Sajd

Ftehimiet multilaterali

Ftehimiet multilaterali

Ftehimiet multilaterali

Il-liġi tal-baħar u l-liġi internazzjonali tas-sajd

Il-liġi li tapplika għall-ibħra internazzjonali hi msejjsa fuq il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), li daħlet fis-seħħ fl-1994. Element importanti tal-UNCLOS kien l-impenn mill-pajjiżi firmatarji kollha li jippromwovu s-sajd sostenibbli.

Mill-adozzjoni tal-UNCLOS, ġew żviluppati numru ta' ftehimiet li jittrattaw speċifikament kif jista' jkun hemm sajd sostenibbli fl-ibħra internazzjonali. Wieħed minnhom hu l-Ftehim dwar l-istokkijiet transżonali u b'tendenza kbira li jpassu (1995).

Is-sistema tan-NU għandha wkoll rwol fil-ġlieda kontra l-prassi tas-sajd qerrieda, li tagħmel ħsara lill-ħabitats fraġli, partikolarment l-għoljiet f'qiegħ il-baħar u l-koralli tal-ilma kiesaħ.

Taħt l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), ġew adottati dawn il-ftehimiet:

Fl-2007, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-riżoluzzjoni 61/105 dwar is-sajd sostenibbli.

L-UE daħlet ukoll f'organizzazzjonijiet internazzjonali u konvenzjonijiet relatati mas-sajd. Fosthom hemm l-impenn meħud fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 biex il-livell tas-sajd jonqos għal-livell li jagħti l-ogħla rendiment fit-tul (ir-rendiment massimu sostenibbli) sal-2015 u biex jintuża metodu msejjes fuq l-ekosistema fil-ġestjoni tas-sajd. L-UE hi parti mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċijiet Ipperikolati ta' Fawna u Flora Selvaġġi (CITES).

Aqra iktar: