L-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tirrikonoxxi bħala organizzazzjonijiet professjonali l-entitajiet li ġejjin: l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma korpi uffiċjalment rikonoxxuti mwaqqfa mill-produtturi tas-sajd u tal-akkwakultura. Huma responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tas-sajd u għandhom rwol essenzjali fit-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq peress li huma:
Illum, fl-Unjoni Ewropea jeżistu aktar minn 200 organizzazzjoni tal-produtturi. Biex jiksbu l-għanijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, huma jistgħu jieħdu miżuri biex jiddirezzjonaw il-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom u jippromwovuhom permezz ta' skemi ta' ċertifikazzjoni, siġilli tal-kwalità, deżinjazzjonijiet ġeografiċi u azzjonijiet simili. Jistgħu jippromwovu wkoll it-taħriġ vokazzjonali, l-użu tal-ICTs u jaħdmu sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura tal-membri tagħhom.
LISTA TA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' PRODUTTURI RIKONOXXUTI FIS-SETTUR TAS-SAJD U L-AKKWAKULTURA
Member States may notify any recognition of professional organisation or withdrawal of recognition to MARE-A4@ec.europa.eu
Mappa: Organizzazzjonijiet tal-produtturi (ikklikkja l-mappa biex tiftaħ l-Atlas Ewropew tal-Ibħra)
L-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu wkoll jiġu approvati mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawn għandhom għan doppju: huma għandhom l-istess rwol bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u jikkoordinaw ukoll l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet membri tagħhom.
L-organizzazzjonijiet ta' gruppi ta' interess differenti fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura - magħrufa bħala "organizzazzjonijiet interprofessjonali" - jiġbru flimkien produtturi, proċessuri u kummerċjanti tas-sajd biex jimplimentaw miżuri li jibbenefikaw lis-settur kollu fit-totalità tiegħu. L-għan tagħhom huwa li titjieb il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u biex jiżviluppaw miżuri ta’ interess għas-settur kollu.
Peress li r-riżorsi tal-baħar għandhom in-natura ta' riżorsi kondiviżi, dawn l-organizzazzjonijiet professjonali jistgħu jiġu stabbiliti wkoll fuq livell transnazzjonali biex jikkoordinaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti speċijiet f’diversi pajjiżi tal-UE.
L-għodod u l-appoġġ finanzjarju
Fid-dawl tar-rwol essenzjali li dawn l-organizzazzjonijiet professjonali għandhom fil-kisba tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, ġew stabbiliti għadd ta’ għodod bħala appoġġ:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1418/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1419/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-estensjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-pubblikazzjoni ta’ prezzijiet skattaturi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2014 dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Produzzjoni u Kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura