Cookies


Biex niżguraw li l-portal tal-EURES jaħdem kif suppost, xi drabi nqiegħdu fajls b'dejta żgħira, imsejħa cookies, fuq l-apparat tiegħek. Ħafna websajts kbar hekk jagħmlu wkoll.

X'inhuma cookies?

Cookie hija fajl b'test żgħir li websajt tista' tissejvja fuq il-kompjuter jew fuq l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit. Dan jippermetti lill-websajt li tiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħra li dehru) fuq perjodu ta' żmien, sabiex inti ma jkollokx' għalfejn terġa' ddaħħalhom mill-ġdid kull darba li żżur is-sit jew tfittex minn paġna għall-oħra tas-sit.

Cookie tista' tiġi kklassifikata skont il-ħajja tagħha u d-dominju li għalih tappartjeni. Skont il-ħajja tagħha, cookie hija jew a:

  • cookie ta' sessjoni li titħassar meta l-utent jagħlaq il-brawżer or
  • cookie persistenti li tibqa' fuq il-kompjuter/l-apparat' tal-utent għal perjodu ta' żmien definit minn qabel.

Kif nużaw il-cookies?

Filwaqt li bosta cookies li jinsabu hawn taħt huma essenzjali, l-użu ta' xi wħud minn dawn il-cookies mhux neċessarjament meħtieġ għat-tħaddim tal-portal tal-EURES.  Madankollu, l-użu tal-cookies jipprovdilek aċċess għal funzjonalitajiet addizzjonali tal-portal. Inti tista' tħassar jew tibblokkja dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan, ma tkunx tista' tawtentika lilek innifsek (login) u għaldaqstant ma jkollokx aċċess għal xi karatteristiċi ta' din is-sit li jinkludu t-taqsima tas-CV Onlajn (għal min qed ifittex impjieg, għall-impjegaturi u għan-netwerk tal-EURES) u l-Extranet (għan-netwerk tal-EURES).

Għadd tal-paġni tagħna jużaw cookies ta' sessjoni sabiex:  

  • jippermettulek tagħmel login darba meta taċċessa applikazzjonijiet differenti tal-portal (cookie essenzjali għandha tkun illoggjata)
  • iżżomm is-sessjoni għaddejja (cookie essenzjali għandha tkun illoggjata)
  • tiftakar il-preferenzi tiegħek li dehru
  • tiftakar il-kodiċi ta' verifika tal-captcha fil-Magna tat-Tiftix ta' Impjieg

Billi għadd ta' paġni tagħna jużaw cookies persistenti, inti għandek bżonn tagħti l-kunsens tiegħek sabiex il-funzjonalitajiet kollha jkunu jistgħu jintużaw fil-portal. Għandu jingħata kunsens wieħed għall-cookies kollha msemmija hawn taħt:

  • tiftakar il-lingwa li għażel l-utent għall-impjiegi fl-applikazzjoni għall-ġestjoni tal-Postijiet tax-Xogħol Battala. Mingħajr il-kunsens ma tkunx tista' tagħżel lingwa speċifika biex tara l-lista ta' impjiegi ISCO.
  • tiftakar l-ID tal-postijiet tax-xogħol battala favoriti magħżula minnek. Mingħajr il-kunsens tiegħek, ma tkunx tista' żżomm lista ta' postijiet tax-xogħol battala favoriti tiegħek.
  • tippermetti lil Universal Analytics tiddistingwi bejn żewġ utenti fuq il-portal. Din hija cookie ta' partijiet terza, iżda l-ebda informazzjoni personali ma tiġi trasferita fuq Google. L-informazzjoni tintuża biss biex timmonitorja t-traffiku fuq il-portal u biex tiġbor informazzjoni sabiex tkompli ttejjeb l-esperjenza' tal-utent.

Il-portal tal-EURES juża Universal Analytics li taħżen l-informazzjoni li tippermettilu li jiġġenera statistiċi dwar:

  • l-ammont ta' żjarat' tal-utent, iż-żjarat preċedenti, u ż-żjarat fil-preżent
  • kemm idumu l-viżitaturi fuq is-sit
  • minn fejn ġejjin il-viżitaturi.

Mingħajr il-kunsens tiegħek, ma jinżammx rekord tal-imġiba tiegħek fuq il-portal. 

L-informazzjoni relatata mal-cookie ma tintużax biex tidentifikak personalment u d-dejta dwar it-tendenzi tiegħek tinżamm kollha kemm hi taħt il-kontroll tagħna. Dawn il-cookies ma jintużawx għal kwalunkwe skop ieħor minbarra dawk imsemmija hawnhekk.

Kif tikkontrolla l-cookies

Inti tista' tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq - għad-dettalji, araAllAboutCookies.org. Inti tista' tħassar il-cookies kollha li diġà qegħdin fuq il-kompjuter tiegħek u tista' tissettja ħafna brawżers b'tali mod biex tipprevenihom milli jiġu mqiegħda. Madankollu, jekk tagħmel hekk, ma tkunx tista' tagħmel login fuq il-portal tal-EURES u jista' jkun li jkollok timmodifika manwalment xi preferenzi kull darba li żżur is-sit u xi servizzi jew funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.