INSEPARABLE
Kul, Ixtri u Biegħ Ħut Sostenibbli

Sell

Sell

Biegħ

Żid il-valur tal-ħut tiegħek filwaqt li tħares l-ambjent, kif ukoll iżżomm in-negozju tiegħek u l-ekosistemi tal-oċeani sostenibbli.

Għaliex jinbiegħ ħut sostenibbli?

Għax il-konsumaturi aktar u aktar ma jgħaddi ż-żmien qed jimpurtahom minn fejn joriġina l-ikel tagħhom. Din ma kinitx kwistjoni fuq quddiem nett tal-biċċa l-kbira tal-konsumaturi 10 snin ilu, iżda attwalment din hi s-sitwazzjoni u t-tendenza biħsiebha tkompli.

Għax aktar u aktar nies lesti li jħallsu prezz ogħla jekk ikunu jafu li l-ikel tagħhom hu sostenibbli.

Għax frott tal-baħar sostenibbli jfisser kummerċ sostenibbli. L-akkwist minn stokkijiet sostenibbli jfisser iż-żamma tas-suq eżistenti tiegħek u s-sikurezza tal-ġejjieni tiegħu. Dan ifisser ukoll il-ftuħ ta' bibien għal swieq ġodda billi tiddiversifika l-firxa tal-prodotti tiegħek.

Għax il-bejgħ tal-ħut hu kemm dwar il-bejgħ ta' storja kif ukoll ta' prodott. Storja dwar minn fejn ikun ġej il-ħut, kif hu prodott, u l-istorja tal-irġiel u tan-nisa warajh.

Għax l-industrija għandha tkun parti integrali għal din il-bidla, u tgħinha tmexxiha billi tagħmel l-għażliet sostenibbli disponibbli għal konsumaturi u billi tħeġġiġhom jistaqsu mistoqsijiet dwar l-ikel tagħhom. Kun kburi dwar il-prodott u l-kontribuzzjoni tiegħek għal din il-bidla.

Kif nista’ nbigħ ħut sostenibbli?

Politika sostenibbli min-naħa tiegħek dwar il-frott tal-baħar fir-restorant, ħanut jew il-mejda fis-suq tiegħek hi kemm possibbli kif ukoll vantaġġuża.

L-akkwist ta' ċertifikazzjoni ta' sostenibbiltà għal prodotti tiegħek minn waħda mill-ħafna skemi mad-dinja kollha jfisser li l-konsumaturi jkunu jafu li l-ħut tiegħek ġie ċċekkjat u vverifikat minn barra – iserrħilhom moħħhom li l-għażliet tagħhom huma tajbin . Agħmel ir-riċerka tiegħek dwar liema skema hi l-aktar trasparenti u adatta għal prodott tiegħek.

Tista' wkoll ikollok parti enormi fis-sostenibbiltà tal-ħut billi teduka u tispira l-konsumaturi billi toffrilhom ħut anqas magħruf li mhux sfruttat aktar milli suppost. Jeżistu bosta organizzazzjonijiet nazzjonali li jistgħu jgħinu bl-akkwist sostenibbli.

Ġiegħel il-klijenti tiegħek ikunu konxji dwar kif tbigħ, dwar fejn u mingħand min tixtri, u uri l-konsumaturi kif int impenjat.

Kun mexxej tas-suq għas-sostenibbiltà, filwaqt li taħdem id f’id mal-klijenti tiegħek biex tipproteġi l-ibħra, il-kwalità tal-prodotti u l-industrija tiegħek.