• Avvenimenti

Artikoli tal-Aħbarijiet


<< Lura għal-lista tal-aħbarijiet

Il-portal tagħna għen persuna li kienet qed tfittex xogħol issib xogħol f'temp ta' ġimagħtejn biss! Inti x'qed tistenna?

Picture

Meta Arnaud Borens mill-Belġju ppubblika s-CV tiegħu fuq il-portal tal-EURES ma kellu l-ebda idea li f'temp ta' ġimagħtejn biss kien sejjer jintgħażel biex jibda jaħdem fix-xogħol ideali tiegħu f'Lisbona. Filwaqt li f'dan il-każ, dan ġara malajr ħafna, eluf sabu impjieg permezz tal-attivitajiet tal-EURES u l-portal huwa l-post ideal fejn wieħed jista' jibda.

"Is-servizz tal-"EURES" kien il-fattur deċiżiv għalija. Dan fetaħ ħafna bibien u tani l-opportunità li nagħmel qabża kbira fil-ħajja tax-xogħol tiegħi - li nsib l-ewwel kuntatt tiegħi barra mill-pajjiż", jgħid Arnaud.

Fl-età ta' 24 sena, Arnaud għadu kemm iggradwa b'BA fl-Amministrazzjoni Kummerċjali minn ICHEC fi Brussell. Il-lingwi nativi tiegħu huma l-Franċiż u l-Ġermaniż, u tgħallem l-Ingliż tul l-edukazzjoni tiegħu, "Jiena ċert li l-fatt li nitkellem diversi lingwi għinni fit-tfittxija tax-xogħol tiegħi. Jien ippubblikajt is-CV tiegħi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż," jgħid.

Il-proċess, malli ppubblika s-CV tiegħu, kienet relattivament bla xkiel! Huwa ġie kkuntattjat minn aġent tar-reklutaġġ li kien identifika xi postijiet battala għalih li seta' jikkunsidra. "Jien għażilt tlieta u kelli l-intervisti magħhom il-ġimgħa ta' wara, waħda fuq it-telefown u tnejn fuq Skype."

Minn dawn kelli żewġ offerti ta' xogħol. "Għażilt il-kariga ta' Analista għar-Rapportar dwar il-Midja Soċjali f'Lisbona, u bdejt fil-bidu ta' Jannar," jgħid Arnaud, li issa qed jaħdem għal Teleperformance.

"Xogħli nħobbu," jgħid, "Irrid nanalizza r-reazzjoni tal-klijenti rigward marki kummerċjali, servizzi jew prodotti u nagħmel rakkomandazzjonijiet f'rapport li jivviżwalizza l-impatt li l-marka kummerċjali għandha fuq il-midja differenti."

Issa, x'hemm jistennih lil Arnaud? Jixtieq iżid il-Portugiż mal-lista ta' lingwi tiegħu u jimmaniġġja aktar proġetti. "Anki jekk il-lingwa li naħdem biha hija l-Ingliż, għal kwistjonijiet ta' integrazzjoni huwa aktar faċli meta jirnexxieli nifhem xi ftit il-lingwa nazzjonali."

Huwa ħerqan biex jibda' jattendi l-klassijiet lingwistiċi pprovduti mill-kumpanija u sadanittant qed jieħu gost jitkellem mal-kollegi tiegħu, "Trid tagħmel wiċċek u jkollok fiduċja li n-nies se jkomplu miegħek meta tkun qed titgħallem lingwa ġdida"

Għalhekk, jekk inti ksibt xi kwalifiki dan l-aħħar u qed tfittex impjieg, jew jekk inti taħdem u tixtieq bidla, segwi l-passi biex toħloq is-CV tal-EURES tiegħek u ppubblikah fuq il-portal Inti tista' tikkonsulta wkoll l-eqreb Konsulent tal-EURES tiegħek għal suġġerimenti dwar kif iżżid l-opportunitajiet tiegħek u informazzjoni oħra utli.

"Nixtieq ngħid lil kull min qed ifittex impjieg ġdid biex jirreġistra mal-EURES, jagħżel l-interessi tiegħu b'attenzjoni u jippubblikahom fuq is-CV tiegħu f'diversi lingwi, jekk dan huwa possibbli, ħalli jiġbed aktar attenzjoni," jgħid Arnaud.

Hemm għodod oħrajn li l-EURES toffri, għalhekk ħares lejn it-tutorial tal-EURES jew agħmel l-aħjar użu mill-paġna tagħna Għajnuna u Assistenza biex tiskopri kif nistgħu ngħinuk tasal fejn tixtieq!

 

Links relatati:

CV wieħed – 28 pajjiż: oħloq CV li jinftiehem minn kulħadd madwar l-Ewropa

 

Aqra iktar:

Fittex Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi ta' EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlajn li Ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

 

Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà: Jekk jogħġbok innota li la l-EURES u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma japprovaw kwalunkwe wieħed mis-siti web ta’ partijiet terzi msemmija hawn fuq.

08/04/2016

<< Lura għal-lista tal-aħbarijiet
 
caħda ta' responsabbiltà

L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.