Dwarna


L-EURES huwa netwerk ta' kooperazzjoni intiż biex jiffaċilita l-moviment ħieles tal-ħaddiema fi ħdan it-28 pajjiż tal-UE kif ukoll l-Iżvizzera, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

In-netwerk huwa kompost minn: L-Uffiċċju Ewropew ta' Koordinazzjoni (ECO), l-Uffiċċji Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (NCOs), l-Imsieħba tal-EURES u l-Imsieħba Assoċjati tal-EURES.

L-Imsieħba f'dan in-netwerk jistgħu jinkludu is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES), is-Servizzi Privati tal-Impjiegi (PRES), trejdjunjins, organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u atturi relevanti oħra fis-suq tax-xogħol. L-imsieħba jipprovdu informazzjoni, servizzi ta' kollokament u reklutaġġ għal min iħaddem u għal dawk li qed ifittxu impjieg filwaqt li l-Uffiċċji Ewropej u Nazzjonali ta' Koordinazzjoni jissorveljaw l-organizzazzjoni ta' attivitajiet fuq livell Ewropew u nazzjonali rispettivament.

Barra minn hekk, l-EURES għandu rwol importanti fil-forniment ta' informazzjoni speċifika u li jiffaċilita l-kollokament għall-ġid ta' min iħaddem u tal-ħaddiema mal-fruntiera f'reġjuni transkonfinali Ewropej.

Fil-prattika l-EURES jipprovdi s-servizzi tiegħu permezz tal-portal kif ukoll permezz ta' netwerk ta' ħaddiema ta' madwar 1000 konsulent tal-EURES li jkunu f'kuntatt ta' kuljum ma' min qed ifittex xogħol u impjegaturi madwar l-Ewropa.