Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES

Ghajnuna u Assistenza

F'din is-sezzjoni għandek issib risposti għal serje ta' mistoqsijiet li jsiru b'mod frekwenti u informazzjoni oħra li tista' tkun utli għalik.

Jekk ma ssibx l-informazzjoni li tkun qed tfittex,  ​inti ġentilment mitlub sabiex tikkuntattja l-help desk.

 

Bħala ċittadin tal-UE – jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja – għandek ċerti drittijiet meta tagħmel ċerti attivitajiet fil-pajjiżi Ewropej l-oħrajn. Dawn jinkludu ċ-ċaqliq, l-għajxien, l-istudju u n-negozju.

Sew jekk qed tfittex aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE; teħtieġ assistenza personalizzata jew parir fuq kwistjoni relatata mal-UE; jew teħtieġ soluzzjoni għall-problema tiegħek fil-livell tal-UE, din il-paġna toffri aċċess mgħaġġel u dirett għas-servizzi li jistgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħek.

Il-punti ta' kuntatt tal-UE għaċ-ċittadini u n-negozji

Ikkuntattjana

Tnejn - Ġimgħa 08:30 - 18:00 (Ħin Ċentrali Ewropew)
Il-mistoqsijiet tiegħek jingħataw tweġiba bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan jew bl-Ispanjol.

Mistoqsijiet dwar l-UE? Europe Direct tista' tgħinek

Se mmur ngħix f'pajjiż ieħor tal-Ewropa - kif nikseb permess ta' residenza? X'inhuma r-regoli dwar it-tariffi tar-rowming? It-titjira tiegħi ġiet ikkanċellata - x'inhuma drittijieti? Liema għotjiet tal-UE tista' tapplika għalihom l-organizzazzjoni tiegħi? Biex issib tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u aktar, ikkuntattja lis-servizz tal-informazzjoni ċentrali Europe Direct.