Sajd

Kuntratti u għotjiet

Kuntratti u għotjiet

Kuntratti u għotjiet

Ħarsa ġenerali

L-UE tipprovdi għotjiet għall-industrija tas-sajd u l-komunitajiet mal-kosta permezz tal- Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) .

Għal iktar tagħrif dwar kif jitmexxa l-FEMS f'pajjiżek, ikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sajd tiegħek.

Għal tagħrif dwar min jirċievi l-għotjiet tal-UE, ara l- Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza.

Il-gvernijiet tal-UE jistgħu jipprovdu sussidji (magħrufa bħala għajnuna mill-Istat), għall-industrija tas-sajd tagħhom, sakemm ma jfixklux il-kompetizzjonijiet bejn il-pajjiżi tal-UE. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma infurzati b'mod strett.

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika regolarment sejħiet għall-offerti, proposti u espressjonijiet ta' interess biex tixtri servizzi u prodotti. Għad-dettalji dwar il-kuntratti pubbliċi relatati mal-affarijiet marittimi u s-sajd, ara l-paġni tagħna dwar is- sejħiet għall-offerti u s- sejħiet għall-proposti.

Ara wkoll is-sejħiet għall-offerti u l-proposti ppjanati għall-affarijiet marittimi u s-sajd fil- programm ta' ħidma annwali għall-kuntratti pubbliċi u l-għotjiet.