Sajd

FARNET - Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd

FARNET - Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd

FARNET - Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd

FARNET hi komunità ta’ persuni li jimplimentaw l-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) bil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS). Dan in-netwerk iġib flimkien Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (FLAGs), awtoritajiet ta’ ġestjoni, ċittadini u esperti minn madwar l-UE.

il-finanzjament CLLD huwa delegat lis-sħubijiet lokali li jgħaqqdu s-servizz privat, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Magħrufa bħala l-Gruppi ta’ Azzjoni lokali tas-Sajd (FLAGs), dawn is-sħubijiet jiffinanzjaw proġetti lokali fi ħdan il-qafas ta’ strateġija, żviluppata bi tweġiba għal ħtiġijiet speċifiċi u opportunitajiet identifikati lokalment.

It-tkomplija tal-metodu bbażat fuq iż-żona li kien inbeda minn Axis 4 ta' EFF, CLLD taħt il-FEMS twassal opportunitjiet ġodda għall-komunitajiet lokali biex jffaċċjaw il-bosta sfidi li jiltaqgħu magħhom iż-żoni kostali u tas-sajd fl-UE kollha. Abbażi ta' aktar minn 10,000 proġett li ġew appoġġjati fil-perjodu 2007-2014, il-komunitajiet lokali issa se jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkombinaw fondi CLLD mill-FEMS ma’ dawk minn Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej oħrajn: il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

L-Unità ta’ Appoġġ għal FARNET ġiet stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea biex tgħin fl-implimentazzjoni ta’ CLLD taħt il-FEMS. B'ħidma mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DG MARE), l-amministrazzjonijiet tal-istati membri, in-netwerks taż-żoni nazzjonali tas-sajd, il-FLAGs u partijiet oħra involuti fl-implimentazzjoni ta' CLLD, l-Unità ta’ Appoġġ għal FARNET tistinka biex tibni “netwerk ta' tagħlim” li jgħaqqad l-għarfien u l-esperjenza dejjem jikbru f'CLLD miż-żoni tas-sajd madwar l-Ewropa.

Kuntatt:

Unità ta' Appoġġ FARNET
Rue de la Loi 38 boîte 2
B – 1040 Bruxelles
Tel. +32 2 613 26 50
Email: info@farnet.eu
Sit web: FARNET

FARNET data jobs FARNET data network

FARNET data projects