-Irlanda u fil-Belġju. Il-ħsad isir permezz ta’ tneħħija tal-għanqud, wara li jinġibed il-ħabel mill-ilma.

Fuq imwejjed – F’ċerti postijiet, il-maskli jitrabbew bħall-gajdri, f’kontenituri fuq imwejjed imwaħħlin fiż-żona intermarea jew direttament mal-art.

Konsum

Il-masklu ġeneralment jittiekel imsajjar, iżda jittiekel ukoll nej, bħall-gajdra. Dan jinbiegħ l-aktar ħaj, iżda jinbiegħ ukoll fil-forma ta’ prodotti pproċessati, fil-laned jew immarinat.