Aħbarijiet fil-portal

Messaġġ importanti għall-utenti kollha tal-portal EURES: Intbagħtu e-mails qarrieqa bil-possibiltà ta’ xogħlijiet fittizji

Wara ismijiet bħal "Arrow Financial Group", "Action Financial Group Pty Ltd." u "Brentnall Financial Group Pty Ltd." persuni li qegħdin ifittxu impjieg irreġistrati mal-portal tal-EURES riċentement ġew offruti impjiegi fil-qasam finanzjarju li aktarx huma fittizji.L-EURES qies dawn bħala e-mails qarrieqa minn kumpaniji li għandhom biss il-ħsieb li jqarrqu bin-nies.
 
L-EURES irrakkomanda lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg biex ma jirrispondux e-mails mibgħuta minn dawn il-kumpaniji jew oħrajn simili, u jitlob apoloġija għal kull inkonvenjenza li dawn l-e-mails setgħu qalgħu. L-EURES qiegħed jaħdem qatigħ fuq il-prevenzjoni ta’ dan it-tip ta’ abbuż biex ikun evitat li jerġa’ jseħħ fil-futur. 
F’Awwissu 2011 ġew irrappurtati numru ta’ każijiet ta’ spam jew qerq fejn huwa maħsub li n-network u d-dejtabejż tal-EURES intużaw ħażin għal attività illegali jew kuntatti mhux awtorizzati. Aħna qegħdin naħdmu ħafna biex insibu soluzzjonijiet tekniċi li jipprevjenu kumpaniji qarrieqa jew persuni li jħaddmu fittizji li jużaw b’mod ħażin is-servizzi tagħna. Fl-istess ħin huwa importanti li jkun hemm bilanċ bejn il-prevenzjoni ta’ kumpaniji fittizji li jikkuntattjaw lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg u l-possibilità li kumpaniji ġenwini jkollhom aċċess għal dawk li huma reġistrati u qegħdin ifittxu xogħol fuq il-portal tal-EURES.
Jekk tirċievi e-mail bl-użu tal-isem EURES (jew kwalunkwe email oħra li tirrigwarda offerti ta’ impjieg) inti għandek dejjem tikkunsidra bil-galbu dawn il-punti li ġejjin:
  • Min qed joffrilek l-impjieg tafu? Il-kuntatt bdejtu inti, eż: billi nktibt fuq mailing list jew e-mail alerts? L-email intbagħtet minn indirizz elettroniku tal-EURES jew ta’ xi ħadd li tafu?
  • Taf biha l-kumpanija? Jekk qatt ma smajt bil-kumpanija għandek tagħmel riċerka fuqha bir-reqqa, mhux biss billi tfittex is-sit tagħha fuq l-internet. Tista’, pereżempju, tipprova ssib rapporti tal-media fuq il-kumpanija.
  • Żomm f’moħħok li ċerti kumpaniji qarrieqa jipprovaw jużaw l-ismijiet ta’
  • regolari u mhux numru tat-telefon esklussiv b’rata għolja.
  • Jekk tirċievi offerta ta’ impjieg li taħseb li tkun illegali, tmur kontra l-etika jew mhix xierqa bl-użu ta’ informazzjoni mill-EURES CV online jew minn banda kumpaniji b’reputazzjoni tajba jew tan-netwerk tal-EURES u jiffalsifikaw indirizzi tal-e-mail u/jew ismijiet tad-domains.
  • Qatt twieġeb offerti ta’ impjieg li jikkonsistu fi trasferiment jew taċċetta għandek flus jew fejn kumpanija tippretendi li ma tistax tiftaħ kont tal-bank, ma jkollhiex ID tat-taxxa, ma tistax tittrasferixxi flus, eċċ.
  • Qatt tagħti informazzjoni finanzjarja fuq forom elettroniċi matul il-proċess ta’ reklutaġġ. L-ebda kumpanija serja mhi ser tibda proċess ta’ reklutaġġ billi titolbok id-dettalji tal-kont tiegħek jew tal-karta tal-kreditu.
  • Qabel iċċempel fuq numru li ntbagħtlek bl-e-mail, ivverifika li jkun numru oħra u jkollok suspett li min bagħtlek l-email ġab l-indirizz mid-dejtabejż tagħna, dejjem għandek tikkuntattjana u tirrapporta permezz tas-sistema online jew tikkuntattja lill-ħelpdesk tal-EURES sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa.
  • Siti bħal http://www.fakechecks.org/ jew http://antifraudintl.org jirrappurtaw fuq każijiet magħrufa ta’ frodi u jagħtuk pariri fuq kif tista’ tagħraf e-mails qarrieqa.

« Lura