Irreklama impjieg


Ħafna mill-impjiegi fil-portal ta’ l-EURES dwar il-Mobilità tax-Xogħol jiġu mill-postijiet battala li għandhom fid-databases tagħhom is-Servizzi ta’ l-Impjieg Pubbliċi tal-pajjiżi li jipparteċipaw fl-EURES. Is-search engine EURES tuża’ teknoloġija msemmija Web Services li f’ħin reali tagħmel tiftixa għal impjiegi f’kull database nazzjonali. Dawn ix-xogħolijiet jistgħu jkunu ta’ żewġ tipi:

  • "Xogħolijiet EURES", huma murija permezz ta’ bandiera blu, xogħolijiet li min iħaddem ikun wera interess fir-reklutaġġ minn pajjiż ieħor jew
  • xi xogħolijiet oħrajn reklamati fid-databases nazzjonali ta’ l-impjiegi.

Barra minn dan, hemm database ċentrali fejn konsulenti ta’ l-EURES jistgħu jdaħħlu impjiegi li jiġu mmarkati kollha bħala "xogħolijiet EURES". Għalissa dan huwa l-uniku mod ta’ reklamar ta’ xogħolijiet fil-portal EURES fil-ftit pajjiżi li għadhom ma ġewx konnessi b’mod sħiħ mal-Web Services, iżda din is-soluzzjoni tista’ tintuża wkoll għal għanijiet speċifiċi bħalma meta min iħaddem ikun irid jippubblika xogħol battal f’diversi lingwi eċċ., li ma jistax ikun dejjem possibbli fid-database nazzjonali.

Jekk trid tirreklama xogħol f’database nazzjonali tax-xogħolijiet u b’hekk tkun tidher ukoll fil-portal EURES inti għandek diversi opzjonijiet għad-dispożizzjoni tiegħek. Bosta pajjiżi joffru soluzzjonijiet ta’ l-Internet Self Service u Call Centres. Jekk jogħġbok ara t-tabella ta’ hawn taħt sabiex tkun taf lil min u kif għandek tikkuntattja fil-pajjiżi rispettivi. Tista’ ssib dettalji ta’ kuntatt tal-konsulenti ta’ l-EURES kollha billi tikklikkja fuq il-buttuna fil-kolonna fuq in-naħa tal-lemin "Ikkuntattja konsulent ta’ l-EURES". Ikklikkja fuq il-link fuq naħa tal-lemin “Servizzi Nazzjonali ta’ l-Impjieg” sabiex issib informazzjoni dwar kif tfittex. Uffiċċju tax-Xogħol.

Jekk jogħġbok innota li sikwit teħtieġ user ID sabiex tkun tista’ tuża s-sistemi Self Service u illi xi pajjiżi jeħtieġu li tkun reġistrat bħala min iħaddem f’dak il-pajjiż sabiex tkun tista’ tirreklama xogħolijiet hemmhekk.

Kif tirreklama post tax-xogħol fil-portal EURES