Artikoli tal-Aħbarijiet


X'għarfien tista' toffrilek konsulenta li għandha kważi 30 sena esperjenza?

Għal kważi 30 sena, Cindy Sijmonsma kienet lesta toffri pariri dwar kif tfittex ix-xogħol fi kwalunkwe settur, u fi kwalunkwe post. Cindy hija eżempju prim ta' konsulent tal-EURES, iddedikata, immotivata u dejjem lesta biex tgħin lin-nies isibu triqthom f'ambjent ġdid. "Il-kultura hija ħafna iżjed minn kotba u mużika," tgħid Cindy. "Hija dak li nieklu għall-ikla tan-nofsinhar, il-mod kif nikkomunikaw."

Aqra' iktar dwar dan >>

28/07/2015


Mit-test għall-iskrin – Kittieba Svediżi jaraw jekk l-ideat tagħhom jistgħux jimmaterjalizzaw

Tnax-il kittieb ta' testi ngħataw l-opportunità li jagħtu preżentazzjoni verbali tal-ideat tagħhom lill-produtturi f'Berlin f'Ġunju li għadda. Fit-tielet avveniment ta' dan it-tip li sar fil-Ġermanja, organizzat mill-konsulenta Svediża tal-EURES Wanna Spiridonidou, il-kittieba tħalltu mal-professjonisti tal-industrija u ddeskrivew l-istejjer tagħhom matul sessjoni ta' preżentazzjoni.

Aqra' iktar dwar dan >>

24/07/2015


Żewġ Żgħażagħ Taljani jgħidu fuq YouTube għaliex għażlu l-iskema L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek

Fabio Bertollini u Agata Murgano huma żewġ żgħażagħ Taljani li qed jisfruttaw kemm jifilħu l-opportunitajiet tal-karriera tagħhom bl-għajnuna tal-iskema L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek. Jikkondividu l-esperjenzi tagħhom f'żewġ filmati mtellgħin dan l-aħħar fuq YouTube. Aqra biex issir taf għaliex għażlu l-iskema u x'offritilhom.

Aqra' iktar dwar dan >>

20/07/2015


L-EURES – approċċ "konġunt" biex jgħinek tieħu u żżomm l-impjieg tiegħek

Meta l-EURES għen lil Panagiota Domestichou tieħu impjieg ta' assistent infermiera fil-Finlandja, fl-aħħar ħassitha li tista' tagħmel ix-xogħol li kienet ikkwalifikata għalih fil-Greċja. Iżda l-inkwiet kien għadu ġej - sitt xhur wara li ħadet dan l-impjieg, l-impjegaturi tagħha ħassew li kellhom bżonn xi dokumenti oħrajn. L-EURES u l-Europe Direct fil-Ġreċja, flimkien mal-EURES tal-Finlandja, intervjenew biex jgħinuha.

Aqra' iktar dwar dan >>

17/07/2015


Opportunitajiet ta’ xogħol fl-IT għal Finlandiżi li qed jaħsbu biex jiċċaqalqu lejn l-Iżvezja

L-Iżvezja teħtieġ esperti fl-informazzjoni, l-informatika u t-teknoloġija. Ċerti impjegaturi qed jirrealizzaw li l-Finlandja jista' jkun il-pajjiż fejn għandhom ifittxu minħabba li tibdil radikali f'Nokia wassal għas-sensja ta' ħafna professjonisti. Il-konsulenti tal-EURES fiż-żewġ pajjiżi qegħdin hemm biex jgħinu lil persuni jsibu impjegaturi ġodda u jiċċaqalqu lejn pajjiż ġdid.

Aqra' iktar dwar dan >>

13/07/2015


App ġdida tikkalkula s-salarju ġust għalik abbażi tas-CV tiegħek

Qed tfittex xogħol jew qed titlob żieda imma m'intix ċert x'għandu jkun is-salarju tiegħek? App ġdida tgħinek tikkalkula x'valur għandek għall-impjegatur tiegħek.

Aqra' iktar dwar dan >>

08/07/2015


Dentisti Spanjoli żgħażagħ imorru fin-Netherlands

Konverżazzjoni amikevoli bejn Netherlandiż li jgħix fi Spanja u konsulent tal-EURES fin-Netherlands kienet il-bidu ta' proġett pilota mniedi fl-2014, biex jgħin dentisti Spanjoli żgħażagħ jaħdmu fin-Netherlands. Sitt xhur wara, bl-għajnuna tal-Ewwel imjieg tal-EURES tiegħek, 12-il gradwat ħadu l-opportunità li jitilqu minn Spanja u jmorru n-Netherlands. Din is-sena n-numru se jitla', għal madwar 40.

Aqra' iktar dwar dan >>

03/07/2015


It-tressiq taż-żgħażagħ lejn opportunitajiet li jagħtuhom spinta għall-impjegabbiltà tagħhom sar aktar faċli

Fis-suq tax-xogħol tal-lum, jidher li ma tantx huwa faċli għaż-żgħażagħ biex jagħmlu l-ewwel pass fid-dinja tax-xogħol. Nuqqas ta' esperjenza u ta' ħiliet relatati max-xogħol, ikkombinati ma' nuqqas ta' opportunitajiet xierqa biex jinkisbu dawk il-ħiliet, huma biss xi wħud mill-ostakli li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ Ewropej. Hekk kif jgħaddu minn dak il-perjodu delikat minn meta jispiċċaw l-iskola jew l-università u jibdew il-karriera tagħhom, dawn għandhom bżonn ta' appoġġ biex jisfruttaw bl-aħjar mod possibbli dan iż-żmien kruċjali f'ħajjithom.

Aqra' iktar dwar dan >>

29/06/2015


It-tagħlim ta' ħiliet tal-infermerija ġodda f’pajjiż ieħor – Marco sejjer lejn ir-Renju Unit

Il-kondiviżjoni ta' ideat ma' infermiera kollegi u l-iżvilupp bħala persuna – iż-żewġ objettivi attiraw lil Marco Colombero ta' 26 sena sabiex jipprova perjodu fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (National Health Service) tar-Renju Unit.

Aqra' iktar dwar dan >>

26/06/2015


Il-konsulenti tal-EURES jaħsbu b'mod kreattiv

Qatt staqsejt lilek innifsek kif konsulent tal-EURES jista' jlaħħaq mal-ħtiġijiet ta' dawk li qegħdin ifittxu xogħol, dawk li jirreklutaw u l-kollegi tagħhom stess f'pajjiżi oħra? Mediċina, IT, agrikoltura - konsulent tal-EURES jista' jissejjaħ biex joffri l-għajnuna b'rabta ma' kwalunkwe settur. Biex jagħmlu dan huma jeħtieġ li jkunu jafu x'qed jiġri u biex jagħmlu dan jeħtiġilhom jaħsbu b'mod kreattiv. Araw kif Konsolunt Grieg affaċċja l-kompitu biex isir effiċjenti dwar is-settur tal-inginerija.

Aqra' iktar dwar dan >>

22/06/2015



caħda ta' responsabbiltà

L-artikli “Lenti fuq…” huma intenzjonati biex jipprovdu lill-utenti tal-portal ta’ l-EURES b’informazzjoni dwar suġġetti u tendenzi kurrenti, kif ukoll biex jistimulaw diskussjoni u dibattitu. Dawn l-artikli mhux neċessarjament jirriflettu l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea.