Sajd

Is-sajd illegali (IUU)

Is-sajd illegali (IUU)

Is-sajd illegali (IUU)

Ir-regoli tal-UE għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat
Dgħajsa tistad illegalment għall-Patagonian Toothfish fl-ibħra fin-Nofsinhar tal-Awstralja li qed tiġi spezzjonata mill-forza navali Awstraljana.

Is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU) ifaqqar l-istokkijiet tal-ħut, jeqred il-ħabitats tal-baħar, ifixkel il-kompetizzjoni, iqiegħed lis-sajjieda onesti fi żvantaġġ inġust, u jdgħajjef il-komunitajiet tal-kosta, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
L-UE qed taħdem biex tevita l-lakuni li jippermettu lill-operaturi illegali milli japprofittaw mill-attivitajiet tagħhom:

  • Ir-Regolament tal-UE intiż biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010. Il-Kummissjoni qed taħdem b’mod attiv mal-partijiet ikkonċernati kollha biex jiżguraw l-applikazzjoni koerenti tar-Regolament IUU.
  • Prodotti tas-sajd tal-baħar iddikjarati bħala legali mill-istat tal-bandiera kompetenti jew mill-istat li jesporta biss jistgħu jiġu importati lejn jew esportati mill-UE.
  • Toħroġ lista ta’ bastimenti tas-sajd IUU b’mod regolari, ibbażata fuq bastimenti IUU identifikati minn Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.
  • Ir-Regolament IUU jista’ jieħu passi kontra l-istati li jagħlqu għajnejhom quddiem l-attivitajiet tas-sajd illegali: l-ewwel tinħareġ twissija, imbagħad ikunu jistgħu jiġu identifiki u jitqiegħdu f’lista sewda talli ma ġġildux kontra s-sajd IUU.
  • L-operaturi tal-UE li jistadu illegalment fi kwalunkwe post fid-dinja, taħt kwalunkwe bandiera, jirriskjaw penali sostanzjali fi proporzjon mal-valur ekonomiku tal-qabdiet tagħhom, bil-konsegwenza li jitilfu kwalunkwe profitt li setgħu għamlu.

Nindirizzaw is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)

Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ir-Regolament IUU)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008

Stqarrijiet tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2008

Leġiżlazzjoni sekondarja, gwida u informazzjoni oħra

Leġiżlazzjoni sekondarja, gwida u informazzjoni oħra