Sajd

Ksur u sanzjonijiet

Ksur u sanzjonijiet

Ksur u sanzjonijiet

Sistema ta' punti tal-UE għal ksur serju fil-qasam tas-sajd

Biex jiġi żgurat li r-regoli tas-sajd jiġu applikati bl-istess mod fil-pajjiżi membri kollha, u biex is-sanzjonijiet għall-ksur jiġu armonizzati, l-UE stabbilixxiet lista ta' ksur serju tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Fil-leġiżlazzjoni tagħhom il-pajjiżi tal-UE għandhom jinkludu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, u jiżguraw li r-regoli jiġu rispettati.

Mill-1 ta' Jannar 2012, il-pajjiżi tal-UE għandhom jintroduċu sistema ta' punti għal ksur serju. Permezz tal-iskema, l-awtoritajiet nazzjonali se jkunu jistgħu:

  • jevalwaw il-ksur allegat li jinvolvi bastimenti rreġistrati taħt il-bandiera tagħhom, skont id-definizzjonijiet standard tal-UE
  • jimponu numru predefinit ta' punti fuq il-bastimenti involuti fi ksur serju (il-punti huma rreġistrati fir-reġistru nazzjonali tal-ksur fil-qasam tas-sajd)
  • jissospendu l-liċenzja tal-bastiment għal 2, 4, 8 jew 12-il xahar meta jiġu akkumulati numru predefinit ta' punti fuq perjodu ta' 3 snin.

Il-punti jiġu attribwiti lil-liċenzja tas-sajd li hi marbuta ma' bastiment, biex jibqgħu mal-bastiment anke jekk dan jinbiegħ lil proprjetarju ġdid.

Ir-regoli dettaljati tas-sistema tal-punti tfasslu fil-livell tal-UE f'kooperazzjoni mill-qrib mal-gvernijiet tal-UE.

Il-pajjiżi tal-UE se jiġu mitluba wkoll jistabbilixxu sistema ta' punti għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd.

Is-sistema ta' punti ma tintroduċix sanzjonijiet ġodda u ma tinterferixxix mal-poter diskrezzjonarju tal-imħallef nazzjonali meta jevalwa l-fatti tal-każ u l-gravità tal-komportament inkwistjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tivverifika l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ sanzjonar fil-pajjiżi tal-UE li jistgħu jinvolvu l-ipproċessar tad-dejta personali. Għal aktar informazzjoni dwar dan l-ipproċessar u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta ara d-dikjarazzjoni speċifika dwar il-privatezza.

Dokumenti uffiċjali

Corrigendum to Commission Implementing Regulation (EU) No 404/2011 of 8 April 2011 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 1224/2009 establishing a Community control system for ensuring compliance with the rules of the Common Fisheries Policy 

COMMISSION IMPLEMENTING REGULATION (EU) No 404/2011 
of 8 April 2011 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 1224/2009 establishing a Community control system for ensuring compliance with the rules of the Common Fisheries Policy

Council Regulation (EC) No 1224/2009 of 20 November 2009 establishing a Community control system for ensuring compliance with the rules of the common fisheries policy, amending Regulations (EC) No 847/96, (EC) No 2371/2002, (EC) No 811/2004, (EC) No 768/2005, (EC) No 2115/2005, (EC) No 2166/2005, (EC) No 388/2006, (EC) No 509/2007, (EC) No 676/2007, (EC) No 1098/2007, (EC) No 1300/2008, (EC) No 1342/2008 and repealing Regulations (EEC) No 2847/93, (EC) No 1627/94 and (EC) No 1966/2006