Sajd

Informazzjoni għall-konsumatur

Informazzjoni għall-konsumatur

Informazzjoni għall-konsumatur

Gwida żgħira dwar it-tikketti l-ġodda tal-UE għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tistabbilixxi l-informazzjoni speċifika li trid takkumpanja l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jinbiegħu lill-konsumaturi u lill-fornituri tal-ikel tal-massa. Dawn ir-rekwiżiti jikkumplimentaw ir-regoli ġenerali tal-UE dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, u jikkontribwixxu għal aktar trasparenza fuq is-suq peress li jippermettu lill-konsumatur jagħmel deċiżjonijiet infurmati dwar il-prodotti li jixtri.

Ir-regoli l-ġodda saru applikabbli fit-13 ta' Diċembru 2014. Biex takkumpanja s-settur fl-applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti l-ġodda, il-Kummissjoni ppubblikat gwida żgħira dwar it-tikketti l-ġodda tal-UE għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

Skont ir-regoli l-ġodda, applikabbli għas-sajd, il-molluski, il-krustaċji u l-alga, il-prodotti li jinbiegħu lill-konsumaturi jew lill-fornituri tal-ikel tal-massa għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

  • l-isem kummerċjali u xjentifiku tal-ispeċi
  • jekk il-prodott inqabadx fil-baħar jew fl-ilma ħelu, jew jekk ġiex imrobbi
  • iż-żona tal-qbid jew tal-produzzjoni u t-tip ta' rkaptu tas-sajd li ntuża biex jinqabad il-prodott
  • jekk il-prodott ġiex iddifrostjat u d-data minima ta' kemm idum tajjeb (magħrufa wkoll bħala d-data tal-'aqwa kwalità sa' jew 'uża sa'), skont ir-regoli ġenerali tal-ittikkettar tal-ikel.

Sabiex il-konsumatur jifhem aħjar minn fejn ġej il-prodott, l-informazzjoni dwar iż-żona tal-qbid jew tal-produzzjoni trid tingħata fid-dettall:

  • Għall-ħut li jinqabad fuq il-baħar:
  • Għall-ħut tal-ilma ħelu: il-korp tal-ilma u l-pajjiż tal-UE tal-oriġini jew il-pajjiż mhux tal-UE ta' provenjenza
  • Għall-ħut imrobbi: il-pajjiż tal-UE jew mhux tal-UE tal-perjodu ta’ trobbija finali

Il-prodotti jistgħu wkoll ikunu akkumpanjati minn informazzjoni addizzjonali volontarja, bħad-data tal-qbid jew tal-iżbark, informazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, soċjali jew etiċi, tekniki ta' produzzjoni u kontenut nutrittiv.

Ekotikketta

Over the past 20 years, eco-label schemes have emerged on the EU market, a development linked to increased public awareness of the need to ensure sustainable exploitation of marine resources. Today, the EU is the main market for certified products.

On 18 May 2016 the European Commission adopted a report on the feasibility of an EU ecolabel scheme for fishery and aquaculture products.  The report will now be debated by the European Parliament and the Council.

Dokumenti relatati

Report from the Commission to the European Parliament and the Council on options for an EU eco-label scheme for fishery and aquaculture products (COM/2016/0263)

Feasibility Report on options for an EU ecolabel scheme for fishery and aquaculture products

Gwida żgħira dwar it-tikketti l-ġodda tal-UE għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura

EU consumer habits regarding fishery and aquaculture products