• Avvenimenti

Aħbarijiet


Merħba fit-taqsima tal-aħbarijiet. Ikklikkja fuq il-menu fuq in-naħa tax-xellug biex tmur għall-aktar artikoli tal-aħbarijiet riċenti dwar l-impjiegi u l-mobilità, kif ukoll il-Bullettini ta' EURES u Int. Jew fittex hawn taħt għall-artikolu ewlieni l-aktar riċenti.

Għal aktar minn għaxar snin, il-Europass għen lil miljuni ta’ Ewropej joħolqu s-CVs tagħhom u jippreżentaw l-esperjenza professjonali tagħhom lil impjegaturi potenzjali. Fl-1 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-pjattaforma ġdida u mtejba tal-Europass. Din toffri lil dawk li qed ifittxu impjieg, lill-istudenti u lill-ħaddiema sett ta’ għodod utli biex tgħinhom jimmaniġġjaw kull pass tal-karriera u t-tagħlim tagħhom.
Picture

Hawn ħarsa ġenerali ta’ malajr ta’ dak li tista’ tagħmel għalik il-pjattaforma l-ġdida tal-Europass.

 

Profil diġitali komprensiv

Tista’ tirreġistra fuq il-Europass u toħloq profil biex tirreġistra l-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Il-kont tal-Europass tiegħek għandu librerija personali fejn tista’ żżid fajls (eż. ċertifikati, diplomi u stampi) sabiex l-informazzjoni u d-dokumenti tiegħek ikunu kollha disponibbli f’post sikur. Tista’ taqsam il-profil tiegħek ma’ min iħaddem, ma’ min jirrekluta, jew mas-servizz tax-xogħol tiegħek għal parir u appoġġ dwar il-karriera tiegħek. Il-profil tiegħek tal-Europass jappoġġa 29 lingwa.

 

 

Suġġerimenti ta’ impjieg personalizzati

Se tirċievi suġġerimenti mfassla apposta għall-impjiegi (permezz tal-EURES), abbażi tal-isfond professjonali, l-interessi u l-ħiliet tiegħek. Dan se jħaffef it-tiftix tax-xogħol tiegħek, u tista’ tkun ċert li mhux se titlef xi opportunitajiet ta’ xogħol rilevanti.

 

Suġġerimenti ta’ korsijiet personalizzati

Hemm għadd bla qies ta’ possibbiltajiet biex wieħed jistudja, jitħarreġ u jsib opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim madwar l-Ewropa. Jekk qed tfittex li ġġedded il-ħiliet tiegħek jew titgħallem ħiliet ġodda, il-Europass se toffrilek suġġerimenti mfassla apposta għal korsijiet li jaqblu mal-informazzjoni fil-portafoll tiegħek.

 

CV faċli u l-ħolqien ta’ ittra ta’ akkumpanjament

Bl-użu ta’ editur online ġdid, tista’tħejji s-CVs u ittri ta’ akkumpanjament biex tressaq applikazzjonijiet għal impjiegi u korsijiet. L-editur jippermettilek tuża l-profil tal-Europass tiegħek biex taqbad u tagħżel liema informazzjoni trid tinkludi fis-CV tiegħek. B’dan il-mod tista’ toħloq CVs personalizzati skont l-opportunitajiet li tkun qed tapplika għalihom. Tista’ wkoll tippubblika s-CV tiegħek fuqEURES għal aktar espożizzjoni.

 

Informazzjoni u appoġġ

Fuq il-pjattaforma l-ġdida tal-Europass, tista’ wkoll taċċessa informazzjoni dwarit-tagħlim u x-xogħol fl-Ewropa, inklużi links għal servizzi nazzjonali, u artikli dwar l-istudju, it-taħriġ, il-volontarjat, l-ippjanar tal-karriera u x-xogħol barra mill-pajjiż.

 

Il-Kredenzjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europasstippermettilek tirċievi u tikkondividi lawrji, diplomi u ċertifikati diġitali mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Din il-karatteristika tista’ tappoġġja r-rikonoxximent immedjat u l-fehim tal-forom kollha ta’ kwalifiki u telimina l-proċessi bbażati fuq il-karti. Qed jiġi ppilotat fi 18-il pajjiż, u l-Kummissjoni Ewropea qed taħdem mal-pajjiżi tal-UE biex tappoġġja t-tnedija sħiħa tagħha.

 

Tgħallem aktar dwar x’għandha x’toffri l-pjattaforma l-ġdida tal-Europass.

 

Links relatati:

Pjattaforma ġdida tal-Europass

Oħloq profil tal-Europass

Oħloq CV tal-Europass

Oħloq ittra ta’ akkumpanjament tal-Europass

Tgħallem fl-Ewropa

Aħdem fl-Ewropa

Il-Kredenzjali Diġitali tal-Europass

X’hemm ġdid fuq il-Europass

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jittellgħu

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

 

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Jekk jogħġbok innota li la l-EURES u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma japprovaw kwalunkwe wieħed mis-siti web tal-partijiet terzi msemmija hawn fuq

24/07/2020