Aħbarijiet fil-portal

The European Job Mobility Bulletin

Skont il-ħarġa ta’ Ottubru tal-European Vacancy Monitor, offerti ta’ xogħol u ngaġġar urew żieda fl-ewwel tliet xhur tal-2011 meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2010. Iż-żieda kienet aktar sinifikanti f’pajjiżi tal-Ewropa ta’ Fuq u tal-Punent u fis-settur privat. Is-settur pubbliku baqa’ joffri inqas impjiegi, l-iżjed fil-qasam tal-edukazzjoni.
Abbażi tal-postijiet battala ppubblikati fil-portal EURES, il-ħarġa ta’ Lulju tal- European Job Mobility Bulletin irrapportat li hemm opportunitajiet tajbin ta’ impjieg għal dawn:
  • Ħaddiema li jaħdmu fil-‘housekeeping’ u li jagħtu servizzi fir-ristoranti fil-Ġermanja, l-Awstrija, ir-Renju Unit, Franza u l-Belġju
  • Mekkaniks tal-makkinarju u fitters fil-Ġermanja, il-Belġju, ir-Renju Unit, l-Awstrija u Franza
  • Professjonisti assoċjati amministrattivi fir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Belġju, Franza u l-Iżvezja
  • Rfinituri tal-bini u ħaddiema ta’ snajja’ relatati fil-Ġermanja, ir-Renju Unit, il-Belġju, Franza u l-Polonja
  • Ħaddiema tal-manifattura fil-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Awstrija, il-Belġju, u r-Repubblika Ċeka.
L-istess edizzjoni tal-Bulettin telenka wkoll l-aqwa ħames impjiegi ppubblikati fuq il-portal tal-EURES. Fl-aħħar ta’ Awwissu dawn kienu:
  1. Professjonisti tal-finanzi u professjonisti assoċjati mal-bejgħ: 29,800 post battal fil-Ġermanja, 3,500 fi Franza, 2,800 fil-Belġju
  2. Persuni li jbiegħu fil-ħwienet u demostraturi: 11,300 post battal fil-Ġermanja, 5,600 fil-Belġju, 2,600 fl-Awstrija
  3. Professjonisti fil-kura personali u ħaddiema relatati: 23,600 post battal fir-Renju Unit, 11,300 fil-Ġermanja, 1,800 fi Franza
  4. Professjonisti fis-saħħa moderna u ħaddiema assoċjati: 24,500 post battal fir-Renju Unit, 9,900 fil-Ġermanja, 3,400 fil-Belġju
  5. Mekkaniks ta’ tagħmir elettriku u elettroniku u fitters: 26,600 post battal fil-Ġermanja, 9,200 fir-Renju Unit, 1,600 fil-Belġju.
Il-European Vacancy Monitor jagħti ħarsa ġenerali lejn l-aħħar żviluppi fis-suq tax-xogħol Ewropew. Il-European Job Mobility Bulletin jiffoka fuq l-analiżi ta’ postijiet battala li jitpoġġew fuq il-portal tal-EURES minn servizzi pubbliċi nazzjonali tal-impjiegi. Dawn iż-żewġ bulettini li joħorġu kull tliet xhur tas-sena tniedew fi ħdan l-inizjattiva ewlenija Ewropa 2020 ’Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda’.
 

« Lura