X'inhi l-Politika Komuni tas-Sajd?
Il-PKS hija sett ta’ regoli għall-ġestjoni tal-flotot tas-sajd Ewropej u għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut. Hija mfassla biex timmaniġġja riżorsa komuni u tagħti aċċess indaqs lill-flotot tas-sajd Ewropej kollha għall-ilmijiet u l-postijiet tas-sajd tal-UE u tippermetti lis-sajjieda biex jikkompetu b’mod ġust.
L-istokkijiet jistgħu jiġġeddu, iżda mhumiex bla limitu. Xi wħud minn dawn l-istokkijiet tas-sajd, madankollu, qed jiġu mistada żżejjed. Bħala riżultat, il-pajjiżi tal-UE ħadu azzjoni biex jiżguraw li l-industrija tas-sajd Ewropea tkun sostenibbli u ma tkunx ta’ theddida għad-daqs tal-popolazzjoni tal-ħut u l-produttività fuq żmien twil.
Il-PKS ġiet introdotta għall-ewwel darba fis-snin sebgħin u għaddiet minn aġġornamenti suċċessivi. L-aktar wieħed reċenti daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
X’inhuma l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd?
Il-PKS għandha l-għan li tiżgura li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u li jipprovdu sors ta’ ikel tajjeb għas-saħħa liċ-ċittadini tal-UE. L-għan tagħha huwa li trawwem industrija tas-sajd dinamika u li tiżgura standard ta’ għajxien ġust għall-komunitajiet tas-sajd.
Għalkemm huwa importanti li jittieħed il-massimu tal-qabdiet, għandu jkun hemm limiti. Irridu niżguraw li l-prattiki tas-sajd ma jagħmlux ħsara lill-abbilità riproduttiva tal-popolazzjonijiet tal-ħut. Il-politika attwali tistipula li bejn l-2015 u l-2020 il-limiti tal-qabdiet għandhom ikunu b'mod sostenibbli u li jżommu l-livell tal-istokkijiet tal-ħut fuq żmien twil.
Sal-lum, l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent fraġli tal-baħar mhux mifhum b’mod sħiħ. Għal din ir-raġuni, il-PKS tadotta approċċ kawt li jagħraf l-impatt tal-attività tal-bniedem fuq il-komponenti kollha tal-ekosistema. Hija tfittex li l-flotot tas-sajd tagħmilhom aktar selettivi f’dak li jaqbdu, u li gradwalment tneħħi l-prattika tal-iskartar ta’ ħut mhux mixtieq.
Ir-riforma tbiddel ukoll il-mod li bih il-PKS hija mmaniġġjata u tagħti kontroll akbar lill-pajjiżi tal-UE fuq livell nazzjonali u reġjonali.
Il-PKS għandha 4 oqsma prinċipali ta' politika:
Il-PKS tinkludi wkoll regoli dwar l-akkwakultura u l-involviment tal-partijiet interessati
The new Common Fisheries Policy: sustainability in depth
The international dimension of the EU Common Fisheries Policy
The European Maritime and Fisheries Fund 2014-2020
Sustainable tools for the world's largest seafood market
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW fir-rigward tad-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(2), (3), (6), (7) u l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
Regolament (UE) 2015/812 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98
IR-REGOLAMENT (UE) Nru 1380/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE
/fisheries/file/f-twitter256-32png_mtf-twitter_256-32.png Alt Text : twitter icon Title Text : twitter icon
/fisheries/file/3019_mtbackground_icon1.gif Alt Text : Rss feed Title Text : Rss feed
Fittex fl-aħbarijiet kollha
Fatti u ċifri dwar il-PKS
Leġiżlazzjoni dwar is-sajd (EUR-lex)
Leġiżlazzjoni tal-UE fil-qosor:
On 3 and 4 March 2021, the EU and Seychelles met to review the implementation of the first year of application of the new Sustainable Fisheries Partnership Agreement (SFPA) and its six years implementing Protocol, and to discuss mechanisms to strengthen their cooperation and common efforts towards sustainable fisheries.
The UN Environment Programme Finance Initiative (UNEP FI) has just released a new guidance on blue finance to help banks, insurers and investors take action on the transition of ocean sectors to a sustainable future.
Capraia is a small island in the upper Tyrrhenian Sea, in the Tuscan Archipelago National Park between Italy and the island of Corsica. Measuring just 8 km by 4 km and located about 70 km off the coast of Tuscany, the Capraia is home to about 300 people.