Sajd

Is-settur tas-sajd: il-ġbir tad-dejta

Is-settur tas-sajd: il-ġbir tad-dejta

Is-settur tas-sajd: il-ġbir tad-dejta

Il-ġestjoni tas-sajd
Ix-xjenza dwar is-sajd toqgħod fuq dejta minn ħafna sorsi differenti. © Lionel Flageul

Il-ġestjoni tas-sajd tal-UE tiddependi fuq dejta miġbura, immaniġġjata u mogħtija mill-pajjiżi tal-UE skont il-Qafas tal-Ġbir tad-Dejta.

Il-politika komuni tas-sajd il-ġdida riformata (l-Artikolu 25(2)) tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin għall-ġbir tad-dejta:

  • eżattezza
  • affidabbiltà u l-għoti f'ħin waqtu
  • evitar ta’ duplikazzjoni permezz ta’ titjib fil-koordinazzjoni
  • ħżin sikur f’sistemi ta’ bażijiet tad-dejta
  • titjib fid-disponibbiltà tad-dejta
  • konformità mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali
  • aċċess għall-Kummissjoni Ewropea, li jippermettilha li tikkontrolla d-disponibbiltà u l-kwalità tad-dejta u l-metodoloġija użata biex tinġabar.

Dawn il-prinċipji se jkunu ċentrali għal proposta tal-Kummissjoni għal regolament rivedut dwar il-Qafas għall-Ġbir tad-Dejta li qed jiġi ppreparat bħalissa.

Aktar informazzjoni

Il-websajt tal-ġbir tad-dejta dwar is-sajd taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)

Dokumenti uffiċjali

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1701 tad-19 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta' ħidma għall-ġbir tad-dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (notifikata bid-dokument C(2016) 5304)

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 tat-12 ta' Lulju 2016 li tadotta programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta' dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakoltura għall-perjodu 2017-2019 (notifikata bid-dokument C(2016) 4329)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar qafas għall-ġbir tad-dejta fis-settur tas-sajd

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (riformulazzjoni)

COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT Towards a new Union Framework for collection, management and use of data in the fisheries sector and support for scientific advice regarding the Common Fisheries Policy

Dokumenti addizzjonali

Sessjoni ta' Ħidma tal-Partijiet Interessati ta' DCF - Jannar 2014

Mistoqsijiet Frekwenti dwar il-Ġbir tad-Dejta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd