INSEPARABLE
Kul, Ixtri u Biegħ Ħut Sostenibbli

About

About

Aħna INSEPARABBLI

Għal sekli sħaħ, aħna l-Ewropej għexna storja ta' mħabba mal-ħut tagħna.

Il-ħut jitmagħna u jżommna f'saħħitna.

Il-ħut jipprovdilna l-impjiegi.

Il-ħut jgħinna ngħaddu 'l quddiem.

Meta naqbdu l-ħut mill-ibħra tagħna, jeħtiġilna niżguraw ruħna li jkun baqa' biżżejjed fl-ilma, biex tinżamm is-saħħa tal-ekosistemi tagħna u biex inkunu nistgħu nkomplu nistadu fil-ġejjieni.

L-Unjoni Ewropea hi mexxej dinji fil-immaniġġjar tas-sajd u fl-istandards tal-akkwakultura. Matul l-aħħar deċennju, il-politiki tagħna kellhom impatt pożittiv f'postijiet bħall-Atlantiku tat-Tramuntana tal-Lvant fejn aktar u aktar stokkijiet huma maqbuda b'mod sostenibbli. Madankollu, jeħtieg li jsir aktar xogħol biex jirripeti ruħu dan is-suċċess fl-Ewropa kollha.

Fl-2013, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-gvernijiet tal-Istati Membri u tal-Parlament Ewropew, qablu dwar il-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida biex jissaħħu s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura Ewropej u jagħmluhom ambjentalment, ekonomikament u soċjalment aktar sostenibbli.

Bħala l-akbar importatur tal-prodotti tal-ħut, jeħtiġilna wkoll inkomplu nservu ta' eżempju għall-oħrajn lil hinn mill-ibħra tagħna. 

Ilkoll kemm aħna għandna l-parti tagħna fis-sostenibbiltà.

Il-bidla fil-konsum tal-ħut hi vitali biex tgħin is-sajd isir aktar sostenibbli. Bħala konsumaturi u atturi tas-suq jeħtiġilna nkunu konxji dwar dak li nieklu, meta u kif nikluh, ix-xiri u l-bejgħ tal-frott tal-baħħar għandu impatt enormi fuq dan is-sors ta' ikel prezzjuż.

F'dan il-websajt jeżistu riżorsi biex jgħinuk tagħżel il-frott tal-baħar li joriġina minn popolazzjonijiet f'saħħithom, maqbud b'mod responsabbli u prodott b'mod sostenibbli. Se ssib:

Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu differenza. Anki pass żgħir – biex tiekol, tixtri, jew tbigħ prodott tal-frott tal-baħar sostenibbli – se jgħin biex jiżgura li wliedna u l-ġenerazzjonijiet ġejjiena jkollhom l-istess storja ta' mħabba li għandna llum il-ġurnata mal-ħut.