Aħbarijiet fil-portal


Il frott ta’ xogħol staġjonali!

Ix xogħol staġjonali huwa mod ideali kif tesperjenza belt ġdida, tgħix kemm tista’ kultura ġdida, u tagħmel ħbieb ġodda, mingħajr ma jkollok għalfejn timpenja ruħek għal kuntratt fit-tul. Dan it tip ta’ xogħol kien perfett għal Renata Stumberger, Slovena ta’ 30 sena li taħdem fis settur agrikolu. Renata riedet tesperjenza ambjent ġdid filwaqt li titgħallem dwar kulturi Ewropej oħrajn, iżda ma riditx tgħix barra minn pajjiżha għal żmien twil.

L ewwel pass ta’ Renata kienet li żżur l uffiċċju lokali għall impjiegi biex issir taf x’kienu l għażliet tagħha biex issib xogħol barra mill pajjiż għal perjodu ta’ żmien qasir. Il personal, li kien ta’ għajnuna kbira għaliha, introduċieha mal konsulent lokali tal EURES Mirica Zver, li tkellmet ma’ Renata dwar numru ta’ għażliet, ippreżentatha b’impjiegi speċifiċi, u ġibditilha l attenzjoni għal pajjiżi fejn kienu qed jaħdmu ħafna iktar Sloveni. Imbagħad, Mirica għenet lil Renata tirreġistra fuq is sit elettroniku Daniż www.seasonalwork.dk – sit indirizzat speċifikament għal dawk li qed ifittxu impjieg u li jixtiequ xogħol staġjonali fid Danimarka. Mirica ddiriġiet ukoll lil Renata għal vidjo b’iktar informazzjoni dwar xogħol agrikolu staġjonali fid Danimarka, disponibbli fuq is sit elettroniku seasonalwork.dk. Renata ma kellha l ebda diffikultà biex tiddeċiedi li din tkun l aqwa għażla għaliha, l-aktar minħabba li d Danimarka kellha ħafna art agrikola li tippermettilha ssib xogħol agrikolu iktar faċilment.

Ftit wara li rreġistrat fuq www.seasonalwork.dk, Renata ntgħażlet biex taħdem fi Troldebakkens Frugtplantage (Mixtla tal-Frott fuq l-Għolja ta’ Goblin), mill 1 ta’ Ġunju sal 15 ta’ Lulju 2009. Ir razzett Troldebakken Frugtplantage għandu 38 ettaru ta’ frawli u ftit ettari iktar ta’ tuffieħ. Kull sena, matul l istaġun impenjattiv, madwar 180 ruħ huma meħtieġa sabiex jiġbru l frawli u jiżirgħu ż żrieragħ.

Imbagħad Mirica kienet kapaċi tgħinha biex tifhem il kuntratt tal impjieg u għenitha tagħmel kuntatt ma’ min kien se jimpjegaha biex tiċċara xi kwistjonijiet amministrativi. “Il konsulent tiegħi tal EURES għamlet biċċa xogħol tajba biex tiżgurani fuq l għażla li noqgħod u naħdem barra mill pajjiż”, qalet Renata.

Filwaqt li Renata sabet ix xogħol diffiċli, hija spjegat li l potenzjal ta’ qligħ fid Danimarka huwa ħafna ikbar minn dak fis-Slovenja. Madankollu, l għoli tal ħajja huwa wkoll ogħla fid Danimarka, li kien jeħtieġ li Renata tgħix b’mod modest biex tiffranka l flus.

Minkejja l fatt li Renata kienet ’il bogħod mid dar, hija kienet komda ħafna taħdem u tgħix mal personal fuq ir razzett. Hija żviluppat xi ħbiberiji tajba minħabba li ħafna mill attivitajiet, mix xiri tal oġġetti tal ikel sa mixjiet fuq ix xatt, kienu jsiru fi grupp. Meta tħares lura lejn iż żmien tagħha barra mill pajjiż, Renata temmen li l għażla tagħha li tivvjaġġa u taħdem barra mill pajjiż kienet verament avventura interessanti minħabba li wessgħet l orizzonti tagħha u tatha għarfien ikbar ta’ kulturi Ewropej oħrajn. “Ix xogħol tiegħi fid Danimarka kien esperjenza fantastika u n nies Daniżi li ltqajt magħhom ikomplu miegħek u huma dħulin. Għamilt ħbieb ġodda minn ħafna pajjiżi differenti u għadni s’issa f’kuntatt ma’ ħafna minnhom.”

“Il konsulent tiegħi tal EURES għamel l esperjenza sħiħa li ssib xogħol barra mill pajjiż ħafna iktar faċli u nagħti parir li kull min qed ifittex xogħol barra l pajjiż biex jikkuntattja lill konsulent lokali tiegħu tal EURES. Il parir u l informazzjoni li rċevejt kienu imprezzabbli.”

« Lura