Sajd

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

Il-FEMS hu l-fond għall-politiki marittimi u s-sajd tal-UE għall-2014-2020.

Dan hu wieħed minn ħames Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) li jikkumplementaw lil xulxin u jfittxu li jippromwovu rkupru bbażat fuq it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa.

Il-fond

  • jgħin lis-sajjieda fit-tranżizzjoni lejn sajd sostenibbli
  • jappoġġja l-komunitajiet kostali fid-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom
  • jiffinanzja proġetti li joħolqu impjiegi ġodda u jtejbu l-kwalità tal-ħajja mal-kosta tal-Ewropa
  • jagħmel l-aċċess għall-finanzjament aktar faċli.

L-allokazzjoni finanzjarja għal kull Stat Membru

 
Kif jaħdem

Il-Fond jintuża biex jiġu kkofinanzjati proġetti, flimkien ma’ finanzjament nazzjonali.

  • Kull pajjiż jiġi allokat sehem mill-baġit totali tal-Fond, abbażi tad-daqs tal-industrija tas-sajd tiegħu.
  • Kull pajjiż imbagħad ifassal programm operattiv, li fih jispeċifika kif ikun biħsiebu jonfoq il-flus allokati.
  • Malli l-Kummissjoni tapprova dan il-programm, ikunu l-awtoritajiet nazzjonali li jiddeċiedu liema proġetti jiġu ffinanzjati.
  • L-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni huma responsabbli b’mod konġunt għall-implimentazzjoni tal-programm.

Kif taċċessa l-finanzjament tal-FEMS

Biex tara jekk il-proġett tiegħek hux eliġibbli għal appoġġ mill-FEMS:

  • L-ewwel iċċekkja mal-awtorità nazzjonali inkarigata mill-immaniġġjar tal-programm operattiv f'pajjiżek.
  • Imbagħad segwi l-proċeduri ta’ applikazzjoni sabiex l-awtorità ta' ġestjoni tkun tista’ tivverifika l-eliġibilità tal-proġett tiegħek u jekk jissodisfax il-kriterji rilevanti ta’ għażla u prijoritajiet ta’ investiment.

Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni

F'Diċembru 2013, biex tiġi massimizzata l-effettività tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) (li jinkludu l-istrumenti finanzjarji għall-politika ta’ koeżjoni, l-iżvilupp rurali u s-sajd), il-Kunsill adotta r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni ((UE) Nru 1303/2013). Dan ir-regolament jistipula sett ta’ regoli komuni għall-fondi SIE kollha. Dan jinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kundizzjonalità, l-analiżi tal-prestazzjoni, l-arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rappurtar, l-evalwazzjoni u l-eliġibilità tar-regoli.

Aktar informazzjoni

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020

Testi legali

Ir-regolament bażiku

  • Ir-REGOLAMENT (KE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

L-atti ta’ implimentazzjoni (regolamenti u deċiżjonijiet)

L-atti ta’ implimentazzjoni tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) li jaffettwaw lill-FEMS

L-atti delegati

 

L-atti delegati mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) li jaffettwaw lill-FEMS

 

[tiftix:riforma,kontroll,sajd illegali]