Sajd

Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) jipprovdi finanzjament għall-industrija tas-sajd u l-komunitajiet tal-kosta biex jgħinhom jadattaw għall-kundizzjonijiet li jinbidlu fis-settur u jsiru ekonomikament b'saħħithom u ekoloġikament sostenibbli.

Il-Finlandja - Parti mill-fondi tal-UE għas-sajd imorru għall-iżvilupp ta' żoni tas-sajd. © Lionel Flageul

Il-FES għandu baġit ta' €4.3 biljuni għall-perjodu bejn l-2007-2013. Il-finanzjament hu disponibbli għas-setturi kollha tal-industrija - is-sajd fil-baħar u fl-ilmijiet interni, l-akkwakultura (il-koltivazzjoni tal-ħut, il-molluski u l-pjanti tal-baħar), u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ħut. Tingħata attenzjoni partikolari lill-komunitajiet tas-sajd l-iktar milquta mit-tibdiliet reċenti fl-industrija.

Il-proġetti huma ffinanzjati abbażi tal-pjanijiet strateġiċi u l-programmi operattivi mfassla mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-fondi tal-FES huma ddedikati għal ħames oqsma ta' prijorità (assi):

  • l-aġġustament tal-flotta (eż. appoġġ biex jinqerdu l-bastimenti tas-sajd)
  • l-akkwakultura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, u s-sajd fl-ilmijiet interni (eż. billi jibdew jintużaw metodi ta' produzzjoni li jirrispettaw iktar l-ambjent)
  • miżuri ta' interess komuni (eż. biex jitjieb l-ittraċċar u l-ittikkettar tal-prodotti)
  • l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd (eż. għall-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-ekonomija lokali)
  • għajnuna teknika biex tiffinanzja l-ġestjoni tal-fond.

Aqra iktar:

Dokumenti uffiċjali

 

Axis 4