Sajd

Ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE

Ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE

Ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE

L-UE għandha żewġ tipi ta' ftehimiet tas-sajd ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE:

  • ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd- l-UE tagħti appoġġ finanzjarju u tekniku bi skambju għal drittijiet għas-sajd, ġeneralment ma pajjiżi msieħba fin-nofsinhar.
  • "ftehimiet nordiċi"- ġestjoni konġunta ta' stokkijiet komuni fin-Norveġja, l-Islanda u l-Gżejjer Faeroe.

Ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd

EU SFPAs infographic

Ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE huma negozjati u konklużi mill-Kummissjoni għan-nom tal-UE. Għandhom l-intenzjoni li jħallu l-bastimenti tal-UE jistadu għall-istokk żejjed fiż-żona ekonomika esklużiva ta' dak il-pajjiż (EEZ), f'ambjent regolat.

Ftehimiet dwar it-tonn- iħallu lill-bastimenti tal-UE jsegwu l-istokkijiet tat-tonn li qed jemigraw meta dawn jiċċaqalqu mal-kosti tal-Afrika u fl-Oċejan Indjan.

Ftehimiet imħallta - jipprovdu aċċess għal firxa kbira ta' stokkijiet ta' ħut fiż-żona ekonomika esklużiva tal-pajjiż imsieħeb.

Dawn il-ftehimiet jiffukaw ukoll fuq il-konservazzjoni tar-riżorsi u s-sostenibbiltà ambjentali, u jiżguraw li l-bastimenti tal-UE jaqgħu taħt l-istess regoli ta' kontroll u trasparenza.

L-UE tħallas lill-pajjiżi msieħba kontribut finanzjarju magħmul minn żewġ partijiet:

  • drittijiet għall-aċċess għall-EEZ
  • appoġġ finanzjarju "settorjali"

L-appoġġ settorjali għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp tas-sajd sostenibbli fil-pajjiżi msieħba, billi jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u xjentifika tagħhom permezz ta' ħidma fuq il-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u sorveljanza tas-sajd sostenibbli.

L-impatt tar-riforma tal-politika tal-UE fuq il-ftehimiet

Parti mir-riforma tal-politika tas-sajd tal-UE għandha l-għan li:

  • ittejjeb l-għarfien xjentifiku li jsostni d-drittijiet tas-sajd mogħtija skont il-ftehimiet u tipprovdi iktar informazzjoni dwar l-isforz ġenerali tas-sajd li jsir fl-ibħra tal-pajjiżi msieħba
  • issaħħaħ il-governanza tal-ftehimiet, inkluża klawżola biex tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u biex bil-mod tiżdied il-kontribut tal-proprejarji tal-bastimenti tal-UE lejn l-ispejjeż ta' aċċess
  • tippromwovi aħjar is-sajd sostenibbli fl-ibħra tal-pajjiż imsieħeb billi l-appoġġ settorjali tal-UE jkun iktar immirat u suġġett għal monitoraġġ aħjar.


Ftehimiet Nordiċi

L-attivitajiet tas-sajd tal-UE fl-ibħra tat-Tramuntana u fil-Grigal tal-Atlantiku huma marbutin mill-qrib ma' dawk tal-ġirien tagħna - in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe. Peress li ħafna mill-istokkijiet jiċċaqalqu bejn il-fruntieri u huma għalhekk meqjusa bħala komuni, jagħmel ħafna sens li l-erba' partijiet jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom, speċjalment minħabba li l-flotot differenti mhumiex neċessarjament interessati fl-istess stokkijiet.

Ħafna mill-istokkijiet ikkonċernati huma ġestiti b'mod konġunt, u l-kwoti huma skambjati biex jiġi żgurat li ma jinħlewx. Uħud mill-istokkijiet huma ġestiti permezz tal-Konvenzjoni intergovernattiva dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal stabbilita biex tiġġestixxi stokkijiet tal-ħut fir-reġjun, filwaqt li stokkijiet oħra huma ġestiti permezz ta' ftehimiet bejn l-istati mal-kosta.

Dawn il-ftehimiet huma estremament importanti għal sezzjoni kbira tal-flotta tal-UE, partikolarment il-ftehim man-Norveġja, li jkopri kwoti b'valur ta' iktar minn € 2 biljuni.

Lista ta' ftehimiet tas-sajd

Pajjiż Data tal-għeluq Tip Kontribuzzjoni tal-KE kull sena Imwarrba għall-iżvilupp tal-politika tas-sajd

Cape Verde 22.12.2018 Tuna 550 000 €/ 500 000 € 275 000 €/ 250 000 €
Comoros 31.12.2016 Tuna 600 000 € 300 000 €
Cook Islands n/a Tuna 385 000 / 350 000 € 350 000 €
Côte d'Ivoire 30.6.2018 Tuna 680 000 € 257 500 €
Gabon 23.7.2016  Tuna 1 350 000 €  450 000 €
Greenland 31.12.2020 Mixed 16 099 978 € 2 931 000 €
Guinea- Bissau 23.11.2017 Mixed   9 200 000 € 3 000 000 € 
Kiribati No protocol in force since 16.09.2015
Liberia 8.12.2020 Tuna 715 000 €/ 650 000 €/ 585 000 357 500/ 325 000/ 292 500
Madagascar 31.12.2018 Tuna 1 566 250/
1 487 500 €
700 000 €
 Mauritania 15.11.2019 Mixed 59 125 000 € 4 125 000 €
Mauritius 27.1.2017 Tuna 660 000 €  302 500 € 
Micronesia   No protocol in force since 25.2.2010
Morocco 27.2.2018 Mixed 30 million € 14 million €
Mozambique Protocol expired on 31 January 2015
São Tomé and Principe 22.5.2018 Tuna 710 000/
675 000 €
325 000 €
Senegal 19.11.2019 Tuna (+ hake component)  1 808 000/
1 668 000 € 
750 000 €
Seychelles 17.1.2020 Tuna

5 350 000 € in 2014
To 5 000 000 in 2019

2 600 000 €
Solomon Islands No protocol in force since 9.10.2012

Northern agreements

Country Period
Faeroe Islands 2006 - 2012
Norway 2009 - 2015