INSEPARABLE
Kul, Ixtri u Biegħ Ħut Sostenibbli

MEDFISH4EVER

MEDFISH4EVER

MEDFISH4EVER
Il-Patrimonju Tagħna, Il-Futur Tagħna
medfish4ever_mt

Il-Mediterran: Baħar fil-Periklu

L-istokkijiet tal-ħut fil-Mediterran qegħdin jiċkienu. Uħud minnhom kważi spiċċaw għalkollox. Kollox ma' kollox, 93 % tal-istokkijiet tal-ħut ivvalutati huma sfruttati żżejjed. U ma kinux biss is-sajjieda li ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-istokkijiet qegħdin jonqsu għax qegħdin jaqbdu dejjem anqas ħut, imma anke x-xjenzati li ilhom is-snin jimmonitorjaw is-sitwazzjoni.

Huwa stmat li fil-Baħar Mediterran insibu bejn 10 000 u 12 000 speċi. Iżda din il-bijodiversità straordinarja tinsab f'periklu kbir minħabba li hi mgħedda mit-tniġġis, mit-tibdil fil-klima, u fuq kollox mis-sajd eċċessiv. Jekk se ndumu naħsbuha aktar biex nieħdu azzjoni kollettiva nistgħu nwasslu għal ħsara irriversibbli u l-kollass ta' stokkijiet ewlenin li huma essenzjali għas-settur tas-sajd.

Il-bżonn li nieħdu azzjoni issa

Minħabba li din hija riżorsa li jista' jgawdi minnha kulħadd, l-impatt negattiv fuqha jkun ta' daqqa ta' ħarta kbira għal kulħadd, iżda l-aktar li jintlaqtu ħażin ikunu s-sajjieda u s-settur tas-sajd fuq skala żgħira. L-għajxien tagħhom, biex ma nsemmux l-istil ta' ħajja antik tagħhom jintilfu. Għalhekk l-għan irid ikun profitabbiltà kontinwa flimkien ma' sostenibbiltà, biex is-settur tas-sajd jerġa' jieħu r-ruħ.

X'qed isir?

Fl-2003, in-nazzjonijiet tal-Mediterran iffirmaw dikjarazzjoni f'Venezja li qiegħdet is-sisien għat-titjib tar-riċerka xjentifika, il-ħarsien taż-żoni vulnerabbli u t-trażżin tal-isforz tas-sajd. L-Istati Membri naqqsu l-flotot tagħhom bil-għan li jiżguraw is-sajd sostenibbli. Il-leġiżlazzjoni tagħna fiha pjanijiet ta' mmaniġġjar tas-sajd nazzjonali u internazzjonali, limitazzjonijiet tal-qabdiet, u rekwiżiti ambjentali. Kooperazzjoni multilaterali intensa tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha madwar il-Mediterran isegwu l-istess regoli.

L-esperjenza turina li jekk naħdmu flimkien biex negħlbu l-isfidi nistgħu nirnexxu. Eżempju ċar huwa l-irkupru eċċellenti tat-tonn tax-xewka blu tal-Atlantiku fil-Mediterran. Azzjoni kollettiva biex dan is-sajd jiġi rregolat aħjar wasslet għal riżultati konkreti u għall-ewwel darba f'numru ta' snin il-kwoti qegħdin jikbru.

Madanakollu, jeħtieġ li naħdmu iktar. Għal din ir-raġuni, lil hinn mill-bżonn għal implimentazzjoni u regolazzjoni aħjar tal-miżuri eżistenti, il-Kummissarju Vella qed iniedi strateġija Mediterranja maħsuba biex ittejjeb l-istat tal-istokkijiet tas-sajd.

L-għan ewlieni ta' din l-istrateġija huwa li tqajjem l-għarfien dwar l-urġenza u d-daqs tal-problema, iżda wkoll li timmobilizza azzjoni determinata u immedjata minn kulħadd, inkluż il-pajjiżi tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran. Laqgħat riċenti kkonfermaw ir-rieda politika li tittieħed azzjoni. Il-laqgħa Ministerjali mal-pajjiżi tal-Mediterran fis-27 ta' April se tagħti spinta lill-impetu għal approċċ komprensiv.

Kif tista' tgħin?

Fil-livell lokali tista' tittieħed azzjoni mis-settur tas-sajd fuq skala żgħira u l-komunitajiet kostali, iżda wkoll minn awtoritajiet nazzjonali, dawk li jfasslu l-politiki, il-partijiet interessati ewlenin, flotot tal-industrija kbar, NGOs u xjenzati. Il-politika nazzjonali, tal-UE u multilaterali trid issemma vuċi waħda biex jiġu stabbiliti għanijiet fuq terminu qasir, medju u twil.

Il-messaġġ huwa ċar: kulħadd irid jerfa' l-piż tiegħu. Jekk l-għan huwa li ssir bidla reali u dejjiema biex is-sajd b'saħħtu u li jħalli l-qligħ jerġa' jingħata s-saħħa, u mhux biss jitħarsu l-impjiegi eżistenti iżda wkoll jinħolqu oħrajn ġodda, kulħadd irid jinvolvi ruħu, anke l-konsumaturi.

MEDFISH4EVER - Il-patrimonju tagħna, il-futur tagħna

Kun parti mill-ħarsien ta' din ir-riżorsa.

  1. X'inhi l-problema?

L-istokkijiet tal-ħut fil-Mediterran ċkienu b'mod drammatiku. Aktar minn 90 % ta' dawk ivvalutati huma sfruttati żżejjed, b'uħud f'xifer il-kollass. Fir-rigward ta' ħafna mill-istokkijiet, qabel illum ma kienx possibbli li dwarhom tinkiseb dejta suffiċjenti: 50 % tal-qabdiet għadhom mhumiex irreġistrati b'mod legali[i] u 80 % tal-ħatt huwa minn stokkijiet li dwarhom hemm nuqqas ta' dejta[ii]. Dan irriżulta fi fluss kostanti ta' telf ta' impjiegi u introjtu flimkien ma' impatt ambjentali qawwi, li qed iħallu s-soċjetà ġġarrab il-konsegwenzi ta' amministrazzjoni fqira. Il-konsegwenzi huma partikolarment ħorox għad-dgħajjes artiġjanali, li jiffurmaw 83 % mill-flotta tal-Mediterran.

It-tkomplija ta' sajd mhux sostenibbli ta' riżorsi kondiviżi se jipprovoka l-kollass mifrux tal-istokkijiet tal-ħut, flimkien mas-sajjieda u l-komunitajiet li jiddependu fuqhom, l-ekosistemi marittimi u t-tradizzjonijiet kulturali. Sforzi, bħal daqsijiet minimi u Qabdiet Totali Permissibbli għall-ħut, regolamenti tekniċi għall-irkaptu u l-prattiki tas-sajd, u miżuri biex jiġu limitati l-isforz u l-kapaċità, kienu sinifikanti iżda sa issa għadhom ma tawx riżultati adegwati.

Din is-sitwazzjoni kritika hija esperjenzata mill-atturi kollha, inkluż sajjieda, mexxejja industrijali, xjenzati u ambjentalisti, u taffettwa l-baċir kollu tal-Mediterran. Ir-regolamenti fis-seħħ mhumiex qed jiġu implimentati b'mod adegwat, jew inkella l-implimentazzjoni għadha ma twettqitx u b'hekk għad ma hemmx riżultati tanġibbli. Hemm bżonn ta' azzjonijiet urġenti u kuraġġużi biex din is-sitwazzjoni tinbidel, u sa ċertu punt aħna lkoll responsabbli.

  1. X'inhuma s-soluzzjonijiet?

L-ewwel pass huwa li nirrikonoxxu s-sitwazzjoni kif xieraq, kif ukoll ir-responsabbiltà kondiviża u korrispondenti tagħna fil-livelli kollha.

It-tieni pass huwa li niżguraw tmexxija politika b'saħħitha biex nieħdu l-azzjonijiet urġenti neċessarji biex nibnu mill-ġdid settur tas-sajd sostenibbli. Dan għandu jimmaterjalizza f'dikjarazzjoni ministerjali politika b'saħħitha sal-2017, u jiżgura inizjattivi effettivi u koordinati fil-livell nazzjonali u reġjonali, fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-pajjiżi tal-Mediterran mhux tal-UE, l-ICCAT[1] u l-GFCM[2].

It-tielet, neħtieġu l-ingaġġ u l-impenn b'saħħtu tal-partijiet ikkonċernati kollha - minn dawk li jfasslu l-politiki u li jieħdu d-deċiżjonijiet għas-sajjieda, ix-xjenzati, l-NGOs, il-maniġers tal-katini ta' provvista u s-soċjetà ċivili inġenerali – biex jikkontribwixxu b'soluzzjonijiet integrati lejn sostenibbiltà fuq terminu twil.

  1. X'jiġri jekk ma niħdux azzjoni issa? U jekk nieħdu azzjoni issa?

Jekk l-istokkijiet jikkollassaw b'mod irreparabbli, il-konsegwenzi jistgħu jkunu katastrofiċi u irriversibbli: bidliet imprevedibbli f'ekosistemi marittimi, qerda ekonomika mifruxa għal komunitajiet li jiddependu fuq is-sajd, u miżerja soċjali kbira. Filwaqt li l-ispejjeż ekonomiċi u l-impatt soċjali li tittieħed azzjoni xorta waħda huma sinifikanti, dawn huma ħafna iċken minn dawk previsti fil-każ li nonqsu milli nieħdu azzjoni issa. 

Ix-xjenza tgħidilna li l-potenzjal għall-irkupru xorta għadu b'saħħtu, bħal fil-każ tat-tonn tax-xewka blu tal-Atlantiku, iżda rridu niżguraw li l-popolazzjonijiet tal-ħut jerġgħu jirkupraw mill-aktar fis. Dan jipproduċi ħafna benefiċċji, inkluż rendiment ogħla u aktar prevedibbli, profitabbiltà ogħla, sigurtà tal-ikel u tal-impjiegi, servizzi u status ambjentali aħjar. Dan kollu jwassal għal prosperità inklużiva u sostenibbli.

Jekk il-partijiet politiċi u industrijali kkonċernati jonqsu milli jiżguraw is-sostenibbiltà tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi kondiviżi tagħna, u b'hekk ikunu qed jiksru l- Politika Komuni tas-Sajd u l-Konvenzjoni ta' Barċellona, l-Unjoni Ewropea jkollha tadotta miżuri ta' emerġenza drastiċi, bħal għeluq u penali finanzjarji (l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-UE Nru 1380/2013). Għal xi stokkijiet iżda, dan jista' jkun tard wisq.

  1. X'għandhom ikunu l-miri tagħna?

L-aktar għan immedjat irid ikun li nevitaw il-kollass ta' stokkijiet tal-ħut kruċjali bħall-merluzz jew il-pixxispad, nadottaw approċċ soċjoekonomiku bbażat fuq ix-xjenza ambjentali u niżguraw l-implimentazzjoni tal-liġi eżistenti. Fit-terminu medju, l-għan huwa li jiġu żviluppati u infurzati miżuri effettivi li jiżguraw sajd sostenibbli u li jrendi qligħ f'Mediterran san, għal dejjem.

Titjib neċessarju ewlieni (minn livell reġjonali għal livell nazzjonali) irid jibda flimkien mad-dijanjożi ta' kwistjonijiet ta' prijorità ogħla, segwiti bl-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni konkreti, għodod kredibbli u perjodi ta' żmien speċifikati vinkolanti.

Filwaqt li l-miżuri speċifiċi għad iridu jiġu definiti, it-tipoloġija tagħhom u r-riżultati mistennija huma ċari:

  1. titjib fil-valutazzjoni tal-istokk: ġbir, disponibbiltà u analiżi tad-dejta
  2. titjib fl-infurzar, il-kontroll u s-sorveljanza
  3. reġjonalizzazzjoni u governanza kondiviża
  4. tnaqqis fl-impatt ambjentali
  5. pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali bbażati fuq l-approċċ tal-ekosistema
  6. aktar innovazzjoni u teknoloġija aħjar, aktar selettività u l-ebda qbid skartat
  7. titjib fil-kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-Mediterran (tal-UE u mhux tal-UE), b'mod partikolari fil-kontroll u l-infurzar u r-riċerka xjentifika.

 

  1. Min għandu jmexxi l-proċess?

Il-gravità u l-urġenza tal-kwistjoni titlob tmexxija politika determinata fl-ogħla livelli, li tinkludi l-pajjiżi kollha li jistadu fil-Mediterran. Fl-Unjoni Ewropea, it-tmien Stati Membri bi xtut li jmissu mal-Mediterran (Spanja, Franza, l-Italja, Malta, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Greċja, Ċipru), appoġġati mill-UE u mill-MEDAC[3], għandhom jaġixxu ta' eżempju, speċjalment f'dawk iż-żoni li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma sfruttati minnhom stess.

Iż-żewġ Organizzazzjonijiet tal-Ġestjoni tas-Sajd Reġjonali, il-GFCM u l-ICCAT għandhom jidderieġu l-isforzi konġunti u jiżguraw koordinazzjoni internazzjonali u riżultati effettivi tul il-baċir kollu.

L-assoċjazzjonijiet industrijali, ir-riċerkaturi u l-NGOs ukoll għandhom rwol vitali, li jinvolvu u jintitolaw lill-atturi kollha (inkluż konsumaturi, sajjieda dilettanti u utenti marittimi oħra), biex ipoġġu s-sajd tal-Mediterran mill-ġdid fit-triq lejn is-sostenibbiltà.

  1. Hemm xi kwistjonijiet oħra involuti?

Is-sajd eċċessiv, il-ġestjoni fqira u lakuni fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali, fis-seħħ fil-livell reġjonali, nazzjonali tal-UE u internazzjonali, huma l-kawżi ewlenin ippruvati tal-istat attwali tal-istokkijiet tal-ħut fil-Mediterran u l-problema ekonomika assoċjata.

Madanakollu, it-tniġġis, in-navigazzjoni, u sorsi oħra ta' stress ambjentali, bħat-tibdil fil-klima u l-ispeċijiet invażivi, ukoll qed ikollhom impatt dirett fuq l-abbundanza u r-reżiljenza tal-popolazzjonijiet tal-ħut, u jeħtieġ li jiġu trattati flimkien.

Miżuri kumplimentari oħra biex tiġi promossa governanza tajba (eż. aktar trasparenza u żoni protetti) u mekkaniżmi tas-suq (eż. traċċabbiltà u daqsijiet minimi) huma wkoll aspetti neċessarji.

Fl-aħħar nett, komunitajiet li jiddependu fuq is-sajd jeħtieġu strateġiji innovattivi u diversifikati għall-ġestjoni tas-sajd u l-iżvilupp sostenibbli, sabiex ma jiġux protetti biss il-ħut u l-ambjent marittimu iżda l-patrimonju kulturali millenarju assoċjat magħhom. Proġetti bħall-pescatourism, ċirkwiti korti u inizjattivi trażversali oħra diġà kienu ta' suċċess.

  1. X'inhi tagħmel l-UE?

L-UE għamlet sforz kbir biex ittejjeb is-sostenibbiltà tas-sajd fil-livell tal-UE u fil-livell globali. Il-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE titlob biex sal-2020 l-istokkijiet kollha tal-UE jiġu sfruttati sar-rendiment massimu sostenibbli u biex l-inġenji tal-baħar kollha tal-UE jikkonformaw mal-PKS irrispettivament minn fejn jistadu.

Wara s-suċċess inkoraġġanti fil-Grigal tal-Atlantiku, fejn l-abbundanza ta' ħut u l-qligħ industrijali qed jiżdiedu, l-UE hija ddeterminata li ttemm is-sajd eċċessiv fil-Mediterran, iġġib flimkien lill-atturi fil-livelli kollha, u tappoġġa l-adattament b'fondi aċċessibbli bħall-FEMS[4] u l-mekkaniżmu tat-TAIEX[5] tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Tali fondi huma disponibbli għal miżuri diretti, kif ukoll bħala azzjonijiet kumplimentari bħal programmi soċjoekonomiċi, riċerka, kooperazzjoni u bini ta' kapaċità.

  1. X'nista' nagħmel?

Sa ċertu punt aħna responsabbli għal din is-sitwazzjoni, u għalhekk jeħtieġ li lkoll nikkontribwixxu kemm nistgħu biex intejbuha.

Dawk li jfasslu l-Politiki u li jieħdu d-Deċiżjonijiet: hija ta' importanza fundamentali li wieħed jifhem x'hemm involut fil-problema, u jagħmel użu minn riżorsi u tmexxija xierqa biex isib soluzzjonijiet urġenti.

  • L-Istati Membri tal-UE: jidentifikaw speċijiet u żoni ta' prijorità, jiddefinixxu miżuri preċiżi biex jilħqu l-għanijiet (kif ukoll jaġġornaw il-pjanijiet ta' ġestjoni nazzjonali tagħhom) u jiggarantixxu l-konformità.
  • Il-GFCM, l-ICCAT, il-MEDAC u l-EFCA[6] u partijiet ikkonċernati influwenti oħra, fora internazzjonali (e.ż. l-FAO[7], l-UgħM[8]) u organizzazzjonijiet ta' finanzjament (eż. il-Bank Dinji): jgħinu fl-istabbiliment ta' prijoritajiet u azzjonijiet, jaħdmu flimkien b'mod koordinat u jimpenjaw ruħhom għall-ilħuq ta' għanijiet komuni fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-konformità.
  • Il-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħra tal-UE: jiddefinixxu l-politika u pjan direzzjonali biex b'mod progressiv jilħqu l-għan doppju tal-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut u t-titjib fil-prestazzjoni ekonomika tal-flotot.
  • Pajjiżi terzi: jaħdmu flimkien mal-RFMOs[9] (l-ICCAT u l-GFCM) u jadattaw l-istruttura u d-daqs tal-flotot tagħhom skont ir-riżorsi disponibbli.

Partijiet industrijali kkonċernati: billi jirrappreżentaw lis-sajjieda involuti b'mod dirett fl-isfruttament ta' riżorsi bijoloġiċi, u b'għarfien dettaljat tas-sitwazzjoni proprja, organizzazzjonijiet bħal Europêche jew LIFE[10] għandhom rwol importanti, jippromwovu l-koġestjoni u l-implikazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-istabbiliment ta' soluzzjonijiet.

  • Stejjer eżistenti ta' suċċess permezz tal-kooperazzjoni, bħall-pjan tal-irkupru tat-tonn tax-xewka blu tal-Atlantiku, jistgħu jixprunaw azzjonijiet konġunti ulterjuri.
  • Prattiki tajba, disponibbli minn reġjuni u proġetti oħra, ukoll jistgħu jgħinu jwittu t-triq għal sajd li jrendi qligħ u sostenibbli fil-Mediterran.
  • L-involviment tul il-katina ta' provvista kollha, kif ukoll is-soċjetà ċivili, jista' jipprovdi appoġġ prezzjuż għal aġġustamenti neċessarji. Il-bejjiegħa bl-ingrossa u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom jippromwovu prodotti sostenibbli u jirrifjutaw dawk li ma jikkonformawx mar-regoli.
  • Laqgħat internazzjonali, bħall-GFCM (30 ta' Mejju 2016) u l-ICCAT (Novembru 2016), jistgħu jintużaw għall-koordinazzjoni tal-kontributi ta' kulħadd.

Xjenzati u infurzaturi: l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, is-sorveljanza u l-kontroll huma wkoll atturi fundamentali, li jippermettu li l-ġestjoni tkun ibbażata fuq għarfien aħjar u kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ekwivalenti u trasparenti. Fost l-oħrajn, jistgħu:

  • iżidu n-numru ta' stokkijiet ivvalutati, billi fejn meħtieġ jirrikorru għal tekniki ta' valutazzjoni għal livell baxx ta' dejta;
  • jaħdmu flimkien fiż-żieda ta' kopertura spazjali u temporali ta' stħarriġ xjentifiku;
  • jiżviluppaw strateġiji ta' kooperazzjoni fuq il-kontroll u l-infurzar fil-livell reġjonali jew subreġjonali, bejn il-pajjiżi tal-Mediterran (tal-UE u mhux tal-UE);
  • jgħinu lill-maniġers jifhmu l-kumplessità u jżidu l-kooperazzjoni tagħhom mal-partijiet ikkonċernati biex flimkien ifasslu tekniki innovattivi biex itejbu s-selettività, inaqqsu qabdiet aċċessorji u b'mod effettiv iħarsu speċijiet u ħabitats vulnerabbli.

NGOs u assoċjazzjonijiet ċivili: billi jgħinu fit-tkattir tal-għarfien u joħolqu kuxjenza, iħarsu l-ambjent u jirrappreżentaw komunitajiet, dawn jistgħu jrawmu l-kooperazzjoni u l-koġestjoni. Bħala l-aħħar u l-akbar ħolqa fil-katina, iċ-ċittadini kostali u l-konsumaturi b'mod ġenerali jridu jinvolvu ruħhom biex jiżguraw li l-għażliet tas-suq jgħinu biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn mudelli aktar sostenibbli, jikkontribwixxu lejn innovazzjoni soċjali u l-ħarsien tal-patrimonju f'żoni dipendenti fuq is-sajd.

  • Iċċekkja t-tikketti: ir-regoli tal-UE jiżguraw informazzjoni u traċċabbiltà xierqa, u dan imbagħad jgħin jappoġġa r-regoli tas-suq komuni u standards għall-prodotti li joriġinaw mill-Baħar Mediterran.
  • Jippromwovu prattiki tal-konsumatur sani u responsabbli.
  • Kampanji edukattivi u li joħolqu kuxjenza dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut ibbażati fuq ix-xjenza, il-prestazzjoni tas-settur, il-kontabilità ambjentali u l-governanza integrata jistgħu jikkontribwixxu aktar lejn is-suċċess kumplessiv.

[1] Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku

[2] Il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran

[3] Il-Kunsill Konsultattiv tal-Mediterran

[4] Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

[5] Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni

[6] L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

[7] L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura

[8] L-Unjoni għall-Mediterran

[9] Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd

[10] Sajjieda ta' Impatt Żgħir tal-Ewropa

#MedFish4ever hija prijorità tagħna lkoll u ta' importanza fundamentali. Kemm jekk int taħdem fis-settur pubbliku, mhux mal-gvern jew fis-settur privat, il-kontribut tiegħek huwa essenzjali.

Din hija pjattaforma li permezz tagħha tesponi l-azzjonijiet li juru l-impenji eżekuttivi tiegħek. Permezz ta' dawn il-kontributi, din se sservi ta' skambju uniku tal-aħjar prattiki u inizjattivi ta' suċċess. Għalhekk jekk jogħġbok issieħeb u ibgħatilna tiegħek

Skeda ta' azzjonijiet

MedFish4Ever huwa pjan konġunt u fuq terminu twil lejn sajd sostenibbli fil-Mediterran, għal komunitajiet u ekosistemi prosperi.

Hemm diversi modi kif nistgħu nilħqu dan l-għan, kollha neċessarji u kumplimentari. Sabiex nuru l-approvazzjoni tiegħek u nħajru lil ħaddieħor, nixtiequ nippromwovu l-azzjonijiet kollha li ttieħdu.

Sabiex tħaffef ir-riżultati u l-allinjament, jekk jogħġbok imla l-formola mehmuża fejn tiddeskrivi l-azzjonijiet tiegħek u ibgħatha fuq info@medfish4ever.com

Rakkomandazzjonijiet u sostenituri

1. Awtoritajiet u organizzazzjonijiet pubbliċi

Andrés Hermida interview at MedFish4Ever launch

Andrés Hermida, is-Segretarju Ġenerali tas-Sajd ta' Spanja
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent – is-Sajd, Spanja

Zakia Driouche, Moroccan Minister for Fisheries, interview at MedFish4Ever launch

Zakia Driouche, Is-Segretarju Ġenerali tas-Sajd tal-Marokk
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sajd Marittimu, il-Marokk

Gesine Meissner (MEP) interview at MedFish4Ever launch

MPE Gesine Meissner, ukoll il-President tal-Intergrupp għall-Ibħra, ix-Xmajjar, il-Gżejjer u ż-Żoni Kostali
L-Intergrupp għall-Ibħra, ix-Xmajjar, il-Gżejjer u ż-Żoni Kostali (Searica - Seas, Rivers, Islands and Coastal Areas) fil-Parlament Ewropew

2. Industrija u swieq

Christian Decugis interview at MedFish4Ever launch

Christian Decugis, Direttur għall-Mediterran ta' Sajjieda ta' Impatt Żgħir tal-Ewropa
Low Impact Fishers of Europe (LIFE)

3. Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ

Marco Lambertini, Director General of WWF International, interview at MedFish4Ever launch

Marco Lambertini, Direttur Ġenerali tad-WWF International
Worldwide Wildlife Fund (WWF)

Lasse Gustavsson interview speaks of Oceana's support for the MedFish4Ever campaign

Lasse Gustavsson, Viċi President Prinċipali u Direttur Eżekuttiv ta' OCEANA fl-Ewropa
OCEANA

Rupert Howes, CEO of MSC, interview at MedFish4Ever launch

Rupert Howes, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni Marittima
Marine Stewardship Council (MSC)

Aħna nafu li s-saħħa tal-Mediterran tinsab f’periklu serju. Iżda nafu wkoll li mhux kollox huwa mitluf. Ir-riċerka xjentifika u l-istejjer ta’ suċċess bħal dik tat-tonn tax-xewka blu tal-Atlantiku juru li s-saħħa tal-istokkijiet sfruttati żżejjed tista’ tiġi rkuprata.

Permezz ta’ azzjoni impenjata u miftiehma, is-sitwazzjoni tista’ tinqaleb. Fil-fatt, madwar il-Mediterran kollu, il-komunitajiet tas-sajjieda u tas-sajd, il-gvernijiet, l-NGOs u x-xjentisti qegħdin jiksbu riżultati permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri u inizjattivi biex jgħinu lill-istokkijiet jirkupraw.

Din il-paġna tfittex li tiġbor flimkien l-azzjonijiet differenti li qegħdin isiru fir-reġjun. Aħna nistednuk tkun parti minnha. Aħna nistednuk titħajjar mill-azzjonijiet ta’ oħrajn. Aħna nistednuk tgħin fl-irkupru tal-Mediterran tagħna.

Ara kif fit-taqsima 'Sejħa għall-azzjoni' tal-websajt tagħna.

Isem: Association de Gestion Intégrée des Ressources (AGIR)
Pajjiż: Il-Marokk
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: agir-env.org

L-Association de Gestion Intégrée des Ressources (AGIR) taħdem għall-iżvilupp ta’ attività tas-sajd artiġjanali sostenibbli u bbilanċjata fil-Mediterran. Hija timplimenta programm wiesa’ ta’ ppjanar parteċipattiv li jsegwi approċċ ta’ ekosistema, għall-benefiċċju ta’ madwar 3 000 sajjied artiġjanali li jaħdmu fil-Mediterran tal-Marokk. Is-sajjieda huma kapaċi jidentifikaw l-isfidi li jinħolqu minħabba s-sajd illegali bit-tkarkir u bid-dinamiti, u l-ħolqien ta’ kumitat ta’ monitoraġġ jippermettilhom jieħdu sehem fil-ġlieda kontra dan it-theddid.

L-AGIR twettaq firxa ta’ attivitajiet li jinkludu: il-produzzjoni ta’ rapporti xjentifiċi li jiddeskrivu l-istat ta’ konservazzjoni u speċijiet mhedda, u l-irkupru ta’ ħabitats u żoni marini; it-taħriġ u l-involviment tas-sajjieda minn kooperattivi tas-sajjieda artiġjanali fl-abbozzar tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riżorsi għal żoni marini; l-istabbiliment ta’ netwerk informali ta’ kooperattivi tas-sajjieda artiġjanali stabbiliti f’MPAs tal-Baħar Mediterran; l-appoġġ għal attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul biex jitjieb l-istandard tal-għajxien ta’ sajjieda artiġjanali fiż-żona kostali ta’ Al Hoceima.

Isem: Association de la Pêche Artisanale et Environnement (Assoċjazzjoni tas-sajd fuq skala żgħira u l-ambjent)
Pajjiż: L-Alġerija
Tip ta’ azzjoni: Sajd

L-għan ta’ dan in-netwerk huwa li jikkonserva r-riżorsi tal-baħar u jiġġenera soluzzjoniijet għal sajd sostenibbli u responsabbli. L-assoċjazzjoni involviet sajjieda lokali fl-istabbiliment u ż-żamma ta’ żona protetta ’l barra mill-kosta Alġerina fil-Baħar Mediterran bi kwoti stretti implimentati, immirati lejn il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli skont il-linji gwida tal-Kummissjoni tal-UE u l-għoti ta’ aċċess prijoritarju lis-sajjieda biex jadottaw prattiki sostenibbli.

Isem: Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea
Pajjiż: Il-Belġju, L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: https://ec.europa.eu/jrc/en

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea jikkompila d-dejta miġbura mill-Istati Membri tal-UE taħt il-mandat tal-Qafas għall-Ġbir ta’ Dejta (DCF), li jkopri wkoll il-Mediterran. Id-dejta tiġi pproċessata u analizzata mill-JRC f’kooperazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għal finijiet ta’ valutazzjoni tal-istokkijiet u biex jingħataw pariri xjentifiċi u ġestjoni ta’ ħut sfruttat kummerċjalment fil-Mediterran, taħt il-mandat tal-Politika Komuni tas-Sajd. Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżi u l-għoti ta’ pariri xjentifiċi huma disponibbli permezz tar-Rapporti ta’ STECF fuq https://stecf.jrc.ec.europa.eu/reports.

Isem: DĠ Ambjent - il-Kummissjoni Ewropea: il-Programm LIFE - l-istrument ta’ finanzjament tal-UE għall-ambjent u l-azzjoni klimatika
Pajjiż: UE
Tip ta’ azzjoni: Konservazzjoni
URL: http://ec.europa.eu/environment/life/

LIFE huwa l-istrument finanzjarju tal-UE li jappoġġja l-proġetti ambjentali, tal-konservazzjoni tan-natura u ta’ azzjoni klimatika fl-UE kollha. Il-programm LIFE se jikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-objettivi u l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020, is-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni u strateġiji u pjanijiet rilevanti oħra tal-UE dwar l-ambjent u l-klima. Il-qasam “Ambjent” tal-programm il-ġdid ikopri tliet oqsma ta’ prijorità: l-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi; in-natura u l-bijodiversità; u l-governanza ambjentali u l-informazzjoni. Il-qasam “Azzjoni Klimatika” ikopri l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; l-adattament għat-tibdil fil-klima; u l-governanza klimatika u l-informazzjoni. Il-programm jikkonsisti wkoll fi proġetti integrati ffinanzjati b’mod konġunt, li se joperaw fuq skala territorjali kbira. Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jimplimentaw politika ambjentali u klimatika u li jintegraw aħjar din il-politika f’oqsma ta’ politika oħra. Ir-regolament il-ġdid jistabbilixxi wkoll l-eliġibbiltà u l-kriterji għal għotjiet kif ukoll bħala bażi għall-għażla tal-proġetti. Il-programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi u jipprovdi għal attivitajiet barra mill-UE. Huwa jipprovdi wkoll qafas għall-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Isem: DiscardLess: Studju tal-Każ tal-Lvant tal-Mediterran
Pajjiż: UE
Tip ta’ azzjoni: Riċerka
URL: http://www.discardless.eu/

L-istudju tal-każ tal-Lvant tal-Mediterran ta’ DiscardLess ikopri s-sajd imħallat bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fil-Majjistral tal-Baħar Eġew immirat fuq għadd kbir ta’ speċijiet. Ir-rati ta’ qbid skartat huma għolja (>40 %) bħalma hija l-pressjoni tas-sajd fuq ħut li għadu qed jikber. Ir-rimi selettiv għaż-żieda fil-valur tal-qbid (high-grading) iseħħ ukoll. L-approċċ ta’ DiscardLess jibni fuq għarfien eżistenti ta’ qabdiet inċidentali fl-ekosistema marina studjata billi: i) jaħdem mill-qrib mal-partijiet interessati u s-sajjieda lokali biex jiżviluppa xenarji bijoekonomiċi biex ilaħħqu mal-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-obbligu tal-ħatt, ii) jirrevedi u jevalwa s-soluzzjonijiet eżistenti f’termini ta’ selettività, u iii) jiżvela ħabitats u żoni tal-ħut essenzjali b’konċentrazzjonijiet għolja ta’ qabdiet inċidentali f’kollaborazzjoni mas-sajjieda u dan flimkien ma’ informazzjoni xjentifika biex jiġi mminimizzat il-qbid skartat.

Isem: Europêche
Pajjiż: Il-Belġju
Tip ta’ azzjoni: Konservazzjoni
URL: http://europeche.chil.me

Il-Europêche tħeġġeġ komunikazzjoni fluwida bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej u s-settur tas-sajd billi żżomm lill-partijiet interessati rilevanti kollha informati bit-tħassib u l-objettivi tas-sajjieda tal-UE. Din tippromwovi valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-istokkijiet tal-ħut b’approċċ minn isfel għal fuq u integrat, li jinkludi lill-partijiet interessati kollha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-Europêche tindika l-irkupru spettakolari tat-tonn tax-xewka blu tal-Atlantiku fil-Mediterran, li l-kwota tiegħu żdiedet b’20 % kull sena, bħala eżempju tal-aħjar prattika. Il-Europêche tipproponi miżuri ta’ ġestjoni u tekniċi u titlob il-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma ad hoc li jirrappreżenta lis-sajjieda fit-tfassil ta’ politiki dwar is-sajd. 

Isem: FAO - Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Sajd

Is-sajjieda fuq skala żgħira jammontaw għall-maġġoranza tal-impjiegi fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Is-sajjieda nfushom qegħdin iħeġġu aktar qsim ta’ informazzjoni u kooperazzjoni sabiex iżommu industrija sostenibbli.

Isem: FAO - Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni

L-inklużività hija element ewlieni fil-qafas tat-tkabbir blu. Ir-regolamenti għas-sajd artiġjanali jeħtieġ li jiġu nnegozjati u jkunu volontarji u għandhom jikkumplimentaw il-linji gwida, li huma bbażati fuq approċċ tad-drittijiet tal-bniedem.

Isem: Federparchi - l-Ewropa
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: http://www.medmaritimeprojects.eu/section/fishmpablue/output

Il-FishMPABlue analizza 31 Żona Protetta tal-Baħar (MPAs) f’ħames pajjiżi Mediterranji, sabiex jidentifika l-karatteristiċi ewlenin għal approċċ ta’ suċċess għall-koġestjoni tas-sajd bejn MPAs u sajjieda artiġjanali, u biex jiżviluppa għodod ġodda ta’ governanza għas-sajd artiġjanali fi ħdan u madwar MPAs. Dan żviluppa sett ta’ għodod ta’ governanza tas-sajd li jilħaq l-għanijiet tal-konservazzjoni u jappoġġa l-ekonomiji lokali.

Isem: Greenpeace
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Komunikazzjoni
URL: http://pescadodetemporada.org/

Greenpeace Spanja żviluppat applikazzjoni għas-smartphone b’informazzjoni dwar liema ħut ikun tal-istaġun, liema metodu ntuża biex jinqabad u jekk huwiex speċi fil-periklu. Qabel jixtru l-ħut, il-konsumaturi jistgħu jaraw jekk dan inqabadx lokalment, jekk dan huwiex tal-istaġun u jekk dan inqabadx b’mod sostenibbli. L-app se tgħin lill-konsumaturi jegħlbu l-problema tat-tikkettar mhux xieraq tal-ħut. 

Isem: Grupp ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd - Groupe FEP Varois: Pescatourisme 83
Pajjiż: Żoni Kostali Mediterranji
Tip ta’ azzjoni: Sajd
URL: www.marcopolo.asso.fr/

Il-proġett “Pescatourisme 83” jimmira li joffri lis-sajjieda lokali mod ta’ kif jiddiversifikaw id-dħul tagħhom mingħajr ma jżidu l-isforz tas-sajd tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin javviċinaw lill-pubbliku ġenerali b’mod li jqajmu kuxjenza dwar it-tradizzjoni u l-wirt li jirrappreżenta s-sajd u l-kwistjonijiet li jiffaċċja s-settur. Il-proġett jimmira li jestendi għal attivitajiet komplementari oħrajn bħal sessjonijiet ta’ dewqan, akkomodazzjoni, filwaqt li joħloq rabta mat-turiżmu agrikolu u jiżviluppa metodi biex iżid il-valur għall-ispeċijiet mhux sfruttati biżżejjed. L-istrateġija tal-FLAG hija li jippreżerva l-produttività bijoloġika u l-bilanċ tal-ekosistemi filwaqt li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-territorji kostali. 

Isem: Grupp ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd Terre di Mare: Fish All Days – Kunsinna d-dar minn dgħajsa tas-sajd
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: www.gacterredimare.net

Bl-għajnuna tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (FLAG), il-kumpanija tas-sajd tal-familja, Facchini Pesca, żviluppat skema ta’ bejgħ dirett lill-konsumaturi tagħha bħala soluzzjoni għall-prezzijiet baxxi li kienu qegħdin jiffaċċjaw fl-irkant bl-ingrossa. Il-proġett inkluda ħidma sostanzjali għas-sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni lokali tal-benefiċċji għas-saħħa għal min jiekol ħut lokali traċċabbli u ta’ kwalità. Ir-rabta emozzjonali żviluppata bejn il-produttur u l-konsumatur żgurat bażi solida ta’ konsumaturi sodisfatti u leali li japprezzaw il-kwalità kemm tal-prodott kif ukoll tas-servizz offrut. L-istrateġija ta’ żvilupp tal-FLAG hija bbażata fuq il-qawmien mill-ġdid tal-komunità lokali tas-sajd permezz ta’ approċċ li jirrispetta l-prinċipji tas-sostenibbiltà ambjentali, soċjali, ekonomika u istituzzjonali. 

Isem: Grupp ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd: Groupe FEP Varois: Cap Roux – Żona Ristretta tas-Sajd
Pajjiż: Franza
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/cms/farnet/files/documents/Farnet_Pan2020_13.pdf

Is-sajjieda, l-awtoritajiet lokali u x-xjentisti tlaqqgħu flimkien minn NGO lokali biex jagħmlu l-ewwel passi ta’ pjan ta’ ġestjoni effettiv u sostenibbli għall-futur biex jinforzaw miżuri ta’ konservazzjoni f’żona ristretta tas-sajd mal-Côte d’Azur ta’ Franza. Iż-żona ristretta tas-sajd ta’ 445 ettaru ta’ Cap Roux ġiet stabbilita fl-2004 mill-organizzazzjoni lokali tas-sajd. Proġett tal-Assi 4 appoġġa lis-sajjieda biex iwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza biex jiġġieldu s-sajd illegali u jesploraw possibbiltajiet għall-iżvilupp ta’ pjan ta’ ġestjoni sostenibbli. Is-studji xjentifiċi u l-ġbir ta’ data qegħdin jgħinu fil-monitoraġġ tal-impatti tal-miżuri ta’ konservazzjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni ma’ utenti oħrajn tal-ispazju tal-baħar qiegħda tqajjem kuxjenza dwar l-assi taż-żona u l-importanza li dawn jiġu ppreżervati. 

Isem: Grupp ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd: Spain Peix de llotja (Ħut mill-Irkant)
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: www.peixdellotja.com

Sabiex iħeġġeġ lir-ristoranti, lis-supermarkits u lilll-konsumaturi jixtru ħut frisk maqbud lokalment, il-proġett “Peix de Illotja” laqqa’ flimkien lill-FLAG u lill-organizzazzjonijiet lokali tas-sajd biex jippromwovu l-kunċett u l-iżvilupp ta’ marka ċċertifikata. Il-marka tagħti stilel lir-ristoranti li jimpenjaw ruħhom li jixtru l-ħut tagħhom direttament mill-irkant lokali tagħhom. Il-proġett rawwem kooperazzjoni bejn l-erba’ assoċjazzjonijiet reġjonali tas-sajd u bena rabtiet bejn is-settur tas-sajd u s-setturi tat-turisti u tar-ristoranti. Il-FLAGs Mediterranji qegħdin jistudjaw il-possibbiltà li jiżviluppaw il-kunċett f’marka fil-Mediterran kollu. L-istrateġija tal-FLAG timmira li tiddiversifika l-ekonomija taż-żona u tiġġenera l-impjiegi billi tiffoka fuq l-ekoturiżmu. 

Isem: Hellenic Centre for Marine Research
Pajjiż: Il-Greċja
Tip ta’ azzjoni: Riċerka
URL: www.hcmr.gr

Iċ-Ċentru Elleniku għar-Riċerka Marina (Hellenic Centre for Marine Research) huwa involut fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Osservatorju tal-Bijodiversità Marina pan-Ewropea (EMBOS). L-objettivi tal-EMBOS jinkludu l-installazzjoni ta’ netwerk pan-Ewropew fuq skala kbira permanenti internazzjonali ta’ osservatorji tal-bijodiversità marina b’metodoloġija ottimizzata u standardizzata, il-valutazzjoni tat-tibdil fit-tul fil-bijodiversità marina u l-kawżi possibbli tiegħu billi jitqiesu l-gradjenti naturali u antropoġeniċi, l-ottimizzazzjoni ta’ approċċi interdixxiplinari ġodda għar-riċerka u l-iffaċilitar tal-ġestjoni ambjentali bbażata fuq l-għarfien. Il-partijiet interessati fil-mira jinkludu l-UE, awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali involuti fil-valutazzjoni ekoloġika tal-ambjent marin, il-maniġers ambjentali, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, il-leġiżlaturi, il-politiċi, ix-xjenzati, l-akkademiċi, u l-istudenti. L-ispeċi fil-mira, fil-biċċa l-kbira tagħhom, huma makrofawna u makroflora, fl-ibħra territorjali tal-UE. Ir-riżultati mistennija tal-EMBOS huma: li tipprovdi valutazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-bijodiversità fuq l-ekosistemi marini; sistema ta’ twissija bikrija għat-tibdil fil-bijodiversità; kwantifikazzjoni ta’ tibdil fit-tul fil-bijodiversità marina; u fehim ikbar tal-motivaturi naturali u antropoġeniċi responsabbli għal dan it-tibdil.

Isem: il-Consiglio Nazionale delle Ricerche - Istituto di Scienze Marine: TARTALIFE - Tnaqqis fil-mortalità tal-fkieren tal-baħar fis-sajd kummerċjali
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: http://ec.europa.eu/environment/life/project/Projects/index.cfm?fuseaction=search.dspPage&n_proj_id=4548

Il-proġett jinvolvi ħmistax-il reġjun Taljan fil-Mediterran, u għandu l-għan li jnaqqas il-mortalità tal-fkieren tal-baħar billi jitnaqqas il-qbid aċċessorju tal-fkieren (ikkawżat mill-użu ta’ konz fil-baħar internazzjonali, xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u xbieki fissi) billi: jinkoraġġixxi l-użu ta’ snanar tondi u apparat li jeskludi l-fkieren, jew TEDs (apparat speċjali li jippermetti fekruna tal-baħar maqbuda li taħrab jekk tinqabad fix-xibka ta’ sajjied); u billi jittestja ripellant akustiku ġdid għall-fkieren tal-baħar u tip ġdid ta’ għażel. Il-proġett għandu l-għan ukoll li jnaqqas l-imwiet tal-fkieren wara li jinqabdu billi jħarreġ u jqajjem kuxjenza fost is-sajjieda, u billi jsaħħaħ iċ-ċentri ta’ salvataġġ/ tal-ewwel għajnuna għall-fkieren tal-baħar.


Riżultati mistennija *ikklikkja hawnhekk għal aktar tagħrif

Isem: il-Consiglio Nazionale delle Ricerche: Tekniki-Fantażma tal-LIFE biex jitnaqqsu l-impatti tal-irkapti tas-sajd abbandunati u biex titjieb il-bijodiversità fiż-żoni kostali fit-Tramuntana tal-Adrijatiku
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Kontroll u infurzar
URL: http://ec.europa.eu/environment/life/project/Projects/index.cfm?fuseaction=search.dspPage&n_proj_id=4778

L-għanijiet ġenerali tal-proġett Tekniki-Fantażma tal-LIFE biex jitnaqqsu l-impatti tal-irkapti tas-sajd abbandunati u biex titjieb il-bijodiversità fiż-żoni kostali fit-Tramuntana tal-Adrijatiku jinkludu: il-promozzjoni ta’ miżuri konkreti biex jiġi rrestawrat u ppreservat l-istatus ekoloġiku tal-ħabitats bil-blat li jinsabu fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana; il-valutazzjoni tal-impatt tal-Irkapti tas-Sajd Abbandunati, Mitlufa jew Skartati (ALDFG) fuq il-bijodiversità fil-ħabitats bil-blat tul il-kosta tar-Reġjun tal-Veneto; u l-istima tal-valur ekonomiku tal-benefiċċji tal-ekosistema li jirriżultaw mit-tneħħija u/jew it-tnaqqis tal-ALDFG. Il-proġett għandu l-għan ukoll li: itejjeb il-bijodiversità fl-ekosistema tal-ħabitats bil-blat billi jneħħi l-ALDFG u jsir it-trapjantar tan-“noble pen shell”, gandoffla kbira tal-ilma salmura (Pinna nobilis); jittestja u juri l-effikaċja ta’ metodi għall-immappjar, it-tnaqqis u d-diżattivazzjoni ta’ irkaptu tas-sajd mitluf u biex jiġi propost pjan għar-rimi/ir-riċiklaġġ ta’ xbieki rkuprati; jipproduċi protokoll effettiv għall-ġestjoni tal-ALDFG f’żoni kostali, li jistipula l-proċeduri tekniċi implimentati u li jkun fih proposta għal regolament tal-UE.

 

Riżultati mistennija *ikklikkja hawnhekk għal aktar tagħrif

Isem: il-Costa Edutainment S.p.A: FISH SCALE - Informazzjoni dwar l-Ikel u Salvagwardja tal-Ħabitat - Approċċ ta’ Konsum Sostenibbli fl-Ambjent Lokali
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Sajd
URL: http://ec.europa.eu/environment/life/project/Projects/index.cfm?fuseaction=search.dspPage&n_proj_id=3880

L-objettiv prinċipali tal-proġett FISH SCALE huwa li jsaħħaħ l-użu tal-ispeċi tal-ħut tal-baħar li huma tajbin ħafna għall-ikel imma ftit huma magħrufa u mhux sfruttati biżżejjed (ħut “sostenibbli”, “fqir”). L-użu ta’ dan il-ħut huwa mistenni li jkollu effetti vantaġġjużi fuq il-baġit tal-konsumaturi - għaliex il-ħut “sostenibbli” huwa ġeneralment orħos - u fuq l-ekoloġija tal-ħut għaliex l-użu ta’ ħut mhux sfruttat biżżejjed jista’ jnaqqas il-pressjoni fuq speċi sfruttati aktar. Barra minn hekk, il-kwantità ta’ ħut li jittiekel skartat bħala skart - u t-trattament konsegwenti tiegħu - jistgħu jitnqqsu. Il-proġett ikkontribwixxa indirettament għall-għanijiet ta’ konservazzjoni tiegħu billi kiseb ir-riżultati previsti. B’mod partikolari: aktar minn 100 “fornitur tal-ħut”, inklużi ristoranti, lukandi, bejjiegħa tal-ħut u distributuri inkludew l-ispeċi fil-mira tal-ħut sostenibbli fl-offerta/provvista tagħhom; madwar 2 000 persuna kienu involuti b’mod dirett fil-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni permezz ta’ kwestjonarji u intervisti; is-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-proġett żdiedet b’madwar 27 %, permezz tal-parteċipazzjoni f’99 avveniment u kampanja vigoruża fil-midja u ta’ tixrid; u l-bejgħ ta’ speċi fil-mira żdied. Il-proġett ipproduċa “effett domino” ta’ benefiċċju, mis-sajjieda għad-distributuri għall-konsumaturi finali, u wassal għar-replikazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-“ħut sostenibbli” barra mill-proġett.

Mill-perspettiva soċjoekonomika, il-proġett wassal għall-possibbiltà li jinxtara ħut tajjeb bi prezzijiet orħos, kif ukoll għall-bejgħ ta’ firxa usa’ ta’ speċi ta’ ħut, bil-fornituri mhux biss jiddependu mill-ħut sfruttat iżżejjed. Billi l-benefiċjarji aċċettaw li jkomplu jippromwovu l-objettivi tal-proġett matul l-attivitajiet edukattivi u ta’ tixrid tagħhom, u billi r-ristoranti, il-lukandi u l-fornituri tal-ħut huma lesti li jkomplu jfornu “ħut sostenibbli” fil-futur, is-sostenibbiltà tal-proġett għandha għalhekk tkun żgurata, tal-anqas fuq perjodu ta’ żmien qasir. 

Isem: Il-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi (CPMR) – il-Kummissjoni Inter-Mediterranja (IMC) Il-proġett MarInA-Med COM&CAP
Pajjiż: Ċipru, Franza, Il-Greċja, Il-Kroazja, Is-Slovenja, L-Italja, L-Portugall, Malta, Spanja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: http://www.medmaritimeprojects.eu/section/com-cap/sub-com-cap

Il-proġett MarInA-Med COM&CAP jikkapitalizza tlettax-il proġett marittimu, li xi wħud minnhom jiffokaw fuq il-pressjonijiet ambjentali fuq l-ekosistemi tal-baħar. Ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti ntużaw għal diversi pożizzjonijiet politiċi. Bħalissa s-CPMR-IMC hija involuta f’żewġ proġetti Orizzontali Interreġjonali MED: PANACEA (S.O.3.2) dwar l-ambjent u ż-żoni protetti u InnoBlueGrowth (S.O.1) dwar l-innovazzjoni u t-Tkabbir Blu.

Is-CPMR-IMC qiegħda torganizza wkoll il-komunikazzjoni u l-kapitalizzazzjoni ta’ diversi proġetti modulari li jittrattaw kwistjonijiet bħaż-żoni protetti tal-baħar, it-tkabbir blu u l-innovazzjoni, u dwar it-turiżmu sostenibbli u l-ICZM-ISM (il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali - l-Ippjanar Spazjali Marittimu u Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali). Eżempju ta’ proġetti modulari attwali: CO-Evolve (S.O.3.1) dwar il-koevoluzzjoni tal-attivitajiet tal-bniedem fil-linja tal-kosta marbuta mal-ICZM u l-ISM (u l-Karta ta’ Bologna) (approvat); Marine Villages (S.O.3.1) dwar it-turiżmu u l-kummerċjalizzazzjoni sostenibbli u MITOMED+ (S.O.3.1) dwar it-turiżmu sostenibbli u l-indikaturi (taħt l-aħħar fażi ta’ evalwazzjoni).

Isem: il-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi (CPMR) – il-Kummissjoni Intermediterranja (IMC): il-Task Force tal-IMC dwar is-Sajd u l-Akkwakultura
Pajjiż: Ċipru, Franza, Il-Greċja, Il-Marokk, It-Tuneżija, l-Albanija, L-Italja, Malta, Spanja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: http://news.crpm.org/cpmr-news/maritime-cpmr/imc-launching-task-force-on-fisheries-aquaculture/

It-Task Force tal-IMC dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ġiet stabbilita fl-2016. Din hija task force ta’ Reġjuni Mediterranji, li għandha l-għan li tippromwovi l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura Mediterranju. It-task force tippromwovi sinerġiji fost il-membri tagħha biex: tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-PKS, jingħata spinta l-appoġġ finanzjarju għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, jiġu promossi s-sajd u l-akkwakultura fl-istrateġiji u fl-inizjattivi emerġenti tal-Mediterran, jitfasslu u jiġu implimentati proġetti transnazzjonali u transkonfinali u jitrawmu l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura. Ir-riżultati mistennija huma li jiġu skambjati l-aħjar prattiki, jitwettqu studji u rapporti, jintbagħtu messaġġi politiċi, jiġu ġġenerati azzjonijiet ta’ promozzjoni, jiġu organizzati konferenzi u proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali, u li jiġu ppilotati azzjonijiet.

Isem: Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Pajjiż: Il-Montenegro
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: www.minpolj.gov.me

Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali fil-Montenegro adotta u implimenta ordni fi staġun magħluq għal klassijiet ta’ età differenti ta’ ħut u organiżmi oħra tal-baħar. Din tenfasizza qrolla waħda, 6 fkieren, 36 għasfur, 20 mammal u 37 speċi ta’ ħut, li huwa pprojbit li jinqabdu fil-Baħar Montenegrin. Barra minn hekk, kien hemm ordni fuq il-projbizzjoni tal-qbid u l-kummerċ ta’ ħut li għadu qed jikber, ħut ta’ daqs żgħir iżżejjed u organiżmi oħra tal-baħar. Din tispeċifika li l-istandards relatati tad-daqs jeħtieġ li jiġu meqjusa għal kull speċi (63 ħuta, 6 krustaċji, 3 ċefalopodi u 7 molluski bivalvi). Fl-2014, il-Ministeru ppubblika Sejħa Pubblika biex jikseb appoġġ biex jaġġusta d-dimensjonijiet tad-daqsijiet tal-malja fuq xbieki tat-tkarkir mill-40 mm f’forma ta’ djamant għal 40 mm f’forma ta’ kaxxa.

Isem: Il-Ministeru tal-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Sostenibbli
Pajjiż: Il-Greċja
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: www.minagric.gr

Il-Ministeru tal-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Sostenibbli fil-Greċja implimenta pjan ta’ ġestjoni għas- sajd bix-xibka tat-tkarkir tal-qiegħ u bit-tartaruni tal-borża tul l-ilmijiet Mediterranji tal-pajjiż. Dawn l-inizjattivi jarmonizzaw il-prattika mal-leġiżlazzjoni u jinkludu miżuri bħal daqs minimu, restrizzjonijiet spazjali u temporali u l-użu tad-dawl għall-protezzjoni ta’ speċijiet ikoniċi speċifiċi madwar il-Greċja. L-ispeċijiet fil-mira prinċipali huma l-marlozz, it-triljiet, it-triljiet tal-ħama u l-gambli roża. Fir-rigward tas-sajd tal-frott tal-baħar, ġie implimentat numru ta’ restrizzjonijiet temporali u spazjali, kif ukoll daqs minimu ta’ ħatt l-art ta’ 500 gramma għall-qarnit.

Isem: Institute of Marine Sciences (CSIC)
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Riċerka
URL: www.icm.csic.es

Bl-għan li janalizza kawżi potenzjali għat-tnaqqis u l-falliment tas-sajd fil-kosta ta’ Maresme fil-Majjistral tal-Baħar Mediterran matul dawn l-aħħar 26 sena, is-CSIC kien qed jistudja l-popolazzjoni tal-bivalva Callista chione. Iż-żewġ kawżi prinċipali li jidhru li huma responsabbli għall-istat attwali tal-qiegħ huma: is-sajd żejjed u l-operazzjonijiet kontinwi ta’ tħammil fil-Lbiċ u l-parti ċentrali tal-qiegħ għall-mili tal-bajja. Bħalissa (2016), is-sajd tal-arzell lixx huwa magħluq fiż-żona, u pjan propost ta’ rkupru u ġestjoni – li jinvolvi projbizzjoni temporanja fuq tħammil ta’ arzell artiġjanali fuq skala żgħira u alternattivi għall-mili tal-bajja – għadu jrid jiġi implimentat.

Isem: Institute of Marine Sciences (CSIC)
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Riċerka
URL: www.icm.csic.es

Is-CSIC qiegħed jaġixxi biex jiżviluppa pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sajd ta’ gambli tal-baħar fond li jinkludu r-rikonverżjoni tal-flotot tas-sajd. Il-bdil tal-prattiki tas-sajd tal-gambli tal-baħar fond minn xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti għal kavetti fil-flotot tal-Mediterran se juri li l-bdil fl-irkaptu huwa vijabbli u profittabbli. Filwaqt li l-ispeċijiet fil-mira huma l-Aristeus antennatus u l-Aristaeomorpha foliacea, il-partijiet interessati prinċipali fil-mira huma s-sajjieda, il-bejjiegħa tal-ħut u l-industrija tat-turisti. Is-CSIC jippromwovi għodod biex il-politika u l-leġiżlazzjoni tas-sajd tal-UE jiġu aġġornati u żviluppati, billi jindirizza l-MSFD, b’mod partikolari l-preservazzjoni tal-integrità tal-qiegħ tal-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar fond vulnerabbli u l-bijodiversità tiegħu.

Isem: International Ocean Institute (IOI)
Pajjiż: Malta
Tip ta’ azzjoni: Bini ta’ kapaċità
URL: http://www.ioinst.org/

L-International Ocean Institute (IOI) jorganizza taħriġ, u jimplimenta bini u tisħiħ tal-kapaċità fuq kwistjonijiet tal-oċeani f’diversi livelli. Il-ħidma tal-IOI hija mmirata lejn partijiet interessati differenti, inklużi dawk li jfasslu l-politika, maniġers u implimentaturi. L-IOI jikteb pubblikazzjonijiet u informazzjoni għat-tixrid u biex tiżdied l-outreach. L-IOI jorganizza programmi ta’ taħriġ, joffri lawriji postgradwatorji, jikteb pubblikazzjonijiet u artikli akkademiċi okkażjonali, jagħmel diskorsi prinċipali u jorganizza seminars u preżentazzjonijiet fl-oqsma tal-Governanza tal-Oċean, l-Iżvilupp tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tas-Sajd. Eżempji ta’ azzjonijiet speċifiċi jinkludu l-Programm ta’ Taħriġ tal-IOI dwar il-Governanza Reġjonali tal-Oċean għall-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, il-Baħar Baltiku u l-Baħar Kaspju; Lawrija Postgradwatorja (MA) fil-Governanza tal-Oċean, offruta b’mod konġunt mal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta; u pubblikazzjonijiet, bħall-pubblikazzjoni tal-World Ocean Review “The Future of Fish – The Fisheries of the Future”.

Isem: International Seafood Sustainability Foundation (ISSF)
Pajjiż: L-Istati Uniti
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni, Kontroll u infurzar, Bini ta’ kapaċità
URL: http://iss-foundation.org

Ix-xogħol ta’ riċerka u promozzjoni tal-ISSF huwa mmirat lejn l-iżgurar ta’ konservazzjoni u ġestjoni effettivi tar-riżorsi tat-tonn madwar id-dinja. Pereżempju, fil-Mediterran, l-istokk tal-Alonga tal-Mediterran qatt ma ġie vvalutat kif xieraq.  Dan huwa sajd li jiġi kkunsmat kważi esklużivament fl-Unjoni Ewropea. L-ISSF tipprovdi appoġġ finanzjarju għal valutazzjonijiet preliminari li għandhom jitwettqu mill-korp ta’ ġestjoni reġjonali xieraq u l-korp xjentifiku tiegħu.  Din tappoġġa t-trasformazzjoni ta’ riċerka xjentifika fuq il-baħar f’metodi ta’ mitigazzjoni ta’ qabdiet aċċessorji fis-sajd tat-tonn. L-organizzazzjoni tiffoka fuq it-tneħħija proattiva tal-elementi kollha ta’ sajd illegali permezz ta’ firxa ta’ miżuri, inizjattivi u għodod ta’ konservazzjoni, u kienet involuta b’mod attiv fl-indirizzar ta’ sajd eċċessiv billi organizzat sensiela ta’ sessjonijiet ta’ ħidma internazzjonali u bl-adozzjoni tal-Miżura tal-Konservazzjoni tal-Kapaċità tal-ISSF. 

Isem: Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM)
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: www.fao.org/gfcm

Il-GFCM waqqfet task force biex timmodernizza l-qafas legali tagħha permezz ta’ approċċ miftiehem u minn isfel għal fuq li jinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti. Dawn il-bidliet wasslu għall-adozzjoni ta’ numru ta’ miżuri ġodda, bħal pjanijiet ta’ ġestjoni subreġjonali u pjanijiet direzzjonali għall-ġlieda kontra s-sajd IUU.

Ġestjoni ta’ speċijiet pelaġiċi ikoniċi: Ġew stabbiliti u aġġornati pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali għal speċijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku, biż-żieda ta’ miżuri ta’ urġenza kif meħtieġ. L-aktar rakkomandazzjoni riċenti tfittex li tiżgura li l-livelli ta’ sfruttament ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku jkunu f’rendiment massimu sostenibbli sal-2020.

Protezzjoni ta’ speċijiet demersali ikoniċi mill-isfruttament żejjed fl-Istrett ta’ Sqallija: Il-pjan ta’ ġestjoni multiannwali adottat japplika għall-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ b’tul ta’ aktar minn 10 metri li l-qabdiet tagħhom ta’ marlozz u gambli roża tal-fond jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-qabdiet f’piż ħaj jew valur. Dan jinkludi miżuri ta’ ġestjoni ta’ natura differenti u jfittex li japplika approċċ prekawzjonarju biex jiżgura li l-livelli ta’ sfruttament ikunu f’rendiment massimu sostenibbli sal-2020, filwaqt li jipproteġi ż-żoni ta’ trobbija, jelimina l-qbid skartat u jaġġusta l-kapaċità tas-sajd.

Isem: Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES)
Pajjiż: Id-Danimarka
Tip ta’ azzjoni: Bini ta’ kapaċità
URL: www.ices.dk

Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar jaħdem biex jikkoordina u jippromwovi r-riċerka xjentifika bbażata fuq prodotti tad-dejta u tal-informazzjoni. Ir-riżultati tar-riċerka xjentifika jitqassmu, u jintużaw bħala l-bażi biex jipprovdu l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli għall-użu mill-maniġers, li jittrattaw l-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ekosistemi marini u l-ġestjoni tal-isfruttament tar-riżorsi marini ħajjin.

Permezz ta’ sħubiji strateġiċi, pereżempju, mal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, u l-Unjoni Ewropea, l-ICES jaħdem fuq:

- l-istatus tal-istokk tas-sallura, billi jkopri l-Baħar tat-Tramuntana, tal-Atlantiku tat-Tramuntana, Il-Mediterran Baltiku u ż-żoni tal-Afrika ta’ Fuq;

- l-aħjar prattiki, metodi u dejta, biex jgħinu fl-appoġġ għall-pariri xjentifiċi biex tiġi ssodisfata s-sostenibbiltà globali tas-sajd;

- kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni ta’ Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva Kwadru tal-UE dwar l-Istrateġija Marina.

Isem: l-Instituto Español de Oceanografía (IEO)
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Riċerka
URL: http://www.ieo.es/en/home

L-Instituto Español de Oceanografía (IEO) huwa organizzazzjoni Spanjola għar-riċerka pubblika ddedikata għall-għarfien xjentifiku tal-oċeani u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tagħhom u tal-ambjent tal-baħar. Ir-riċerka fl-IEO tkopri l-aspetti kollha tal-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riżorsi tal-baħar b’enfasi partikolari fuq il-forniment tad-dejta u l-konsulenza meħtieġa għall-amministrazzjoni pubblika Spanjola, għall-korpi internazzjonali u għas-settur tas-sajd biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli u razzjonali tar-riżorsi tal-baħar ħajjin. Għal dan il-għan, l-IEO b’mod regolari jwettaq stħarriġ ta’ riċerka, programmi ta’ kampjunar abbord il-flotta tas-sajd u fis-swieq tas-sajd, u x-xjenzati tal-IEO huma involuti b’mod regolari fil-valutazzjoni ta’ stokkijiet tal-ħut pelaġiċi u demersali u l-evalwazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni bħall-MPAs, l-għeluq spazjutemporali, id-daqsijiet minimi, l-ispeċifikazzjonijiet tal-irkaptu, eċċ. L-IEO huwa involut f’bosta proġetti internazzjonali u nazzjonali biex jiġi ddeterminat ir-rwol tal-muturi ambjentali u antropoġeniċi fid-determinazzjoni tal-istatus tar-riżorsi Mediterranji u kif dawn il-fatturi jaffettwaw it-trajettorji tal-popolazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa bħala għajnuna fl-evalwazzjoni tal-adegwatezza ta’ approċċi ta’ ġestjoni differenti. 

Isem: L-Istitut Nazzjonali tal-Oċeanografija u l-Ġeofiżika Sperimentali (OGS)
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Riċerka
URL: www.ogs.trieste.it

L-istitut jopera u jiżviluppa l-missjoni tiegħu stess, billi jagħti prijorità lill-oqsma ta’ riċerka bażiċi u applikati tal-Oċeanografija, il-Ġeofiżika u l-Ġeoloġija tal-Baħar u l-Ġeofiżika Sperimentali u Esplorattiva. L-OGS bħalissa qiegħed iwettaq suġġett ta’ riċerka dwar il-fruntieri fix-Xjenza tal-Baħar, li jiġbor firxa wiesgħa ta’ analiżi dwar kwistjonijiet ekoloġiċi, bijoloġiċi, soċjali, ekonomiċi u leġiżlattivi, kif ukoll studji tal-każ relatati mal-applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Il-proġett jimmira li jipprovdi ħarsa wiesgħa tal-problemi, jindirizza kwistjonijiet lokali u transkonfinali, u jsib soluzzjonijiet prattiċi għall-applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Isem: l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI)
Pajjiż: Ir-Renju Unit
Tip ta’ azzjoni: Regolatorja
URL: www.imo.org

L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali żviluppat u implimentat qafas legali għall-attivitajiet marittimi, inkluż is-sajd, fuq il-bażi ta’ rekwiżiti obbligatorji u rakkomandatorji żviluppati u riveduti mill-Organizzazzjoni. 

L-OMI tieħu sehem fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat f’kooperazzjoni mal-FAO u l-ILO. Hija ddeżinjat il-Mediterran bħala żona speċjali skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti tal-OMI, u l-Istrett ta’ Bonifacio bħala Żona tal-Baħar Partikolarment Sensittiva, u ddeżinjat l-iskemi tas-separazzjoni tat-traffiku u ż-żoni tat-traffiku qrib il-kosta fil-Mediterran skont il-Konvenzjoni COLREG tal-1972 tal-OMI. Taħdem ukoll għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-istokks tal-ħut fil-Mediterran permezz tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra tal-OMI, imwettqa permezz tal-appoġġ tal-Proġett ta’ Sħubiji OMI-UNDP-GEF GloBallast, biex tindirizza l-introduzzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi ta’ ħsara , patoġeni u speċi invażivi fl-ambjent tal-baħar. Finalment twettaq ukoll salvagwardji amministrattivi u tekniċi ta’ ċerti oqsma tematiċi taħt il-programm tal-Ibħra Reġjonali għall-Mediterran tal-UNEP.

Isem: Marine Stewardship Council u World Wide Fund for Nature
Pajjiż: Spanja, Franza
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni, Bini ta’ kapaċità
URL: www.project-medfish.com

Dan il-proġett konġunt tnieda biex titwettaq analiżi rigoruża u komprensiva tas-sajd Franċiż u Spanjol fil-Mediterran bl-użu tal-Istandard tas-Sajd tal-MSC bħala punt ta’ riferiment għas-sostenibbiltà sabiex tingħata spinta lit-titjib fil-ġestjoni u s-sostenibbiltà. Il-partijiet interessati mmirati huma l-industriji tas-sajd, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-aġenziji ta’ ġestjoni fir-reġjun Mediterranju ta’ Franza u Spanja li huma involuti permezz ta’ gruppi konsultattivi, sessjonijiet ta’ ħidma u attivitajiet ta’ outreach. L-ambitu jinkludi diversità kbira ta’ speċijiet u huwa mmirat lejn l-għan li jkun hemm bord rappreżentattiv tal-varjetà ta’ sajd Mediterranju. Dan il-proġett huwa ta’ benefiċċju għal diversi atturi fis-settur tal-frott tal-baħar: jipprovdi lill-industriji tas-sajd, lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-ġesturi b’analiżi bir-reqqa tal-prattiki attwali tagħhom. Fuq terminu twil, dan jimmira li jżid il-provvista tal-frott tal-baħar Mediterranju sostenibbli, u b’hekk ikun ta’ benefiċċju għall-partijiet interessati kollha.  

Isem: MEDASSET
Pajjiż: UE
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: www.medasset.org

“Ibħra b’Saħħithom: minn skart għal ilbies” hija inizjattiva Ewropea innovattiva li ġiet implimentata fil-Greċja sa mill-2015 minn MEDASSET. L-għan aħħari tal-inizjattiva huwa li l-ibħra tagħna jitnaddfu minn xbieki tas-sajd skartati, nases fatali għall-fkieren tal-baħar u speċijiet marini oħra, u jiġu riġenerati f’najlon riċiklat tal-aqwa kwalità. L-inizjattiva tal-Ibħra b’Saħħithom tiffoka fuq xbieki tas-sajd skartati fl-ewwel fażi tagħha, imma fil-futur se tkopri żibel marin ieħor fil-futur. L-inizjattiva tal-Ibħra b’Saħħithom hija impriża konġunta tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u n-negozji biex inaddfu l-oċeani u l-ibħra. Ix-xbieki li jinġabru bħala parti mill-inizjattiva tal-Ibħra b’Saħħithom ma jintremewx f’miżbliet jew jinħarqu f’faċilitajiet tat-trattament tal-iskart. Minflok, dawn jiġu riċiklati sabiex jinħolqu prodotti ta’ kwalità għolja. Is-sostenibbiltà hija l-fokus, kemm mill-perspettiva ambjentali kif ukoll dik ekonomika. L-inizjattiva tal-Ibħra b’Saħħithom tlaqqa’ flimkien ħafna partijiet interessati u inizjattivi: għaddasa, sajjieda, kumpaniji tat-tbaħħir, NGOs, gvernijiet, u kumpaniji tar-riċiklaġġ u l-produzzjoni, biex joħolqu prodotti ġodda bħal kalzetti, malji u twapet. Ix-xbieki tas-sajd imnaddfa jittieħdu f’impjant f’Ljubljana, is-Slovenja, fejn jitħejjew għas-Sistema ta’ Riġenerazzjoni ECONYL®.

Isem: Mediterranean Advisory Council (MEDAC)
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: www.med-ac.eu

Il-MEDAC jaħdem bħala faċilitatur fil-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni billi jikkoorganizza s-Seminar ta’ Livell Għoli dwar l-Istatus tal-Istokkijiet fil-Mediterran u l-approċċ tal-PKS. Fl-2016, dan wessa’ l-gruppi fokus tiegħu skont żoni ta’ applikazzjoni ġeografiċi usa’ ta’ (inklużi l-Lvant tal-Mediterran, l-Istretti ta’ Sqallija u t-Tramuntana tal-Adrijatiku) sabiex jipprovdi elementi tekniċi utli għall-abbozz ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni multiannwali għall-Istati Membri kkonċernati li u mbagħad jintbagħtu lill-KE. Waħda mill-prijoritajiet kienet il-ġbir, l-istudju u l-analiżi ta’ informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-istat tal-istokkijiet demersali, li tikkaratterizza s-sajd sabiex jikkonformaw mal-obbligu tal-ħatt l-art, li dieħel fis-seħħ f’Jannar 2017.

L-irkupru tat-tonn tax-xewka blu tal-Atlantiku ma jistax jiġi mħajjar b’suċċess bħala possibbiltà, għax is-soluzzjonijiet misjuba ma jistgħux jiġu riprodotti faċilment fi stokkijiet oħra. Barra minn hekk, ir-rappreżentanza ta’ sajjieda hija żgurata mill-MEDAC u jekk le, il-parteċipazzjoni fil-MEDAC għandha tiġi mħeġġa u r-rappreżentanza tiġi eventwalment diskussa.

Isem: Mediterranean Information Office for Environment, Culture and Sustainable Development (MIO-ECSDE)
Pajjiż: Il-Greċja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: www.mio-ecsde.org

L-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Mediterran dwar l-Ambjent, il-Kultura u l-Iżvilupp Sostenibbli (Mediterranean Information Office for Environment, Culture and Sustainable Development - MIO-ECSDE) jservi bħala pjattaforma teknika u politika għall-preżentazzjoni ta’ opinjonijiet u interventi minn 130 NGO fix-xena Mediterranja. Ġie rikonoxxut bħala organizzazzjoni internazzjonali prinċipali li tgħaqqad flimkien il-partijiet interessati fil-Mediterran dwar kwistjonijiet kruċjali għall-futur sostenibbli tar-reġjun. L-Organizzazzjoni għandha esperjenza twila fir-riċerka, fil-politika, fil-promozzjoni, fis-sensibilizzazzjoni, fil-bini tal-kapaċità u fin-netwerking dwar kwistjonijiet relatati mal-ambjent marin, inkluż it-tniġġis tal-baħar u s-sajd sostenibbli u/jew l-akkwakulturi.

L-MIO-ECSDE qed jappoġġja b’mod attiv l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u l-Approċċ tal-Ekosistema; filwaqt li jittratta l-kwistjoni tal-Iskart fil-Baħar; jippromwovi l-Ekonomija Blu u t-Tkabbir Blu sostenibbli, jippromwovi l-Ġestjoni Integrata tar-Riżorsi tal-Ilma (IWRM)/il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali (ICZM)/l-Ippjanar Spazjali Marin (ISM); jikkontribwixxi għall-Politika Komuni tas-Sajd u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew. Qed jippromwovi wkoll l-istabbiliment ta’ qafas komprensiv għall-akkwakultura biex tiġi żgurata industrija sostenibbli u responsabbli. Reċentement, l-MIO-ECSDE kkoordina l-istħarriġ tal-UNEP/MAP dwar l-ALDFG fil-Baħar Mediterran u fi ħdan il-qafas tal-proġett IPA-Adriatic DeFishGear ivvaluta l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tal-iskart fil-baħar għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura. Barra minn hekk, permezz tal-attivitajiet ta’ riċerka ta’ DeFishGear, il-MIO-ECSDE żied mal-korp ta’ evidenza dejjem jikber relatat mal-ammonti ta’ skart fil-baħar li joriġina mis-sajd u mill-akkwakultura.

L-MIO-ECSDE wkoll jissensibilizza u jibni l-kapaċitajiet tal-partijiet interessati dwar kwistjonijiet relatati mas-sajd u mal-akkwakultura fil-Mediterran.

  • Permezz tal-proġett FP7 MARLISCO qiegħed iqajjem kuxjenza fil-komunità edukattiva, fost il-pubbliku ġenerali u fost il-professjonisti tas-sajd u tal-akkwakultura dwar l-impatti tal-iskart fil-baħar u dwar kif jiġu indirizzati. L-MIO-ECSDE permezz tal-inizjattiva pijuniera tiegħu dwar l-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli (MEdIES, netwerk elettroniku ta’ madwar 4 000 edukatur) ilu jaħdem fuq il-kwistjoni tal-konsum tal-ikel sostenibbli għal ħafna snin billi jqajjem kuxjenza dwar il-pressjonijiet fuq l-ekosistemi minħabba t-trobbija tal-ħut.
  • L-MIO-ECSDE flimkien mal-Eko-unjoni u l-GEC reċentement ippubblika studju dwar “Lejn Ekonomija Ħadra fil-Mediterran” li jindirizza s-sajd u l-akkwakultura.
  • L-MIO-ECSDE ilu jmexxi l-komponent tal-komunikazzjoni tal-ikbar proġett fil-Mediterran bl-isem ta’ “The MedPartnership” (2009-2015) iffinanzjat mill-GEF u kkoordinat mill-UNEP/MAP li jiffoka wkoll fuq l-applikazzjoni tal-approċċ tal-ekosistema għas-sajd.
  • L-MIO-ECSDE jiffaċilita erba’ netwerks oħra ta’ partijiet interessati ewlenin fil-Mediterran li għandhom rwol ewlieni li jindirizzaw l-isfidi ambjentali u ta’ żvilupp sostenibbli fir-reġjun, jiġifieri edukaturi, parlamentari, ġurnalisti, u universitajiet.
Isem: Mednetpesca
Pajjiż: Żoni Kostali Mediterranji
Tip ta’ azzjoni: Sajd
URL: http://www.mednetpesca.eu/en/

Mednetpesca tlaqqa’ flimkien lil atturi differenti involuti fl-iżvilupp ta’ żoni kostali Mediterranji biex tiżdied il-viżibbiltà tal-prodotti u l-wirt tas-sajd madwar il-Mediterran. Din l-inizjattiva twaqqfet minn Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (FLAGs) minn Franza, Spanja, il-Greċja, Ċipru u l-Italja, iżda hija miftuħa għall-gruppi ta’ żvilupp lokali kostali kollha tal-Mediterran li sussegwentement jippreżentaw l-interess u l-motivazzjonijiet tagħhom. Mednetpesca tgħin tlaqqa’ flimkien lill-komunitajiet tas-sajd u ssaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-futur tagħhom. Hija tippromwovi wkoll opportunitajiet ġodda billi tuża l-potenzjal tat-tkabbir blu. 

Isem: Ministeru tal-Agrikoltura - Direttorat Ġenerali tas-Sajd
Pajjiż: Il-Palestina
Tip ta’ azzjoni: Konservazzjoni
URL: www.facebook.com/dof.pal

Twettqet riċerka akkademika f’kollaborazzjoni bejn iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Palestinjana u l-Ministeru tal-Agrikoltura għall-monitoraġġ tar-raj tal-qrun (Mobula Mobular) u l-ħut kartilaġinuż kollu fil-Lvant tal-Mediterran. L-għan prinċipali tar-riċerka huwa li jiġu protetti l-ispeċijiet tal-baħar, b’mod speċjali r-raj tal-qrun. Ir-riċerka timmira wkoll li tiġbor informazzjoni dwar il-karatteristiċi fiżjoloġiċi u bijoloġiċi tal-ispeċijiet tal-baħar, li tidentifika l-perjodu bijoloġiku tas-sajd legali għal dawn il-kreaturi u toħloq kuxjenza fost is-sajjieda ta’ meta għandhom jistadu għalihom. 

Isem: Ministeru tal-Agrikoltura - Żvilupp tal-Ħut Rurali
Pajjiż: L-Alġerija
Tip ta’ azzjoni: Ħolqien ta’ impjiegi
URL: http://www.mpeche.gov.dz

Il-ministeru jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ kontroll u l-monitoraġġ tad-dgħajjes tas-sajd, filwaqt li jistabbilixxi wkoll pjanijiet għall-ġestjoni tas-sajd. Huwa jiġbor flimkien l-interessi professjonali u l-kompetenza xjentifika biex jippromwovi l-integrazzjoni u s-sostenibbiltà tar-riżorsi. Il-Pjan tiegħu Aqua Pêche 2020 jimmira li joħloq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u teknoloġiċi għal sajd Mediterranju sostenibbli, li joħloq 30 000 impjieg dirett fis-settur b’żieda għas-70 000 eżistenti. 

Isem: Ministeru tal-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bhejjem, DĠ tas-Sajd u l-Akkwakultura
Pajjiż: It-Turkija
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: http://www.tarim.gov.tr/BSGM/Sayfalar/AnaSayfa.aspx

Fit-Turkija, il-ġestjoni tas-sajd hija rregolata min-“Notifika li Tirregola s-Sajd Kummerċjali”. Dawn in-notifiki jistabbilixxu żoni tas-sajd magħluqa, irkapti u metodi tas-sajd ipprojbiti, speċijiet ipprojbiti, u limiti tal-qbid. L-għan huwa li jiġu rregolati l-obbligi, il-limitazzjonijiet u l-projbizzjonijiet għal sajd fuq il-baħar u fl-ilmijiet interni biex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-ħut, waqt li jitqies is-sajd xjentifiku. In-Notifiki jipprojbixxu is-sajd kummerċjali, sportiv u rikreazzjonali ta’ xi speċijiet speċifiċi fil-Mediterran bħall-bumerin, klieb il-baħar, fkieren tal-baħar, u ċeren.

Isem: Ministeru tal-Politiki dwar l-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija (MIPAAF) – DĠ Pesca
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni, Kontroll u infurzar
URL: www.politicheagricole.it

L-MIPAAF implimenta miżuri ta’ ġestjoni għall-flotot nazzjonali li fil-mira tagħhom għandhom speċijiet pelaġiċi żgħar bl-għan li jistabbilixxi listi ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati u jipproteġi żoni ta’ trobbija u riproduzzjoni f’livell nazzjonali. Ir-riżultati mistennija huma protezzjoni multiannwali tal-ispeċijiet ikkonċernati u sostenibbiltà ekonomika għas-setturi kkonċernati.

Fir-rigward tal-miżuri ta’ ġestjoni għall-flotot nazzjonali li fil-mira tagħhom għandhom il-pixxispad Mediterranju, l-objettiv huwa li titnaqqas il-flotta nazzjonali fuq il-bażi tal-livell storiku ta’ qabdiet maħruġ fil-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u fil-livell tal-UE. Ir-riżultati mistennija huma protezzjoni multiannwali tal-ispeċijiet ikkonċernati u sostenibbiltà ekonomika miżjuda tas-settur kkonċernat. 

Isem: Parco Nazionale dell’Asinara: Clean Sea LIFE
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Komunikazzjoni
URL: http://ec.europa.eu/environment/life/project/Projects/index.cfm?fuseaction=search.dspPage&n_proj_id=5824

L-għan globali tal-proġett Clean Sea LIFE huwa li jappoġġa l-applikazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD) u l-politika ta’ bijodiversità tal-UE fir-rigward tal-iskart fil-baħar. L-objettivi speċifiċi huma li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskart fil-baħar, billi tingħata s-setgħa liċ-ċittadini jsiru parti mis-soluzzjoni; jitneħħa l-iskart eżistenti, inkluż l-irkaptu tas-sajd mitluf, u jiġi evitat it-tfigħ ta’ aktar skart; jiġu promossi inizjattivi ta’ “sajd għall-iskart”; il-professjonisti fl-industrija tas-sajd jitħarrġu fi prattiki responsabbli; jiġu pprovduti linji gwida għall-ġestjoni ta’ skart fil-baħar, jiżdied l-iskambju ta’ għarfien u l-adozzjoni tal-aħjar prattiki; u jiġu assistiti l-awtoritajiet biex jiksbu Status Ambjentali Tajjeb tal-baħar, kif meħtieġ skont l-MSFD. 

Riżultati mistennija *ikklikkja hawnhekk għal aktar

Isem: Proġett East Med tal-FAO
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Bini ta’ kapaċità
URL: www.faoeastmed.org

Ħafna pajjiżi fil-Lvant tal-Mediterran huma nieqsa mill-kapaċità li jagħtu parir xjentifiku għall-ġestjoni tas-sajd. Il-proġett EastMed “Kooperazzjoni Xjentifika u Istituzzjonali b’Appoġġ għal Sajd Responsabbli fil-Lvant tal-Mediterran” inħoloq biex jiżviluppa kooperazzjoni reġjonali u l-kompetenza meħtieġa għall-konformità mal-Kodiċi ta’ Kodotta għal Sajd Responsabbli tal-FAO. Il-proġett introduċa l-elementi fundamentali tal-ġestjoni tas-sajd bħall-analiżi bijoekonomika, il-metodi ta’ valutazzjoni tal-istokk, u l-istruttura u l-funzjonament tal-ekosistemi tal-baħar, kif ukoll pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sajd ibbażati fuq id-dejta miġbura.

Isem: Proġett Reġjonali ADRIAMED tal-FAO
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Bini ta’ kapaċità
URL: www.faoadriamed.org

Il-Proġett tal-FAO AdriaMed (Kooperazzjoni Xjentifika b’Appoġġ għal Sajd Responsabbli fil-Baħar Adrijatiku) huwa mmirat lejn l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni xjentifika u istituzzjonali u ta’ kapaċità fir-reġjun Adrijatiku fir-rigward tas-sajd sostenibbli. L-AdriaMed jippromwovi azzjonijiet konġunti li jinvolvu xjentisti, ġesturi ta’ industriji tas-sajd, u sajjieda fl-Albanija, il-Kroazja, l-Italja, il-Montenegro u s-Slovenja. Il-kooperazzjoni mtejba, il-bini ta’ kapaċità u l-valutazzjoni tal-istokk wasslu għall-adozzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tas-sajd multiannwali bi qbil internazzjonali għal speċijiet pelaġiċi żgħar fil-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran fl-2013.

Isem: Proġett Reġjonali COPEMED II tal-FAO
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Bini ta’ kapaċità
URL: www.faocopemed.org

Fi ħdan il-proġett reġjonali FAO-COPEMED II, il-proġett ArtFiMed (Żvilupp sostenibbli tas-sajd artiġjanali fil-Marokk tal-Mediterran u t-Tuneżija) iffoka fuq sajd fuq skala żgħira. L-għan prinċipali tiegħu kien li jappoġġa s-sajd fuq skala żgħira fi tliet portijiet fil-Marokk (Dikky) u t-Tuneżija (Ghannouch u El Akarit), li kienu ntgħażlu bħala komunitajiet pilota. Dan kien jiffoka fuq l-involviment tas-sajjieda fi ġbir ta’ dejta standardizzat u żviluppa attivitajiet ġodda li jiġġeneraw dħul addizzjonali, bħal organizzazzjoni tat-trobbija tan-naħal għas-sajjieda u l-iżvilupp ta’ tapizzerija u rakkmu għan-nisa. 

Isem: Proġett Reġjonali MEDSUDMED tal-FAO
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Kooperazzjoni internazzjonali
URL: www.faomedsudmed.org

Il-Proġett MedSudMed tal-FAO (Valutazzjoni u Monitoraġġ tar-Riżorsi tas-Sajd u l-Ekosistemi fl-Istretti ta’ Sqallija) huwa mmirat lejn l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni u ta’ kapaċità fin-Nofsinhar tal-Baħar Mediterran Ċentrali fost l-industriji tas-sajd tal-Italja, Malta, il-Libja u t-Tuneżija. Sensiela ta’ laqgħat ippromovew azzjonijiet konġunti li jinvolvu xjentisti, ġesturi ta’ industriji tas-sajd u sajjieda biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ pjan ta’ ġestjoni multiannwali għal sajd bix-xibka tat-tkarkir tal-qiegħ u wasslu għall-adozzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tas-sajd multiannwali bi qbil internazzjonali.

Isem: Proġetti Reġjonali Mediterranji tal-FAO
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Bini ta’ kapaċità
URL: www.faomedsudmed.org

Is-sostenibbiltà tas-sajd Mediterranju hija affettwata mis-sajd eċċessiv, iż-żieda fil-livelli ta’ tniġġis, id-degradazzjoni tal-ħabitat, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni, u l-impatti tat-tibdil fil-klima. L-approċċ tal-ekosistema għas-sajd (EAF) ġie propost bħala t-triq ’il quddiem għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni tas-sajd fil-Mediterran. L-inizjattiva tgħaqqad is-sensibilizzazzjoni fost il-ġesturi u dawk li jfasslu l-politika u t-taħriġ tal-uffiċjali u l-prattikanti tas-sajd fl-implimentazzjoni tal-approċċ. Għaddejjin studji pilota fl-Eġittu (sajd bix-xibka tat-tkarkir), il-Libanu (sajd bit-tartarun tal-borża), it-Turkija (sajd fuq skala żgħira fil-Bajja ta’ Gokova) u t-Tuneżija (sajd fuq skala żgħira fil-laguna El Bibane).

Isem: Seafood Baskets: FLAG Etang de Thau et sa bande côtière
Pajjiż: Franza
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: www.paniersdethau.fr

Sabiex tiżviluppa provvista ta’ frott tal-baħar lokali u staġunali, assoċjazzjoni ambjentali lokali użat l-Assi 4 biex tniedi skema ta’ distribuzzjoni ta’ qfief tal-frott tal-baħar. Din evolviet f’netwerk ta’ distribuzzjoni attiv f’erba’ villaġġi, appoġġat minn sit web li jippermetti lill-konsumaturi jirreġistraw għall-iskema, jagħmlu ordnijiet u jagħżlu l-punt ta’ ġbir tagħhom. Ir-rabta tas-sajjieda lokali u l-produtturi tal-akkwakultura mal-konsumaturi maħluqa permezz ta’ skema ta’ qfief tal-frott tal-baħar għenet biex jiżdiedu l-profil u l-konsum tal-ħut lokali, il-gajdri u frott tal-baħar ieħor fiż-żona, filwaqt li titjieb is-sostenibbiltà. Il-proġett għen ukoll biex iħarreġ lil grupp ta’ konsumaturi “ambaxxaturi”, u b’hekk jagħti sens qawwi ta’ appartenenza lokali u intraprenditorija. 

Isem: Segretarjat ICCAT
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Ġestjoni
URL: http://iccat.int/Documents/Commission/BasicTexts.pdf

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku hija organizzazzjoni tas-sajd intergovernattiva responsabbli mill-konservazzjoni tat-tonn u l-ispeċi li jixbhu t-tonn fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra li jmissu miegħu. L-azzjonijiet tal-ICCAT fil-Mediterran jinkludu l-kompilazzjoni ta’ statistika dwar is-sajd mill-membri tagħha u mill-entitajiet kollha li jistadu għal dawn l-ispeċi, il-koordinazzjoni ta’ riċerka, inkluż il-valutazzjoni tal-istokk, f’isem il-membri tagħha, l-iżvilupp ta’ konsulenza amministrattiva fuq bażi xjentifika, il-forniment ta’ mekkaniżmu għall-Partijiet Kontraenti biex jaqblu fuq miżuri ta’ ġestjoni, u l-produzzjoni ta’ pubblikazzjonijiet rilevanti.

Isem: Slow Food
Pajjiż: L-Italja
Tip ta’ azzjoni: Oħrajn
URL: http://www.fondazioneslowfood.com/en/slow-food-presidia/?fwp_settori_presidi=fish-sea-food-and-fish-products

Parti mill-moviment magħruf internazzjonalment bl-isem ta’ Slow Food, il-kampanja Slow Fish tniedi inizjattivi li jippromwovu s-sajd artiġjanali u speċijiet tal-ħut injorati u tispira r-riflessjoni dwar l-istat u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar fil-livell lokali. L-inizjattiva Slow Food Presidia , stabbilita f’numru ta’ pajjiżi Mediterranji, tagħti leħen lis-sajjieda fuq skala żgħira u teduka lill-konsumaturi dwar il-konsum tal-frott tal-baħar. L-għan ta’ dawn l-inizjattivi huwa li jiġbru flimkien sajjieda fuq skala żgħira biex jaqsmu prattiki tajba, iqajmu kuxjenza fost il-konsumaturi tal-impatt tal-għażliet tal-ikel tagħhom, u jinvolvu atturi oħra (bħal kokijiet) biex jappoġġaw sajd fuq skala żgħira. 

Isem: Studji tal-Każijiet tal-Punent tal-Mediterran
Pajjiż: UE
Tip ta’ azzjoni: Riċerka
URL: http://www.discardless.eu/

L-istudju tal-każ tal-Punent tal-Mediterran minn DiscardLess jiffoka fuq żewġ żoni kontrastanti: il-Golf Franċiż u Spanjol tal-Iljun / -il-kosta Katalana u l-arċipelagu Baleariku. Dan jiffoka fuq id-definizzjoni ta’ ħabitats sensittivi u jivvaluta l-impatt ta’ strateġiji spazjali futuri potenzjali. Il-każ jikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-effetti tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt u għar-reviżjoni u l-analiżi tas-selettività tas-sajd, billi jittieħed vantaġġ minn proġetti preċedenti mwettqa fiż-żona. L-istrateġiji biex jiġi evitat il-qbid skartat għandhom jitfasslu f’kollaborazzjoni stretta mal-industrija tas-sajd u ma’ dejta xjentifika li għandha tintuża biex jinħolqu mapep li juru żoni ta’ probabbiltà għolja ta’ qbid skartat bħala spazju u bħala żmien (jiġifieri mudelli staġjonali). Wara u mbagħad jiġu identifikati l-aktar approċċi xierqa u konsenswali għall-inċentivi fiż-żona. Fl-aħħar nett, ir-riżultati għandhom jiġu inklużi fl-istrateġiji għall-mitigazzjoni tal-qbid skartat (DMS) issuġġeriti għall-istudju tal-każ u potenzjalment żoni oħra tal-Mediterran u fir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika offruti dwar kif politika ta’ qbid skartat tista’ tiġi implimentata b’suċċess.

Isem: SUBMON
Pajjiż: Spanja
Tip ta’ azzjoni: Suq
URL: www.canyonsdelmaresme.cat

Il-proġett #PeixDeCustòdia huwa inizjattiva lokali fil-Katalunja biex tħeġġeġ lin-nies jikkunsmaw il-ħut b’mod responsabbli, kif ukoll biex tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ prodotti tal-ħut lokali skont kriterji sostenibbli. L-idea hija li taħdem ma’ sajjieda lokali fuq skala żgħira u tinvolvihom fil-konservazzjoni taż-Żona tal-Amministrazzjoni Marittima. SUBMON għandha programm tal-amministrazzjoni marittima biex tqajjem kuxjenza dwar il-konservazzjoni marittima u stabbilixxiet ftehimiet volontarji bejn partijiet interessati differenti fiż-żona biex tippreserva valuri ekoloġiċi.

Wieħed mill-għanijiet tal-proġett huwa li tiġi estiża l-firxa ta’ speċijiet ta’ ħut normalment offruti lill-konsumaturi, billi jippromwovi dawk li huma inqas magħrufa u inqas sfruttati. Il-proġett beda permezz tal-kollaborazzjoni ma’ sajjieda fuq skala żgħira fil-Katalunja, u issa kiber tant li qed jiġi appoġġat mill-Kunsill tal-Belt ta’ Barċellona.

Isem: WWF France
Pajjiż: Franza
Tip ta’ azzjoni: Sajd
URL: http://mediterranean.panda.org/

Minbarra sensiela ta’ rapporti dwar it-Tkabbir Blu fil-Mediterran, id-WWF ħares lejn 140 studju tal-impatt tas-sajd rikreazzjonali f’Żoni Protetti tal-Baħar tal-Mediterran. Dan sab li filwaqt li spiss ikun hemm konflitt bejn is-sajd rikreazzjonali u artiġjanali, hemm ukoll benefiċċji ekonomiċi. Filwaqt li hemm bżonn ta’ edukazzjoni fost is-sajjieda rikreazzjonali, l-MPAs jiffaċilitaw ukoll it-tgawdija tal-ambjent tal-baħar u l-iżvilupp tal-ekonomiji lokali. 

Isem: WWF il-Greċja
Pajjiż: Il-Greċja
Tip ta’ azzjoni: Ċertifikazzjoni

Kooperattiva ta’ sajjieda bit-tartaruni tal-borża fil-Greċja qiegħda taħdem mad-WWF biex issir l-ewwel flotta fil-Mediterran li tingħata ċertifikat tas-sajd sostenibbli tal-MSC, li kemm is-sajjieda kif ukoll il-bejjiegħa bl-imnut jemmnu li jkun popolari mal-konsumaturi.

Alġerija

Franza

Il-Greċja

  • Αλιεύματα στη Μεσόγειο - Η αποκατάσταση των αποθεμάτων σημαίνει αποκατάσταση των αλιέων

Il-Kroazja

Ir-Renju Unit

Is-Slovenja

L-Italja

  • Pesca nel Mediterraneo: ricostituire gli stock per ridare un futuro ai pescatori

    GAZZETTA DEL MEZZOGGIORNO (30.04.16)

    IL GIORNALE DI SICILIA (30.04.16)

  • Pesca: Castiglione, Italia capofila su strategia Mediterraneo - Pieno sostegno a commissario Vella su impegno per Mare Nostrum.

  • Allarme Ue, paesi Mediterraneo interrompano eccessi pesca

Malta

Marokk

  • الصيد بالبحر الأبيض المتوسط: حسب المفوض الأوروبي فيلا، معافاة الأرصدة السمكية سبيل إنعاش الصيادين

    AL MASSAE (04.05.16)

  • Pêche en Méditerranée - Reconstituer les stocks pour redonner un avenir aux pêcheurs

Spanja