Sajd

Ir-rimi u u l-obbligu ta' ħatt tal-art

Ir-rimi u u l-obbligu ta' ħatt tal-art

Ir-rimi u u l-obbligu ta' ħatt tal-art

Il-ġestjoni tas-sajd

Ir-rimi hu l-prattika li l-ħut mhux mixtieq jintrema fil-baħar, jew mejjet jew ħaj, jew minħabba li jkun żgħir ħafna, is-sajjied ma jkollu ebda kwota, jew minħabba ċerti regoli ta' kompożizzjoni tal-qabda. Il-PKS il-ġdida taqta' din il-prattika ħalja ta' rimi permezz tal-introduzzjoni ta' obbligu ta' ħatt tal-art .  Din il-bidla se sservi bħala spinta għal aktar għażla, u tipprovdi informazzjoni aktar affidabbli dwar il-qabdiet. Biex is-sajjieda jkunu jistgħu jadattaw għall-bidla, l-obbligu ta' ħatt tal-art se jiddaħħal gradwalment, bejn l-2015 u l-2019 għas-sajd kummerċjali kollu (speċi fit-TACs, jew taħt id-daqsijiet minimi) fl-ilmijiet Ewropej.

Skont obbligu ta' ħatt tal-art il-qabdiet kollha għandhom jinżammu abbord, jinħattu l-art u jingħaddu skont il-kwoti. Ħut iżgħar milli suppost ma jistax jiġi kummerċjalizzat għal skopijiet ta’ konsum tal-bniedem.

L-obbligu ta' ħatt tal-art se jiġi applikat għal kull sajda. Se jiġu inklużi d-dettalji tal-implimentazzjoni fil-pjanijiet multiannwali jew fi pjanijiet speċifiċi tar-rimi meta ma jkunx hemm pjan multiannwali. Dawn id-dettalji jinkludu l-ispeċijiet koperti, dispożizzjonijiet għad-dokumentazzjoni tal-qabda, daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, u eżenzjonijiet (għall-ħut li jista' jgħix wara li jintefa' lura fil-baħar u limitu minimu permess ta' rimi taħt ċerti kundizzjonijiet). L-immaniġġjar tal-kwota se jsir ukoll aktar flessibbli fl-applikazzjoni tiegħu biex jiffaċilita l-obbligu ta' ħatt tal-art.

F’Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat ħames pjanijiet għar-rimi (permezz tal-hekk imsejħa atti delegati) bi tħejjija għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt tal-art li hu applikabbli mill-2015 ’il quddiem (sajd pelaġiku u industrijali fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni, u sajd għall-merluzz fil-Baltiku).

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana  

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1396/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jwaqqaf pjan ta' skartar fil-Baħar Baltiku

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2438 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral   

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2439 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ  

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES